1. Fid-dinja tagħna għandna bnedmin li jibqgħu determinanti fil-formazzjoni sħiħa tagħha. Dawk li jgħixu jaħdmu bil-ħsieb li ser iħallu l-memorja tagħhom mod fl-istorja, mentri fir-realtà jmorru f’dik differenti. Jgħixu fil-linja li qabdu qabilna f’dak li kienu jsejħu, u għandhom oħrajn warajhom jaħsbu għalih: Cursus honorum. Dik il-linja ta’ inkarigi f’pożizzjonijiet u ħatriet politiċi fl-Istat fejn il-bniedem jara lilu nnifsu tielgħa taraġ. Dejjem iktar ’il fuq u fejn ma jarax lilu nnifsu nieżel lura ’l isfel. Imma anki jekk ikun hekk, jew viċin dan, xorta l-istorja tiddetermina kif jibqa’ magħruf jew f’liema forma ta’ importanza huwa jingħata.
Hekk qalu għalih
2. Fit-3 ta’ Jannar ta’ din is-sena ftakarna wkoll fit-twelid, fis-sena 106 Q.K., ta’ wieħed minn dawn il-bnedmin. Marcus Tullius Cicero: politiku, avukat, skular, filosfu, oratur u bniedem tal-Istat li mexa f’din id-dinja f’karriera li parti sew minnha iddedikaha għas-servizz ta’ Ruma. Bħala bniedem kien ġej minn għeruq umli, mhux mill-klassijiet ta’ fuq. Imma l-iktar bl-intelliġenza, u bil-ħbiberiji u bl-alleanzi li għamel wara, sab ruħu fiċ-ċentru ta’ esperjenzi pubbliċi mill-iktar qawwija. Ma kienx fl-unuri dejjem, anzi għadda minn ħafna fil-kunflitti li daħal fihom ma’ Rumani oħra iktar importanti minnu. Beda kontra Gaius Verres, dak li kien Gvernatur ta’ Sqallija u Malta, u lil Ċiċerun akkużah b’atti ta’ korruzzjoni wara li kien ġabar il-provi sew, inkluż ta’ Maltin li kienu marru jkellmuh biex jirrapportaw kemm dan kien seraq u ħa mit-tempji f’żejt u għasel, fost l-oħrajn.
Mhux ward
3. Il-karriera, dak li sejjaħna ‘Cursus honorum’ tiegħu kienet eżemplari, imma fl-eventi li żviluppaw wara l-qtil ta’ Ġulju Ċesri (100 Q.K. – 44 Q.K.), li seħħet fil-15 ta’ Marzu 44 Q.K., ma baqax dak li kien fl-importanza li kien laħaq. Madanakollu f’ħajtu kiteb ħafna u ħalla daqshekk ieħor kitba warajh. Għandna l-fortuna li dan il-bniedem mhux biss irrifletta u kiteb, imma wkoll li ħa ħsieb jittraduċi mill-Grieg għal-Latin diversi kitbiet klassiċi. L-użu tal-Latin tiegħu kien partikolari u bihom, qaddisin kbar bħal Santu Wistin u San Ġirolmu, ġew influwenzati. Tal-aħħar kien iddikjara li ħolom li huwa ġie akkużat li ma kienx verament Nisrani, imma Ċiċeronjan.
Kif kien qal
4. Kif kien kiteb il-mibki Professur Michael Grant (1914-2004): “The influence of Cicero upon the history of European literature and ideas greatly exceeds that of any other prose writer in any language. In most of the literary, political, religious, ethical, and educational controversies that have gravely agitated western mankind he has been passionately and incessantly quoted – usually by both sides.” (L-influwenza ta’ Ċiċerun fuq l-istorja tal-letteratura Ewropea hija ferm ikbar minn dik ta’ kull kittieb ieħor f’kull lingwa. F’ħafna mill-kontroversji letterarji, politiċi, reliġjużi, etiċi u edukattivi li ċaqilqu sew id-dinja tal-punent huwa ġie, u jiġi ċitat b’saħħa u passjoni diversi drabi miż-żewġ naħat tal-argument.) Bniedem li ta’ qabilna kellhom ix-xorti li studjaw sew u jagħrfu l-għeruq tagħhom fih.
Id-dinja llum
5. Id-dinja llum m’għadhiex dik li kienet qabel u abbandunajna ħafna minn dak li kien jiddistingwina. M’għadniex nisimgħu dwaru, u anqas naraw politiċi jiċċitawh. Wisq inqas nisimgħu lil min irid jew qiegħed jaqrah. Anzi, qisu hawn min jaħseb li biex il-ħajja tkun aħjar għandna nħalluh warajna, minsi fil-memorja tal-istoriċi. Fortunatament, però, għad fadal universitajiet u akkademiċi li għadhom jistudjawh sew. F’Mejju tas-sena l-oħra, fil-fatt ġie stampat ktieb voluminuż ta’ Andrew R. Dyck (1947), Professur Emeritu fl-Università ta’ Cambridge, bit-titlu: Cicero: The Man and His Works. Wieħed li kif l-istoriku Amerikan Michael Kulikowski (1970), fir-riċensjoni riċenti tiegħu fil-London Review of Books ifaħħar sew u jiddistingwih, fl-elf u mitt paġna tal-ktieb, b’dan il-mod: “Andrew Dyck’s giant volume begins there, with Cicero’s birth in 106 BC, and sticks relentlessly to biographical chronology. It is very much a life not a a life and times.” (Il-ktieb voluminuż ta’ Andrew Dyck jibda hemm, mat-twelid ta’ Ċiċerun fis-sena 106 Q.K., u jibqa’ strettament ma’ kronoloġija biografika. Iktar ħajtu milli ħajtu u żminijietu.)
