33549. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rivista ħareġ il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-sena 2025 sabiex jinforma l-lokalità b’dak li qiegħed jiġri fl-istess lokalità u kemm kienet in-nefqa rispettiva? Jista’ jgħid ukoll kemm kien in-numru ta’ pubblikazzjonijiet stampati u jqiegħed kopja fuq il-Mejda tal-Kamra?
07/01/2026
ONOR. OWEN BONNICI: Ninsab infurmat li l-Kunsill Lokali Ħal Għaxaq ma
ppubblikax rivisti matul is-sena 2025 u, għaldaqstant, ma kien hemm l-ebda
nefqa relatata.
Seduta Numru 439
No comments:
Post a Comment