1. Fl-ekosistema tagħna, f’dik tad-dinja sħiħa li aħna mistednin ngħixu fiha, hemm diversi speċje li jikkomponuha. Ilkoll bil-qies u d-daqs tagħhom, imma fil-fatt ilkoll maħluqa biex jgħixu flimkien. Kull insett, kull annimal fuq din l-art huma hemm biex mhux biss ikunu f’daqqa, imma sabiex jgħinu lil xulxin. F’dan huwa veru wkoll illi aħna l-bnedmin ma tantx nieħdu gost bil-fittaġni tad-dubbien, u wisq inqas bil-preżenza tan-nemus, u nibqgħu pass ’il bgħid mill-preżenza ta’ iljunfant. Imma f’dan nagħrfu li ma jistax ikollok dinja jekk dawn ma jkunux hemm ilkoll f’daqqa. Anzi ninkwetaw meta xi annimal narawh fil-periklu li jispiċċa mill-eżistenza. Għax ilkoll għandhom skop.
Il-Pajjiż
2. F’ħafna, hekk aħna lkoll. Id-demokrazija li ngħixu fiha, li hija l-ekosistema politika, hija magħmula minn bnedmin differenti. Dawk li għandhom karattri partikolari. Uħud tmur tajjeb magħhom. Imma oħrajn huma fitti bħad-dubbien, jew iniggżu bħan-nemus. Oħrajn ukoll huma, fil-guffaġni tagħhom, iljunfanti. Imma jkun żball soċjali jekk b’xi mod naħsbu li nistgħu naċċettaw biss il-ftit u neskludu lill-ħafna, l-iktar dawk li jdejquna. Kull persuna huwa mwieled bil-karattru tiegħu u bi skop preċiż. Hija verament abbiltà fid-demokrazija li min imexxi jrid jagħraf ikun il-persuna li tieħu ħsieb il-bżonnijiet ta’ kulħadd, inti ġej minn fejn ġej. F’isem is-sewwa u mhux għal skopijiet oħra, kif inkiteb fil-ktieb ta’ George Orwell (1903-1950), Animal Farm (Ir-Razzett tal-Bhejjem). Dak li kien qalilna li: “In a time of deceit telling the truth is a revolutionary act.”
Liġijiet
3. Diġà, fis-sistema legali u kostituzzjonali tagħna, għandna l-wirt ta’ snin li permezz tagħhom il-bnedmin fuq dawn il-gżejjer għandhom id-drittijiet. Anzi, għandhom iktar drittijiet minn ġenerazzjonijiet passati. Għandhom liġi suprema li fiha hemm id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali mniżżla. Ħadna s-snin biex ktibnihom, bnejnihom u applikajnihom. Proċess ta’ progress u żvilupp uman. Dak li mhux biss ma jippermettix li mmorru lura minnhom, imma anqas li nonqsu milli niddefenduhom. Huwa minnu li nħarsu lejn il-Qrati tagħna bħala dawk li jwettqu l-ġustizzja meta dawn jiġu miksura. Imma daqshekk ieħor hemm dan il-piż fuq kull min għandu kariga jew ħatra f’pajjiżna. Nagħrfu f’dan li l-President tar-Repubblika għandha naturalment din il-funzjoni, imma daqshekk ieħor il-Prim Ministru ta’ pajjiżna.
Vuċijiet u opinjonijiet
4. Fost dawn hemm id-dritt li wieħed jesprimi l-opinjoni tiegħu fuq kollox. Fil-libertà, vuċijiet varji fis-soċjetà jgħidu tagħhom. Illum aktar mill-bieraħ, bl-użu tal-mezzi soċjali u dak kollu li qiegħed, biċċa biċċa, jiżviluppa ruħu. Tista’ taqbel ma’ dak li jingħad u tista’ le, imma trid tagħraf li hemm ġid fl-ekosistema soċjali li jingħad. Hemm min ma jittollerax lil dawk li ma jaqblux miegħu tant li jċekkinhom, jirredikolahom u jemarġinahom. Imma lkoll nafu li fis-soċjetà huwa vantaġġ li tisma’ lil kull persuna. Hemm vantaġġ li tara x’inhuwa jingħad, u meta tkun Prim Ministru li tibqa’ tisma’ u tiddefendi lil dawk stess li ma jaqblux miegħek, inkella lil dawk li turi li tippretendi minnhom li ma jitkellmux.