It-tnejn
6. Apprezzament tajjeb proprju għax sija Dyck, li ddedika ħajtu għal kitbet Ċiċerun, kif ukoll Kulikowski, li jaf sewwa s-suġġett, jafu x’inhuma jgħidu. It-tnejn jirrikonoxxu li l-fama u l-influwenza politika ta’ Ċiċerun ma baqgħetx li kienet, l-iktar taħt żmien ir-Repubblika Rumana, minkejja li huwa baqa’ jittama li ser jerġa’ jiksibha lura fiż-żmien imperjali. Minn perjodu fejn kien jidher iktar li l-politika kellha xi prinċipju għal dik li l-konvenjenza tal-mexxejja kienet iktar għolja. Xorta, il-kitbiet straordinarji ta’ Ċiċerun assigurawlu mhux aktar saħħa politika, imma kif jgħid Kulikowski, huma dawk li ggarantewlu immortalità.
Niftakruh
7. Ma nippretendix li f’dan l-artiklu ser ngħaddilkom ħafna minn kitbietu. Imma li huwa sabiħ hu li jibqa’ wieħed mill-kittieba li baqa’ kontra mexxejja dittatorjali. Dawk li bla ġustifikazzjoni neħħew il-libertajiet u d-drittijiet tal-bniedem. Dan għax kien jemmen li hemm awtorità iktar għolja fil-prinċipji morali li jwellduhom, li ebda bniedem ma jista’ jneħħi. Fit-trattat tiegħu dwar l-Istat, wara diffikultajiet politiċi varji jikteb: “True law is reason, right and natural, commanding people to fulfil their obligations and prohibiting and deterring them from doing wrong. Its validity is universal; it is immutable and eternal. Its commands and prohibitions apply effectively to good men and those uninfluenced by them are bad. Any attempt to supersede this law, to repeal any part of it, is sinful, to cancel it entirely is impossible.” (Liġi vera hija bbażata fuq ir-raġuni, loġika u naturali, li tikkmanda l-bnedmin biex iwettqu dmirijiethom, li tipprojbihom u żżommhom milli jwettqu l-ħażen. Il-validità tagħha hija universali; ma tinbidilx u hija eterna. Tikkmanda u tipprojbixxi sija fuq il-bnedmin it-tajba u dawk li mhumiex. Kull attentat li ma jirrispettax din il-liġi, li jneħħi xi parti minnha huwa dnub, li jikkanċellaha kompletament huwa impossibbli.) Kliem li jibqgħu jispiraw u jfakkruna li d-demokrazija hija valur u l-liġijiet tagħna li jwettquha daqshekk ieħor li jiġu protetti.
Wara tant snin
8. Wara tant snin irridu nirrikonoxxu, anzi għandna dmir li nwettqu dan ma’ bniedem kbir. Marcus Tullius Cicero mmarkana u jibqa’ hekk jekk irridu nifhmu dak li aħna u kemm hemm x’wieħed jitgħallem u jirrifletti f’kitbietu. Nirringrazzjaw kittieba u akkademiċi li għadhom iżommu għolja l-memorja tiegħu. Nittamaw li fis-snin li ġejjin naraw li jibqa’ magħna u nġibuh lura b’saħħa fl-iskejjel sekondarji u terzjarji tagħna. L-iktar fl-għarfien li kitbietu huma effettivament parti mill-identità nazzjonali u Ewropea tagħna.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Ċiċerun. Show all posts

26.3.26
29.9.25
STAT FUTUR
1. Fil-ħajja politika, jekk il-passat mhuwiex magħruf ma jiġix ikkunsidrat fil-preżent. Diversi kontinwament jaħsbu li l-istorja tibda minnhom. Diversi oħra jaħsbu li m’għandhomx bżonn jiffurmaw ruħhom fil-qari. Imma fil-verità, għalkemm mhux popolari fid-dinja attwali, xorta dan jibqa’ ċavetta għall-ħidma t-tajba. Saqajn sodi fil-mixja politika rilevanti. Kif diversi jdaħħlu fin-nofs, fejn jaħsbu li jaqblilhom, lil Niccolò Machiavelli (1469-1567) f’Il Principe (1513) u jinsew ukoll li għandu dawk il-ħsibijiet marbuta mad-diskorsi dwar l-awtur storiku Ruman Livy, Discorsi sopra la prima deca di Tito Livio (1513-1519). Fiż-żmien ir-Rinaxximent, li jibqa’ jimpressjonana huwa li ma kienx daqshekk fuq l-istess livell. Iktar enfasi mhux fuq l-arti imma fuq l-opri politiċi tal-antiki. Mhux biss, imma fl-għerf u l-qari tiegħu ta’ diversi, fosthom ta’ Francesco Petrarca (1304-1374) li ġie qablu u pprefera lil Ċiċerun għal Aristotli. Imma wkoll fil-ħsieb espress minn dak li qrajt dwaru: “He shares in the new esteem for Rome but carries it to the point of preferring Rome to Greece and adopting the imperial Roman Republic, and not the Greek polis as his model.” (Huwa jaqbel mal-istima l-ġdida lejn Ruma imma jwassalha sal-punt li jippreferi lil Ruma għall-Greċja u jaddotta l-mudell imperjali tar-Repubblika Rumana u mhux dik tal-polis Griega bħala l-mudell tiegħu.)
X’mudell ta’ Stat
2. Id-domanda tagħna fil-varjetà ta’ mudelli tiġi parti mill-proċess ta’ ħsieb ta’ lejn liema stat u soċjetà rridu nkomplu nimmiraw. Mhux faċli, biss fil-ħajja twila ta’ Ruma Repubblikana u Imperjali ħarġu diversi lezzjonijiet u li jinsabu għad-dispożizzjoni tagħna. Il-Greċja hija interessanti fil-fonti tal-għerf imma ma mexxietx id-dinja bħalma għamlu r-Rumani. Dwar dan qed naqra l-ktieb interessanti ta’ Marta Sordi (1925-2009) bit-titlu I Cristiani e l’Impero Romano (2011), li fih tirreferi għal ħidmet Imperaturi bħal Tiberju. Dak li Taċitu jikteb għalina li kien isolvi l-problemi b’“consiliis et astu”, b’għaqal u diplomazija. Dak li l-kbir Tertulljanu (155-220 WK) jgħidilna li l-ewwel darba li l-Kristjaneżmu ġie dibattut fis-Senat Ruman kien mertu tiegħu. Lezzjonijiet passati li huma abbandunati fil-preżent.
