34073. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fix-Xatt ta’ Wied il-Għajn wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?
03/02/2026
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab
infurmat mill-Kunsill Lokali Wied il-Għajn li x-xogħlijiet kollha tad-dawra
tax-xatt, mit-Torri ta’ San Tumas sal-knisja u dik taż-Żonqor, huma
responsabbiltà ċentrali. Il-Kunsill, però, ser jagħmel użu mis-servizz ta’
surveyor li ser jiġi pprovdut mir-Reġjun sabiex jikkwantifika l-ħsarat
tar-railing li nqala', tat-triq u tal-bankina. Ir-rapport ser jiġi riferut lil
Infrastructure Malta bil-possibbiltà li x-xogħol ta’ riġenerazzjoni jiġi estiż
f’din il-parti wkoll.
Seduta Numru 440
03/03/2026
No comments:
Post a Comment