Verament
5. F’dan huwa minnu li wieħed jiddejjaq mid-dubbien, li anke jekk tkeċċih, jibqa’ jiġi fuqek u jiffittak. Daqshekk ieħor in-nemus li jdur madwarek u jniggżek, anke jekk taf li għandek il-jiem biex imur l-effett tat-tniggiż minn fuqek, anke jekk tibqa’ tħokkhom. Biss, biex tneħħi l-fastidju ma tużax il-piż ta’ ljunfant li għandek f’idejk biex tipprova teliminahom. Mhux ser jirnexxilek u ser jibqgħu jduru, jistennew il-mument meta jibdew jiffittawk lura u jduru madwarek. Flok jonqsu, tagħtihom aktar skop biex ikomplu.
Fejn ninsabu
6. Ninsabu fid-demokrazija, u f’din, min imexxi l-pajjiż irid jagħraf jirrispetta lil dawk li ma jaqbilx magħhom. Irid jagħraf jieħu fil-kalatura l-ħsieb tal-oħrajn, u jispjega bil-fatti u l-argumenti veri għala ma jaqbilx. Ma jridx jattakkahom fil-persuna tagħhom, imma jirrispetta d-dritt fundamentali tagħhom li jgħidu dak li jidhrilhom. Ikun qiegħed imur lura jekk jattakka u jipprova jagħlaq ħalq jew ħidmet l-oħrajn. Għax kif diversi qed jgħidu, huwa tajjeb li għad għandna s-sistema tal-inkjesti maġisterjali legali kif għadha ħajja sal-lum. Huwa ħażin li titneħħa kompletament, kif ser iseħħ. Ikun, anzi, ferm aħjar jekk tiġi perfezzjonata aktar, sabiex tkun għodda iktar diretta li tiggarantixxi t-trasparenza, il-kontabilità u l-legalità. Waqt li f’dan inżommu quddiemna bħala gwida dak li kien qal Orwell, li fi żmien l-ingann huwa rivoluzzjonarju li wieħed jgħid il-verità, niftakru li d-dubbien u n-nemus ma tneħħihomx b’iljunfant.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Robert Abela. Show all posts

24.2.25
31.7.23
FORSI KONNA AĦJAR
1. F’dak li żviluppa tul din il-ġimgħa fix-xena politika nazzjonali, wieħed ikun għaqli jekk, fid-dlam jew fid-dawl li jsib lilu nnifsu fih, jieqaf u jirrifletti. Iħares oġġettivament, u dan dejjem kemm il-bniedem jippermetti lilu nnifsu jagħmel dan u jipprova jifhem. Jiftakar li diversi gvernijiet, fil-passat, kellhom il-mumenti iebsa tagħhom. Kellhom kumplikazzjonijiet varji, daqqa ġejjin minn idejn ħaddieħor, u daqqa minn ġewwa stess. Imma bħal dawn li aħna preżentement għaddejjin minnhom bħala pajjiż u poplu, ftit kienu li rajna.
Effett illum
2. L-effett ġenerali tagħhom huwa li l-pajjiż iħoss li tant intilef il-kontroll, l-awtorità morali u amministrattiva li ħafna qed iqisu ċ-ċirkostanzi barra mill-ordinarju. Illum hemm l-effetti, imma l-kawżi veri tagħhom, dawk li ġibuhom fil-kaġun, ġejjin mill-bieraħ. F’sitwazzjoni fejn dak li qiegħed iseħħ juri biċ-ċar li ma kienx hemm biżżejjed ħsieb fit-tul. Ngħixu l-ġurnata qisu l-aħħar tax-xahar m’hu ser jasal qatt. Żidna l-piżijiet fuq l-infrastrutturi varji tagħna mingħajr ma wieħed ipprepara għal dak li kien ġej.
