34946. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Ġustizzja u r-Riforma tas-Settur tal-Kostruzzjoni: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati rikorsi taħt id-dispożizzjoni tal-artiklu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul dawn l-aħħar sentejn (2024 u 2025)? Jista’ jgħid ukoll kemm minnhom ġew deċiżi u kemm hemm pendenti sal-ġurnata li fiha tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari?
06/03/2026
ONOR. JONATHAN ATTARD: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi rikorsi
taħt id-dispożizzjoni tal-artikolu 495A tal-Kodiċi Ċivili matul dawn l-aħħar
sentejn (2024 u 2025) kien hemm is-segwenti:
- Fl-2024 ġew
preżentati 18-il rikors, bi 12 għadhom pendenti u 6 li ġew deċiżi.
- Fl-2025 ġew
preżentati 34-il rikors, bi 33 għadhom pendenti u 1 li ġie deċiż.
Seduta Numru 446
No comments:
Post a Comment