Għaqal u diplomazija
3. Ċertament dan kellu sehem fil-ħidma determinanti tar-Rumani ma’ nazzjonijiet oħra. Uża moħħok iktar milli l-forza sabiex issib ftehim u timxi ’l quddiem. Linja ta’ ħsieb u metodoloġija li fid-demokrazija għandha tkun dik prinċipali. Sija fir-relazzjonijiet internazzjonali, kif ukoll f’dawk nazzjonali tagħna. Għad għandna wisq dożi ta’ forom strambi ta’ imperjaliżmi, daqqa ispirati minn Ruma u daqqa minn dak Ingliż. Żmienhom hawn ħalla xi għeruq li għadhom jidwu f’moħħ dawk li jridu jiddominaw, jew jaħsbu li għandhom xi dritt li jwettqu dan. Imma d-dinja trid timxi ’l quddiem. Trid tħares iktar lejn ir-relazzjonijiet umani fil-proċess ta’ progress uman li jibqa’ l-mira finali tagħna.
Integrazzjoni effettiva
4. Dan iktar u iktar fil-bżonn li wieħed jagħraf li l-mudelli tal-Istat m’għandhomx jinsew l-iżviluppi li seħħew u jħarsu li jmorru lura. Id-demokrazija tirrikonoxxi lill-bniedem bħala dak determinanti u li l-Istat qiegħed għas-servizz tiegħu. Inbniet soċjetà li qed tipprova tħares lejn mudell aqwa ta’ integrazzjoni. Fejn id-domanda politika kontinwa hija jekk iċ-ċittadin huwiex qiegħed iħossu hekk rispettat, fl-għarfien li hu miexi ’l quddiem. F’soċjetà b’forom differenti ta’ neo-kapitaliżmu rridu f’dan naraw jekk il-persuna umana hijiex meħuda fil-kunsiderazzjoni li hija oġġett jew suġġett tad-dritt. Ir-rispett uman huwa, u f’dan jibqa’ determinanti fil-futur tas-soċjetà tagħna.
F’dan aktar
5. Proprju f’dan aktar irridu nħarsu li nassiguraw li ninqatgħu mill-prattiċi żbaljati tal-ġurnata sabiex nimxu b’għaqal, anzi aħjar, b’consiliis et astu biex iseħħ. Inħarsu lejn il-passat tagħna biex nibnu fuqu sistema futura aqwa. Waħda li mhijiex marbuta mal-materjaliżmu imma mal-kunsiderazzjonijiet umani. L-isfida l-kbira u fl-għeruq hija proprja din. Dik li nassiguraw soċjetà fejn il-valuri tas-sewwa jieħdu lura s-sopravvent. Fejn huwa iktar ukoll importanti dak li ser inħallu għal ta’ warajna milli għal dak li ser inwettqu u nieħdu aħna. Hemm bżonn mumenti ta’ riflessjoni maqtugħa minn kunsiderazzjonijiet qosra u aktar lejn viżjonijiet fit-tul. L-Istat demokratiku tagħna tal-futur m’għandux f’dan jibqa’ dak li huwa żbaljat fil-preżent.

9.9.25
ĊERTEZZA TAD-DRITT
1. Ftit jiem ilu, il-Ħadd li għadda, ftakarna fit-tlettax-il anniversarju minn meta ġie nieqes bniedem uniku. Fil-31 ta’ Awissu 2012 ġie msejjaħ lura għand il-Ħallieq persuna mimlija bi tjubija u għerf li ġabar frott l-esperjenza, il-qari, l-istudju u l-impenn dirett mal-bnedmin l-oħra. Twieled f’Torino fl-1927, sar Ġiżwita, wara Arċisqof ta’ Milan mill-1980 sal-2002, u fl-1983 sar Kardinal. Carlo Maria Martini kien magħruf sew u msemmi minn uħud li seta’ wkoll intgħażel Papa. Kien ikun hu l-ewwel Papa Ġiżwita. Magħruf minħabba kitbietu. Dawk li sawwar bħala biblista. Kien Rettur tal-Pontificio Istituto Biblico f’Ruma u tal-Pontificia Università Gregoriana. Dak li ħa ħsieb li jkun hemm ‘Cattedra dei non credenti’ biex seta’ jiftaħ bieb, post għad-djalogu bejn il-bnedmin ta’ fidi u dawk le fuq suġġetti urġenti ta’ attwalità. Għaref li anqas ma kien joqgħod lura milli jesprimi ħsibijietu, anke jekk minħabba f’hekk sofra minn oħrajn.
Triq il-Ġustizzja
2. Hemm diversi pubblikazzjonijiet tiegħu. Għandi jien ukoll xi wħud minnhom fil-librerija. Kull wieħed fih x’taqra u x’tgħarbel. Anke jekk m’għadux magħna, xorta waħda għadu rilevanti ħafna. Fost dawn għandi ġabra ta’ ideat tiegħu dwar il-ġustizzja. Il-ktejjeb jismu proprju hekk: Sulla Giustizia (1999). Mimli bi kwotazzjonijiet u direzzjonijiet, fosthom fuq il-ġustizzja riparatriċi, li tibqa’ għal qalbi fil-liġi li kelli l-unur u l-pjaċir li nġib fis-seħħ f’Jannar tal-2012. Fil-ktieb għandu ħsibijietu u dawk ta’ wħud mill-aqwa bnedmin ta’ kultura. Jiftaħ b’Origene (185-253 WK): “La giustizia, anche se è debole di forze, vince; invece l’ingiustizia, anche se ha molti e vigorosi sostenitori, viene sconfitta.” (Il-Ġustizzja, anke jekk dgħajfa u nieqsa mis-saħħa, tirbaħ; mentri l-inġustizzja, anke jekk għandha diversi sostenituri b’saħħithom, titlef.)
