4.3.26

IL-KALKARA - BAJJA TA’ RINELLA - ĦSARAT IKKAWŻATI BIL-MALTEMP

 IL-KALKARA - BAJJA TA’ RINELLA - ĦSARAT IKKAWŻATI BIL-MALTEMP

 

34072. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid xi ħsarat ġew verifikati fil-Bajja tar-Rinella fil-Kalkara wara l-aħħar maltempata? Jista’ jgħid ukoll x’passi diġà ttieħdu u x’passi ser jittieħdu f’dan ir-rigward?

 

03/02/2026

 

ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali Il-Kalkara li, kawża tal-maltempata, il-Bajja ta’ Rinella sofriet ħsara konsiderevoli fit-turġien li jagħtu aċċess għall-bajja, fil-bankini u fit-triq li ddawwar il-bajja. Numru ta’ ġebel kbir inġema’ fit-triq u ammont sostanzjali ta’ ramel tkaxkar mill-baħar. F’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u Infrastructure Malta, tpoġġew barrikati tal-konkos f’din it-triq biex jingħalaq l-aċċess għall-vetturi fil-parti fejn sfrondat it-triq. Saru wkoll arranġamenti biex jitpoġġew tabelli sabiex il-pubbliku jiġi infurmat b’dan u jevita ż-żona. Qed isir assessjar taż-żona biex jiġi stabbilit l-aħjar mod kif tiġi indirizzata s-sitwazzjoni tal-ħsara fit-triq.

 

Seduta Numru 440

03/03/2026

No comments:

ĦU PARIR

1. Kemm hija utli u siewja dik il-fehma personali ta’ dak li jkun mistoqsi jew le dwar punt, huwa x’inhuwa. Ħafna drabi, però, wieħed ...