Tilef l-appoġġ
3. Ir-rapporti fil-gazzetti tal-Ħadd li għadda juru li l-Partit fil-Gvern tilef l-apoġġ lejh b’mod immarkat. Dan bir-raġun, għax f’dawn l-aħħar xhur daħal, u daħħal lilu nnifsu f’sitwazzjonijiet fejn ir-reazzjonijiet għalihom ma tantx ikkonvinċew lill-elettorat. Kien hemm lista tagħhom li, f’ħafna sens, meta tqishom separatament tifhem li kull waħda hija politikament serja u gravi. Bombi atomiċi politiċi. Għax meta tqis: l-ewwel, is-sentenza mogħtija dwar dak li seħħ fil-kuntratt tal-Isptarijiet, fejn tberbqu l-miljuni; it-tieni, fil-kwistjoni marbuta mal-emeda legali fejn kien ċar ħafna li biha seta’ jiġi legalizzat l-abort; it-tielet, il-mistħija u l-konfużjoni marbuta mal-Inkjesta tal-każ Jean Paul Sofia; u r-raba’, b’dak li għaddej fil-ħsarat u l-qtugħ tad-dawl tifhem li dawn jitkellmu waħedhom. Għal dawn, sistematikament, ma kienx hemm la tweġiba u lanqas reazzjoni diretta u f’postha li l-poplu kellu u għandu kull dritt li jippretendi. Il-Gvern deher indeċiż, u minflok ma kien jaf fejn sejjer mill-bidu, spiċċa mar il-kontra ta’ dak li ddikjara.
Wieħed jifhem
4. F’dan, wieħed proprju jifhem li hemm differenza bejn li partit jitlef l-appoġġ elettorali u l-popolarità tiegħu, u l-abbiltà li jżomm l-istabilità u l-ordni. Tista’ ma tkunx popolari wisq f’mument politiku, però trid tara li l-kontroll u l-istabilità jkunu f’posthom. F’dan, illum, il-poplu, fil-maġġoranza elettorali tiegħu huwa konvint li l-Gvern Laburista ta’ Robert Abela dawn il-kwalitajiet mhuwiex jurihom. Il-poplu huwa konvint li hemm bżonn ta’ bidliet fil-mod ta’ kif qiegħed imexxi dan il-Gvern, u dan għall-ġid tal-pajjiż kollu.
‘Reshuffle’
5. Ħafna qed jagħżlu li jibqgħu pass lura, u dan għax mhumiex jaraw tibdil fil-metodi u fl-ideat minn dak li ġieb fi tmiemu l-Gvern Laburista ta’ Joseph Muscat. Tista’, f’dan, għalhekk tingħata l-istess tweġiba li kien hemm qabel: tibdil ieħor intern fejn joħroġ wieħed u jidħol ieħor. Diversi jistgħu jaħsbu, jimmiraw u jistennew tibdil fil-Kabinett f’każ klassiku ta’ ‘reshuffle’ imma oġġettivament, minn dak li jidher li hu għaddej, mhuwiex proprju biżżejjed. Il-bidla mistennija hija iktar diffiċli biex il-poplu jkun verament f’pożizzjoni li jagħtiha fiduċja. Il-poplu fit-triq qiegħed jinkwieta sew fl-għarfien li m’aħniex immexxija ’l quddiem, imma li aħna iktar sejrin lura.
Gowls u awto-gowls
6. F’dan, wieħed jifhem iktar li l-partita politika hija issa kkonċentrata mhux fuq dik il-loġika normali ta’ gowls min-naħa għall-oħra, imma f’kemm qed jiġu ċċentrati inqas awto-gowls. Anzi, f’ħafna qed naraw tfassil tal-manwal ta’ kif m’għandekx iġġib ruħek jew taħdem fil-politika mqiegħed fil-prattika. Nistgħu nsibu li hemm min qiegħed jieħu pjaċir b’dan, u jipprova jogħrok idejh, però jibqa’ l-fatt li dak li hu għaddej huwa ta’ detriment u żvantaġġ għall-pajjiż kollu.