B’bibien għaliha
3. Jkompli, fost oħrajn, jiċċita lil Blaise Pascal (1632-1662) li jgħid hekk: “La giustizia senza forza è impotente; la forza senza la giustizia è tirannica. Bisogna metter insieme la giustizia e la forza; e per giungervi occorre far si che ciò che è giusto sia forte e ciò che è forte sia giusto.” (Il-Ġustizzja mingħajr forza hija impotenti; il-forza mingħajr ġustizzja hija tirannija. Hemm bżonn li wieħed iqiegħed flimkien il-ġustizzja u l-forza; u biex tasal jeħtieġ tassigura li dak li huwa ġust huwa b’saħħtu u dak li huwa b’saħħtu huwa ġust.) Martini jkompli josserva hekk hu: “In realtà se non si riscopre il fondamento divino, non si riesce a definire con chiarezza l’inalienabilità dei diritti umani e della giustizia tesa a rispettarli e a promuoverli.” (Fir-realtà jekk wieħed ma jirriskoprix mill-ġdid il-pedament Divin, wieħed ma jirnexxilux jiddefinixxi bi kjarezza li d-drittijiet fundamentali tal-bniedem ma jinbiegħux, kif lanqas il-ġustizzja li qegħda hemm sabiex jiġu rispettati u promossi.)
Fil-libertà u ċ-ċertezza
4. Kunċetti li diversi jaqblu magħhom. Għalkemm wieħed jaċċetta wkoll li dak li jiġi dikjarat fil-komun ma jfissirx l-istess għal min jiddikjarah. Kliem il-Kardinal huma mwielda minn formazzjoni soda fid-duttrina soċjali tal-Knisja. Dik li diversi ma jaqrawx u oħrajn, sfortunatament, jiddisprezzaw. Kelli aktar ħin napprezza dan jien u ġej minn Copenhagen ftit jiem ilu waqt li kont qed naqra l-ktieb tad-deputat Demokristjan Gianfranco Merli (1924-1998) bit-titlu Don Angeli e i Cattolici democratici in Toscana (1978). Ktieb ispirat minn ħidmet Don Roberto Angeli (1913-1978). Saċerdot mimli b’għerf u li ġġieled fir-Reżistenza, maqbud u mibgħut fil-kampijiet tal-konċentrament. Magħruf l-iktar għall-ktieb tiegħu Vangelo nei Lager; Un prete nella Resistenza (1964).
Liġi morali
5. Fil-ktieb tassew interessanti ta’ Merli hemm miġbura l-lezzjonijiet li kien ta lil diversi studenti tul il-gwerra dwar ħidmet in-Nisrani fil-politika. X’għandu jiġi protett, x’għandu jwettaq l-Istat. Jgħid hekk: “Il compito dello stato è duplice; fornire la sicurezza giuridica (compito negattivo) e promuovere il bene comune (compito positivo)”. (Ħidmet l-Istat hija doppja: tassigura s-sigurtà ġuridika (ħidma passiva) u tippromwovi l-ġid komuni (ħidma attiva u pożittiva). L-awtur jiċċita aktar lill-istess Don Roberto, li waqt li jinsisti li kull Stat għandu jipproteġi d-drittijiet fundamentali u dawk privati tal-familja u li ma jinsiex li hemm liġi superjuri morali, jgħid hekk: “Chiamiamo sicurezza giuridica quella protezione che assicuri a tutti il pacifico uso dei loro diritti; alla vita, alla proprietà, alla legittima libertà, all’onore, ecc. Per questo lo Stato avrà le sue leggi, le sue sanzioni, il suo tribunale; intesi non a far dominare un ceto, o una razza o un partito, ma a difendere e tutelare ogni singolo cittadino.” (Insejħu ċertezza ġuridika dik il-protezzjoni li tassigura lil kulħadd l-użu paċifiku tad-drittijiet tagħhom; tal-ħajja, tal-proprjetà, tal-libertajiet leġittimi, tal-unur, eċċ. Għalhekk l-Istat għandu l-liġijiet tiegħu, il-pieni, il-qrati; stabbiliti mhux biex ikun hemm id-dominju tal-klassi, razza jew partit fuq oħrajn imma biex jiddefendi u jipproteġi kull ċittadin.)
Ċiċerun
6. L-awtur jikkwota lil Ċiċerun, li kien fakkarna li “Legum servi sumus ut liberi esse possimus” (Inservu l-liġi sabiex inkunu liberi). Però f’dan ikompli jissoda l-argument b’kitbet il-Papa Piju XII (1876-1958) fejn jiċċara aktar il-kunċett fid-duttrina soċjali taċ-ċertezza tad-dritt. F’dan insibu hekk, fost punti oħra: “Ciò suppone; a) un tribunale e un Giudice che prendano le direttive da un diritto chiaramente formulato e circoscritto; b) chiare norme giuridiche che non possono essere stravolte con abusivi richiami ad un supposto sentimento popolari e con mere ragioni di utilità.” (Dan jitlob: a) qorti u ġudikant li jieħdu d-direzzjoni tagħhom minn liġijiet miktuba b’mod ċar u kontrollat; b) normi ġuridiċi stabbli u ċari li ma jistgħux jinbidlu skont iċ-ċirkostanzi, b’abbużi minħabba s-sentiment popolari jew raġunijiet hekk imsejħa ta’ utilità).
