34074. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi: Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt tax-Xgħajra wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
03/02/2026
ONOR. CHRIS BONETT: Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-maltempata
ta’ Jannar li għadda kkawżat l-erożjoni tal-pedament ta’ parti mill-promenade
tax-Xgħajra u din ċediet. Id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi intervjena
minnufih u poġġa blokki tal-konkos sabiex jagħlaq din il-parti tal-promenade.
Id-dipartiment qed iħejji s-surveys u l-pjanti neċessarji sabiex din il-parti
tal-promenade li ċediet terġa’ tinbena mill-ġdid.
Seduta Numru 440
03/03/2026
No comments:
Post a Comment