1. Għal min jaqra jagħraf li hemm bnedmin li nfluwenzaw, li però jinsabu moħbija fl-istorja. Diversi drabi, bnedmin jispiraw ruħhom minn oħrajn dwar dak li għandhom jaħdmu għalih, liema f’dan dawk l-ideat li jmissu lil politiċi varji sabiex iseħħ is-sewwa. Ideat tajba u oħrajn inqas, li fuq in-naħa l-oħra huma dawk li ma jitwieled xejn minnhom. Dawk għall-interessi materjali, personali tagħhom u dawk li ġejjin minn bnedmin li l-uniku difett tagħhom huwa li jridu jġibu d-dinja aħjar milli hija. Dedikazzjoni sħiħa għall-ġid tal-proxxmu.
Avvenire
2. Tul il-ġimgħa li għaddiet sibtni naqra editorjal bit-titolu Nuova Stagione delle Persone ta’ Mauro Magatti, fil-gazzetta Taljana importanti u mimlija ideat, l-Avvenire. L-awtur imiss mas-suġġett li huwa ċentrali fis-soċjetà li ngħixu, jew għad irridu ngħixu fiha. Il-valur u l-pożizzjoni tal-bniedem fiha. Lura lejn il-personaliżmu ta’ Emanuel Mounier (1905-1950). Riflessjoni preċiża ħafna dwar l-ideat li din il-persuna żviluppa ma’ diversi oħrajn fil-kitbiet varji tiegħu b’pożizzjoni Nisranija. Waħda li tiddistingwina ’l bgħid mill-individwaliżmu liberali fuq naħa, u l-kollettiviżmu soċjalista fuq in-naħa l-oħra. Fil-bżonn li f’kull pajjiż, dejjem jekk irid jinbena tajjeb, jitlaq minn dak li ġie ddikjarat: “Primato della persona.”
Il-Bniedem
3. Mounier għex ħajja unika. Persuna li twieled fl-1 t’April 1905 fil-belt Franċiża ta’ Grenoble, u li kompla jistudja f’Pariġi. Influwenzat sew minn Charles Peguy (1873-1914), u wara minn Nikolai Berdyev (1874-1948) huwa żviluppa f’kitbiet varji l-filosofija Personalista, ibda fl-1935 b’Revolution personaliste et comunitaire, fl-1936 b’De la propriete capitaliste et la propriete humaine, u fl-istess sena Manifesto au service du personalisme. Għex fid-dell tal-espansjoni u d-dominanza temporanja tat-totalitarjaniżmu Faxxista. Bena front ta’ ideat li għenu fir-reżistenza, sija fuq il-livell intellettwali b’kitba varja, senjatament fil-ġurnal Esprit, kif ukoll fl-attività fir-Reżistenza Franċiża. Arrestat, miżmum il-ħabs, ipproċessat u liberat, baqa’ għaddej sakemm fi tmiem il-gwerra reġa’ lura fil-Belt Kapitali. Ħadem kemm felaħ u influwenza daqshekk ieħor f’pajjiżu u barra fl-Ewropa bix-xejn li kellu.
Il-Perspettiva
4. Kif jgħid hu: kollox jitlaq mill-impenn determinanti li kull Nisrani huwa msejjaħ għalih. Huwa jgħid: “Il Cristiano deve convincere il mondo che il cristianesimo è la più grande avventura e la più impegnativa, la vita più inquieta e pericolosa.” (In-Nisrani għandu jikkonvinċi lid-dinja li l-Kristjaneżmu huwa l-ikbar avventura u l-iktar waħda impenjattiva, dik li hija iktar attiva u perikoluża.) Fejn: “The State is meant for man, not man for the State”.) Fejn: l-Istat huwa għall-bniedem, u mhux il-bniedem għall-Istat. Il-messaġġ ċar li l-bniedem huwa, u għandu jibqa’ fiċ-ċentru tas-soċjetà fid-dinjità sħiħa tiegħu. Kif il-kbir Frederick Copleston (1907-1994) ikompli jgħid fuq dan dwaru: “In totalitarianism the value of the person is overlooked. Indeed the person is reduced to the individual even if the individual is regarded on as apology with the cell in an organic whole.” Proprju fil-ħsieb li Mounier kien iddikjara: “That the significance of every person is such that he is irreplaceable in the position which he occupies in the world of persons.” (Il-valur tal-bniedem huwa tali li ħadd ma huwa irrilevanti fil-pożizzjoni li jokkupa fid-dinja tal-persuni.)