Parti mis-saltna tad-dritt
7. F’dan huwa iktar evidenti għalina llum fis-soċjetà tagħna li jkollna sistema ġuridika ċerta mhux biss fil-liġijiet miktuba u pubbliċi, imma iktar ukoll fl-applikazzjoni tagħhom. L-isforz legali u ġuridiku li jrid jiġi konfrontat b’aktar attenzjoni u preċiżjoni proprju għax il-liġi hija xjenza huwa proprju dan. Irid ikollna sistema li tinbena sabiex fil-libertà intellettwali u l-kuxjenza retta jkollna ċertezza tad-dritt. Fejn is-sistema ssegwi aktar li fuq punti legali ma jkunx hemm dubji jew inċertezza kif jiġu finalment deċiżi kwistjonijiet legali. Sfida kbira fis-sistema legali tagħna bil-passat twil tagħha. Imma waħda li trid ideat ġodda sabiex tingħeleb u jkollna Stat demokratiku li fih is-saltna tad-dritt tassigura aktar iċ-ċertezza tad-dritt.

3.6.25
MUDELLI W IDEALI
1. F’ħafna, wieħed għandu jqabbel soċjetajiet varji. Dawk li għaddejna minnhom fil-passat u dawk li qegħdin ngħixu fihom fil-preżent. F’ħafna ninsabu f’dinja fejn it-teknoloġija qegħda tagħmel lill-bniedem inqas ħawtiel, inqas lest li jfittex, inqas mimli bil-ħerqa li jitgħallem u jsir jaf, salv dak biss li huwa għalih essenzjali. Nafu li dan huwa proċess li fih il-ktieb qed jitpoġġa iktar fil-ġenb. Kif nafu, naqsu dawk li jfittxu, jixtru jew jissellfu ktieb. Naqas, fuq kollox, l-Istat demokratiku li jkollu fil-prijorità tiegħu x-xiri akbar, ferm akbar, ta’ kotba u li jkollu poplu li huwa nfurmat. Darba fis-sena forsi nisimgħu bl-istatistika li xi librerija kellha xi żieda marġinali ta’ qarrejja imma huwa fatt li s-soċjetà tagħna qed tħalli warajha l-għerf. Tħalli l-boxxla fundamentali tagħha u għalhekk timxi ma’ kull riħ li jiġi.
Plutarch
2. Fost il-wirt ta’ għerf li d-dinja klassika għadditilna hemm kitbet dan il-bniedem. Jingħad li għex bejn is-sena 40 W.K. sal-120 W.K. u ismu hemm min jidentifikah bħala dak li ġej minn Chaeronea, jew Lucius Mestrius Plutarchus. Imma l-fatt jibqa’ li huwa responsabbli għal żewġ kotba importanti. L-ewwel, il-ħajjiet paralleli ta’ diversi bnedmin mid-dinja Griega u Rumana wara l-famuża Moralia. It-tnejn kotba mill-isbaħ u ntenzjonati mhux biss li jiġbru informazzjoni storika imma aktar minn hekk li jgħallmu lill-bniedem kif għandu jġib ruħu fil-ħajja ta’ kuljum. Forom varji ta’ dak li wieħed jista’ jqabbel ma’ ‘eroj’ li jiggwidaw lil dak li jkun. Dawk il-bnedmin li fil-preżent nara li s-soċjetà m’għadhiex tfittex jew tipprova ssib.
X’jgħid
3. L-awtur jispjega dan meta jiddikjara: “My intent is not to write history, but only lives. For, the noblest deeds do not always show men’s virtues and vices, but oftentimes a light occasion, a word, or some sport maketh men’s natual dispositions and manners appear more plain, than the famous battles won, wherein are slain ten thousand men, or the great armies, or cities won by siege or assault.” (L-intenzjoni tiegħi mhijiex li nikteb l-istorja, imma biss dwar il-ħajjiet. Għax, l-azzjonijiet l-aktar nobbli ma jurux dejjem il-virtujiet u d-difetti tal-bnedmin, imma ħafna drabi mument mhux tant importanti, kelma, jew xi aljenazzjoni juru aħjar il-bniedem fl-aspett naturali u fil-manjieri tiegħu, ferm iktar minn battalji mirbuħa, jew jekk mietu għaxart’elef persuna, jew il-battalji l-kbar, jew l-ibliet mirbuħa b’assedji jew attakk.) U f’dan, minn dak li rajt u qrajt jidher li għal ġenerazzjonijiet twal, irnexxielu.
Sekli
4. Għal sekli twal, awturi u bnedmin fil-ħajja, l-iktar dawk li kienu litterati, jaf jaqraw, ħaduh f’idejhom. L-ewwel ktieb ta’ Plutarch kien miktub tajjeb u popolari, mimli bid-deskrizzjoni tal-ħajjiet ta’ persuni importanti fid-dinja Griega u Rumana u wara, f’forma ta’ konklużjoni, dawn kienu jitqabblu. Taqra ħajjet Alessandru l-Kbir jew dik ta’ Ġulju Ċesri, jew il-ħajjiet ta’ Demostene u Ċiċerun u tarahom jitqabblu b’intelliġenza u għaqal politiku u uman. Proprju minħabba dan li ħafna mexxejja qrawhom. Diversi, bħall-Ġeneral u Imperatur Franċiż Napuljun Bonaparte (1769-1821), jingħad li kienu jġorruhom magħhom fil-kampanji belliċi u l-vjaġġi tagħhom. Diversi oħra kienu jassiguraw li l-uffiċjali militari tagħhom u wliedhom jinxeħtu jaqraw dan il-ktieb twil u voluminuż. Dan proprju għax l-awtur verament jirnexxilu jwelled f’diversi mhux biss rispett lejn il-passat imma aktar li wieħed jieħu direzzjoni. Eżempji tajba fuq naħa u gwida sabiex ma jittieħdux direzzjonijiet żbaljati li jkunu ħadu dawn il-mexxejja kbar.