Tibni lura
7. Mhux biss fih innifsu, imma iktar fid-diffikultà sabiex għada pitgħada, gvern differenti jkun f’pożizzjoni li jibdel u jirranġa mill-ġdid l-iżbalji li qed jiġi kommessi llum. Nistgħu nsibu ruħna, kif kien qal Marshal Mc Luhan: “We look at the present through a rearview mirror. We march backwards into the future.” Imma l-fatt jibqa’ li ser ikompli jkun iktar impossibbli għal dan il-Gvern biex jiddritta dak li ta qablu u hu għawġu, u se jkun ħafna iktar diffiċli għal min ġej warajh. Trid ħsieb, esperjenza u viżjoni vera.
Ma konniex hekk
8. Dwar dan, ċertament, hemm punt ieħor li jrid isir: dak marbut mal-kuntrast ta’ kif ħadmu Gvernijiet Nazzjonalisti u l-pożizzjoni li sab ruħu fiha l-Gvern Laburista fl-2013. Din hija parti minn kapitolu tal-istorja li jrid jinkiteb mill-ġdid għax illum inkiteb negattivament u nġustament minn Gvern Laburista li qal kontra u kkritika kemm felaħ lill-Partit Nazzjonalista u meta tela’ fil-gvern wettaq proprju l-kontra ta’ dak kollu li kien iddikjara li ser jagħmel. F’ħamsa u għoxrin sena, dan li aħna għaddejjin minnu ma seħħx, u la taħt Eddie Fenech Adami u lanqas taħt Lawrence Gonzi. F’dan trid issir rivalutazzjoni tal-pożizzjoni, iktar u iktar quddiem il-propaganda qawwija li saret biex tkisser, tħammeġ, tirredikola u tqiegħed fl-iktar stampa negattiva dak li seħħ fit-tajjeb u li għadu magħna sallum.
Għaddejna
9. Diversi, bħali, li servew kif kellhom fis-sewwa u mingħajr ma ħarsu, b’xi mod, lejn l-interessi personali tagħhom jew li jaġixxu bi żlealtà, sabu ruħhom suġġetti għal kundanni soċjali varji. Ftit kienu dawk li baqgħu jkellmuna, jew isellmulna. Wara dak l-appuntament elettorali, anzi, diversi kienu jdawwru wiċċhom minna. Kull ma kien jgħid il-Prim Ministru l-ġdid dwarna kien jiġi emmnut, bħallikieku kien veru. Tant kien effettiv u effikaċi li ġie emmnut, saħansitra, minn persuni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista stess.
Ħarsa lejn il-Futur
10. F’dan, għalhekk, wieħed għandu jifhem u bil-kalma u bl-għaqal jiġbed id-direzzjoni lejn il-bidla li hi tant neċessarja. Dan m’għadux proċess ta’ alternanza ta’ poter, imma ta’ bżonn nazzjonali. Għarfien aħjar tal-ġid li seħħ fil-ħidma onesta lejn il-Poplu Malti u Għawdxi minn Gvernijiet Nazzjonalisti, li għandu jservi wkoll bħala pedament aqwa fil-ħidma tagħna. Ikun il-boxxla li permezz tagħha nidderiġu ruħna biex il-pajjiż ikollu l-fiduċja f’min qiegħed imexxih u lejn fejn sejrin, ilkoll kemm aħna. Kellna tant ġid u tajjeb f’idejna li ntilef, għax ħaddieħor ikkonvinċa lil xi wħud li dak il-ġid u dak it-tajjeb kienu ħżiena. Il-kuntrasti huma iebsa, imma jridu jsiru. F’dan, għalhekk, quddiem dan kollu li qiegħed iseħħ jum wara jum quddiemna nistgħu, b’umiltà ngħidu, li forsi aħna konna aħjar.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...