Lista twila
5. Fil-fatt nafu li l-lista ta’ dawn il-bnedmin hija twila. Dan l-aktar għax fir-Rinaxximent reġa’ ġie skopert mill-ġdid. Fl-elenku hemm, fost l-oħrajn, Erażmu ta’ Rotterdam, li l-awtur iqiegħdu fit-tielet post wara l-Bibbja. Jew il-Qaddis Tumas More, Shakespeare, Montesquieu, Voltaire, Rousseau: ilkoll bnedmin li ġew influwenzati u li wara ħadu ħsieb jinfluwenzaw lil oħrajn warajhom. Dawk li qrawh fehmuh, l-ewwel meta jiddikjara: “Il vero uomo politico si affida invece alla parola, che è il mezzo più idoneo e congeniale per persuadere e governare il popolo.” (Il-politiku ta’ veru jrid jafda fl-abbiltà tal-kelma t-tajba, li hija l-mezz l-iktar indikat u konformi biex tipperswadi u tmexxi ’l-poplu.) Fit-tieni, li minn kliemu stess il-politiku għandu juża lingwaġġ dinjituż u li jgħolli ’l fuq il-bniedem lejn l-aħjar, lejn dak li huwa sewwa u mhux, minflok, imur għal dak teatrali jew bombastiku.
Illum
6. F’dan, numru ta’ drabi nisma’ lil min isemmi politiċi passati u jfaħħarhom. Hekk jixirqilhom. Ħafna li servewna kienu bnedmin ta’ stoffa u determinazzjoni. Ippreparati jaħdmu għal ideal veru u mhux għall-interess personali. Bnedmin li ġew huma wkoll iffurmati f’dinja li kienet tagħti ġieħ lil kitbiet bnedmin bħal Plutarch. Kitbiet il-letteratura klassika li tathom ħafna eżempji li setgħu jsegwu fl-imġieba tagħhom. Jieħdu toroq tajba u attenti milli jaqbdu dawk żbaljati. Nifhem f’dan li jista’ jkun hemm min jopponi għal kitbieti u jiddikjara li dak iż-żmien għadda. Jista’ jkun, imma nemmen dejjem aktar li hawn ġenerazzjoni ġdida ta’ bnedmin fil-ħajja pubblika li jridu u jixtiequ direzzjoni tajba.
Nemmen
7. Nemmen aktar li għadna fil-mument li mmorru lura u naqbdu dak li qabdu oħrajn. Nemmen li għandna dmir, fid-deżert li ninsabu fih, li nfakkru u nindikawlhom li hemm boxxliet tajba li jistgħu, jekk iridu, jsegwu. Nemmen li għandi dmir inkompli nitkellem u niddikjara minn fejn ġej u dak li jien. Il-bażi fl-għeruq tal-politika kulturali tiegħi li sa issa għadha ma telqitnix. Dawk li huma, fil-fatt, il-mudelli w ideali li jiffurmawna bħala soċjetà demokratika u li huma wkoll dawk li kapaċi jkomplu jkunu sodi għal futur politiku aħjar tagħna.

13.2.25
BILLI ĊIĊERUN MHUX FIL-GVERN
1. Mill-ewwel sena fil-kors tal-Liġi konna naqraw dak li Marku Tullju Ċiċerun (106 QK-43 QK) kien qalilna. Lilna u lil dawk kollha li jaħdmu u jagħrfu l-utilità morali u soċjali tal-liġi. Konna naqraw hekk: “Legum servi sumus ut liberi esse possimus” (Inservu l-liġi sabiex inkunu aktar liberi). Kliem li konna naħsbu li qed nifhmu iżda li maż-żmien u bl-esperjenza indispensabbli tal-ħajja fhimna xi ftit aħjar. Għax dak li qal mhuwiex sempliċement parti mill-istorja passata imma minn dik attwali tal-lum. Xi żball ikun jekk dan il-kliem jiġi traskurat minn dawk fit-tmexxija tal-pajjiż. Dawk fil-Leġislattiv, Eżekuttiv u Ġudizzjarju għandhom ilkoll id-dmir li jagħrfu kemm dan huwa importanti.
Fid-Demokrazija
2. F’dan nistgħu nistaqsu u nfittxu biex insibu definizzjoni ċara ta’ x’inhija d-demokrazija. Diversi awturi, storiċi, politiċi għandhom kliem li jgħinuna nqegħdu iktar il-biċċiet f’posthom. Nifhmu dak li hi, dak li bnejna fiha u dak li nixtiquha tkun, dejjem f’dak il-proċess biex tkun aħjar. Hemm diversi gwidi f’dan u nammetti li qrajthom, u nibqa’ sakemm nista’, naqrahom. Imma forsi, fil-verità, id-demokrazija għandha tkun dak kollu li mhuwiex dittatorjat. Dan il-ħsieb imexxina f’żewġ direzzjonijiet. L-ewwel, fil-mod ta’ kif wieħed imexxi u jamministra l-poter; u t-tieni, fil-mod ta’ kif japplika l-liġi fuq l-oħrajn. Fuq dawk li ġejt fdat li tieħu ħsieb, bil-prinċipju etiku fundamentali li dak li tippretendi minn oħrajn li jwettqu, daqstant ieħor għandek twettqu int.
Servizz
3. Ngħid dan fl-isfond ta’ dak li ġara fix-xenarju politiku din il-ġimgħa, fil-kwistjoni ta’ jekk ir-rendikont tal-assi tal-membri fl-Eżekuttiv għandhomx isiru pubbliċi. Għax diversi drabi ninsew li min iservi d-demokrazija qiegħed iwettaq dan mhux għalih innifsu. Wisq inqas għall-vanaglorja li hija tentatriċi kostanti, imma sabiex iservi lill-poplu. Aktar ma tkun soda s-sistema demokratika, aktar inkunu qed niggarantixxu l-libertà u nassiguraw li ma jkunx hemm dittatorjati ta’ ebda forom. Aktar u aktar f’soċjetà fejn il-proċess biex wieħed jifhem li l-poter fdat mill-pajjiż mhuwiex dak li jiġi eżerċitat b’impożizzjoni jew awtoritarjaniżmu imma demokratikament. F’dan wieħed jistaqsi: huwa aħjar jekk kull min qiegħed fil-poter demokratiku jassigura li l-assi tiegħu jsiru pubbliċi biex ħadd ma jissuspetta fih, jew il-kontra?
Stabilità
4. Dan huwa iktar rilevanti fid-dibattitu li hemm għaddej fl-Italja dwar l-istabilità politika. Fejn qed jippruvaw isibu formula legali biex il-Gvern iservi mingħajr diffikultà, anzi b’garanzija, għal leġislatura sħiħa. Xejn faċli fil-koalizzjonijiet varji li hemm. Pajjiżna, minflok, m’għandux din il-problema. Hemm prezz li qiegħed jitħallas minn dawk li huma ż-żgħar fl-appoġġ elettorali. Kif ukoll m’aħniex imdorrija naraw koalizzjonijiet li jispiċċaw f’diffikultajiet tagħhom. Nimxu sabiex ikun hemm, indipendentement, min qiegħed imexxi jew kif qed iwettaq dan f’linja ta’ stabilità. Hemm sagrifiċċju xejn faċli li forsi drajna, imma daqshekk ieħor wieħed irid jifhem li l-livell fil-kwalità demokratika għandu jogħla kontinwament.
X’għamiltu intom
5. Ħafna mumenti, il-Gvern preżenti għadu maħkum fid-dell ta’ dak li twettaq minn Gvernijiet Nazzjonalisti. Jiddikjara li l-progress huwa l-mira, imma mbagħad ħafna drabi jiġġustifika l-aġir tiegħu b’dak li seta’ ġara fil-passat. Jekk intom in-Nazzjonalisti għamiltu hekk qabel, allura jkun ġustifikat li jien issa nagħmel l-istess. Proprju f’dan, wieħed jistaqsi jekk Gvernijiet Nazzjonalisti kienu, kif ġie ġustament rivelat mill-Ispeaker nhar it-22 ta’ Jannar: “Is-Sedja tirrileva illi għas-snin mill-1994 sal-2012 il-prassi kienet li d-dikjarazzjonijiet sottomessi lill-Kabinett jiġu mqegħda wkoll fuq il-Mejda tal-Kamra, iżda baqgħu ma tqiegħdu qatt fi tlett istanzi, ċjoè l-2001, l-2005 u l-2007, u tal-2016 tqiegħdu wara li ntalbu permezz ta’ Mistoqsija Parlamentari.”, allura kif għandek tiċħad dan illum? Huwa minnu li kull min huwa f’dawn il-pożizzjonijiet jiddejjaq jara ismu mqiegħed mhux proprju fl-aħjar dawl fil-gazzetti qisu xi forma ta’ approfittatutur. Imma fuq in-naħa l-oħra hemm il-vantaġġi.
Skrutinju
6. Dan għax min huwa fil-poteri demokratiċi għandu l-bżonn li jintagħraf, barra li min qiegħed hemm huwa għas-servizz tal-liġi demokratika sabiex oħrajn igawdu l-libertà. Hija garanzija għalih u għal dawk li jersqu quddiemu. Vantaġġ kbir fil-bżonn tat-trasparenza, tal-onestà, tal-integrità li ħaddieħor jakkuża li ma hemmx. Proprju fuq dan wieħed għandu jikkunsidra li huwa żball tal-Prim Ministru li jħalli l-affarijiet fuq il-livell ta’ proċess ta’ “skrutinju” intern tiegħu bħala Kap tal-Kabinett dwar l-assi tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. It-talbiet fuq dan imressqa mid-deputat Karol Aquilina qed jiġu kkunsidrati mill-Gvern qishom dawk li jekk taċċettahom tkun qiegħed tidher dgħajjef fil-konfront tal-Oppożizzjoni. Mentri fil-verità dan għandu jkun sinjal ta’ progress demokratiku: isir għax għandu jsir u mhux għax xi ħadd qiegħed iċedi jew jagħmel xi pjaċir.
Parir tajjeb
7. F’dan għalhekk għandna nissudaw id-demokrazija biex nassiguraw li l-poter jiġi amministrat tajjeb u ma jkunx hemm min jitħajjar mill-iżbalji ta’ dittaturi passati jew preżenti. Proprju għalhekk, ċertament, Ċiċerun għaddielna parir tajjeb meta qalilna: “Legum servi sumus ut liberi esse possimus” (Inservu l-Liġi sabiex aħna nkunu liberi). Biss, billi Ċiċerun mhuwiex fil-Gvern, il-liġijiet ma jistax jibdilhom. Jista’ biss iħajjarna nifhmu li dmirna huwa li nagħmlu l-affarijiet aħjar milli huma u għalhekk il-liġi tiġi mibdula biex l-assi jsiru pubbliċi huma wkoll.

25.8.24
IMBIERKA U QADDISA
1. F’dawn il-jiem nieqaf u nħares lura lejn dawk li ġew qabilna. Dawk li elfejn sena ilu kienu hawn, jew b’xi mod ġew hawn. F’dak iż-żmien meta dawn il-gżejjer ingħaqdu mar-Repubblika Rumana, bil-vantaġġ u s-saħħa li kellha. Mingħajr ma rrid naħseb f’dawk li ġew u sabu art mimlija b’tempji preistoriċi għalina u ċertament huma stess kienu jarawhom ferm qabilhom. Mhux biss dawk li għadhom fuq saqajhom fil-preżent, imma wkoll dawk li kienu hemm fil-passat. Ikolli ngħid kienu impressjonati b’dak li sabu u dawn kellhom iktar id-diffikultà li riedu jintroduċu tempji ġodda b’allat tagħhom magħhom. Min jaf x’qalu dawk li kien hawn diġà.
Wara s-60 WK
2. F’dawk it-tlett mitt sena sakemm wasal San Pawl, id-dinja reliġjuża kienet inbidlet. Dawk li kienu hawn għaddew minn ħafna u saru iktar viċin il-kultura Rumana, anki fid-dinja tal-qdusija. Fittxew u ma nqatgħux mis-sejħa li jkunu bnedmin aħjar milli kienu. Fis-sens seta’ kien hemm iktar l-għarfien li qabel il-Greċja Antika u Ruma stess kien hawn ċiviltà qaddisa u soda. Għax trid ikollok saħħa, determinazzjoni fuq naħa u qima fuq l-oħra biex tibni tempji tal-qies bil-ġebel tqil li bih inbnew. Element li għadda fil-ġenerazzjonijiet. Bnejna diversi knejjes u kif ikollna l-opportunità għadna nħossu din il-vokazzjoni li nibnu aktar. Rari li nwaqqgħu li għandna biex nibnu flokhom. Kull post ta’ qima jgħix ma’ oħrajn u jibqa’ wkoll jirrappreżenta ż-żmien li fih sar. Imma l-punt hu li dawn il-gżejjer kienu, għal darb’oħra, parti minn bidla reliġjuża. Dawk li kienu hawn sofrew huma wkoll mill-persekuzzjonijiet li twieldu wara.
Ċiċerun
3. Anki meta taqra l-mod u s-sehem li kellhom fil-proċess li kellu jsir kontra Gaius Verres (70 QK) l-bnedmin ta’ hawn. Kif ukoll meta tikkunsidra u tqis li mill-ħsibijiet kollha li setgħu ġew f’moħħhom quddiem persuna li salva imma li attakkatu lifgħa, kienet il-ġustizzja u l-qdusija tiegħu li raw. Veru wkoll li nafu li dawn il-gżejjer għamlu perjodu mhux abitati bħal ma kienu imma jew l-art, l-ambjent li kkundizzjonahom, jew dwk li fid-demm għażlu li jiġu lura xorta lejn għeruqhom u xorta marru lura li jkunu f’art ta’ qdusija. Il-fatt jibqa’ li f’din l-art hawn repożitorju ta’ tjubija li ma tinsabx f’postijiet oħra. Anki jekk niġu mkasbra jew uħud minna stess jiddisprezzaw lil ħutom, nibqgħu poplu li jħares lejn is-sewwa. Nibqgħu dawk li għandna depożitat fina aġir li huwa mwieled mis-sewwa. Kellna min huwa mqareb. Min żbalja sew, imma ma kellniex l-atti ta’ vjolenza u massakri li popli oħra raw u għaddew minnhom.
Għaliex ngħid dan
4. F’dan kollu hawn forza ta’ moderazzjoni f’din l-art. Waħda li welldet diversi bnedmin twajba u li ddedikaw, u għadhom iddedikati, sabiex iwettqu atti ta’ ġenerożità fil-konfront ta’ oħrajn. Kemm Maltin u Għawdxin li kif jiġi żmien is-sajf tarahom iqattgħu l-ħin tal-mistrieħ tagħhom f’missjonijiet ma’ popli inqas ixxurtjati minn tagħna. Kemm ma’ dawn hemm ukoll dawk li jagħtu ħin fil-volontarjat lill-festi u lill-knejjes tagħna. Jarmaw, iżarmaw, qalbhom tħabbat sabiex l-affarijiet isiru aħjar minn qabel. Fejn l-estern u l-intern reliġjuż tagħhom isir b’aktar impenn u b’atti ta’ altruwiżmu. Kull min jimpenja ruħu jħossu dejjem iktar parti minn proċess salutari. Fuq naħa kontinwazzjoni mal-passat u fuq l-oħra parteċipazzjoni attiva fil-preżent sabiex il-futur jibqa’ jiġi garantit.
Apprezzament
5. Nitmaqdru u nħallu wkoll lil min inaqqsilna billi mhux kull persuna taġixxi sewwa. Imma l-fatt jibqa’ li m’hawnx biżżejjed vuċijiet favur l-apprezzament lejn dak li qiegħed ikompli jsir. Diversi bnedmin, fil-ħidma qawwija tagħhom favur l-oħrajn ma jsibux min jirrikonoxxi verament. Hawn dożi tal-politikament korrett fejn ikun hemm inċens skadut li jittajjar li jidher li qisu qiegħed jifhem. Imma fil-verità ma hemmx dak li huwa neċessarju biex nirrikonoxxu li aħna li aħna għax hawn ferm iktar milli naħsbu li mhux mbierka u mexjin lejn il-qdusija tagħhom. Nirrikonoxxi f’dan li hawn ferm iktar tajjeb milli hawn minn dak li mhuwiex. Nirrikonoxxi li hawn ferm iktar bnedmin li jridu jwettqu s-sewwa u ma jweġġgħux lill-oħrajn.
Santa Marija
6. Tmiss ferm iktar dan waqt u b’mod speċjali tul din il-ġimgħa li għaddiet. Fid-diversi knejjes, parroċċi u attivitajiet reliġjużi mingħajr ma trid, l-ewwel, tmur lura lejn il-passat li għadu sod fil-preżent; u t-tieni, li tifhem li diversi għadhom b’rispett lejn il-festa jieqfu u jnaqqsu mill-ħidma lavorattiva tagħhom. Hemm paċi interna li tgħaqqadna. Hemm viżjoni ċara li din il-gżira li m’għandhiex bżonn tkun dak li mhijiex, imma li tkompli tħares u tikkultiva l-għeruq tagħha. Hemm sens ta’ direzzjoni u boxxla li għadha taħdem sabiex nitkellmu fis-sew u nagħrfu dawk li huma l-valuri fundamentali Nsara tagħna. Ma niġġudikawx malajr. Wisq anqas ma nikkundannaw il-bnedmin għall-forka. F’dan, għalhekk, għandna dmir napprezzaw u nirrikonoxxu dan il-wirt, proprju għax ninsabu f’art speċjali. Waħda mbierka u qaddisa.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...