Minn dan
5. Minn din il-viżjoni, Copleston ġustament jikteb fil-ktieb imprezzabbli tiegħu History of Philosophy: “There is such a thing as a personalist universe, seen from the perspective of man as a free and creative person; and there is such a thing as a personalist philosophy.” Dan aktar importanti fil-kuntest kuntrarju ta’ dak li llum inħakmet minnu s-soċjetà Ewropea u tagħna. Dak li għandna nirreżistu. Kif meta l-persuna tiġi materjalizzata taħt l-iskuża li qed tiġi elevata, emanċipata jew liberata tkun, fir-realtà, qed tiġi deklassifikata.
Individwaliżmu miċħud
6. Il-filosfu jkompli jgħid: “The individual, in the pejorative sense in which personalists are inclined to use the term, is the egocentric man, the atomistic individual in abstraction from society. The term also signifies man as devoid of a sense of a moral vocation.” (L-individwu, fis-sens peġjorattiv li l-personalisti jużaw, huwa l-bniedem egoċentriku, l-individwu atomu fl-astratt tas-soċjetà. Dak il-bniedem li m’għandux vokazzjoni morali.) Proprju f’dan, Mounier jgħid li l-bniedem huwa persuna li għandu dimensjoni spiritwali, fejn mhux il-materjali biss huwa importatni, imma li jista’ jikber proprju fl-għarfien sħiħ li qed jgħix għal skop preċiż u mhux skont x’jipproduċi.
Influwenza
7. F’dan il-kuntest, proprju wara t-Tieni Gwerra Dinjija, l-ideat ta’ Mounier eżerċitaw influwenza politika siewja u qawwija. Magatti jibda l-editorjal billi jfakkar li numru ta’ artikoli fil-Kostituzzjoni Taljana huma ispirati mill-personaliżmu. L-istess għandu jingħad għalina, li fid-dokument ta’ Fehmiet Bażiċi (li jibqa’ uniku u mhux superat) insibuh direttament ispiratur. Ibda mill-kunċett ta’ servizzi soċjali personalizzati, u wara l-bżonn ta’ ekonomija għas-servizz tal-bniedem. Kliem diretti minn Revolution personaliste et comunitaire.
Il-kuntest
8. Fil-kuntest sħiħ tallum, Magatti jmexxi lilu nnifsu biex jikkonkludi li l-individwaliżmu fis-soċjetà madwarna jidher li huwa temporanjament rebbieħ: “L’individualismo ha vinto, ma il personalismo aveva ragione.”) (L-individwaliżmu rebaħ, iżda l-personaliżmu kellu raġun.) Imma, iktar minn hekk jispjega li dan seħħ għax: “La vittoria dell’individualismo si è realizzata, prima di tutto, sul piano culturale: a destra, col neoliberalismo che ha fatto della libertà di scelta la propria bandiera; a sinistra, col progressismo che ha ripensato l’idea di uguaglianza a partire dai diritti individuali.” (Ir-rebħa tal-individwaliżmu waslet l-ewwel fuq livell kulturali, fil-lemin bin-neo-liberaliżmu li għamlet mil-libertà tal-għażla l-bandiera tagħha; fuq ix-xellug wara li fil-progress tagħha waslet għall-ħsieb li l-ugwaljanza titlaq mid-drittijiet individwali.) L-egoiżmu fis-soċjetà ġie nkurunat u l-altruwiżmu mogħti l-ġenb, bil-bniedem jaħseb li jista’ jgħix il-bogħod u separat mill-oħrajn fil-kunċett li l-ewwel hu, u hu biss jgħodd.
Tweġiba
9. Meta taqra kitbiet sħaħ ta’ dan il-bniedem, li sofra biex iwassal messaġġ ta’ tama tifhem li hemm bżonn azzjoni biex nibdlu s-soċjetà fl-immobiliżmu iswed li tinsab fih. Nibdluha lejn ordni ġdid. Wieħed li jagħti skop ikbar lill-bniedem f’kull settur. Wieħed li mhuwiex limitat mal-materjaliżmu li qiegħed jeqred l-eżistenza ta’ diversi fil-kunċett li int għandek valur bħala persuna, u mhux skont kemm għandek proprjetà jew flus. Hemm bżonn, f’dan, li niftħu lura staġun ġdid ta’ Personaliżmu li Emanuel Mounier kien tant intelliġenti biex imexxina lejh. Għandna dmir nimxu fi triqtu u nkabbru mill-ġdid iż-żerriegħa t-tajba. Nimxu fid-direzzjoni li vuċi qawwija u moħbija bħal tiegħu għad għandha.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Subscribe to:
Post Comments (Atom)
MEXXEJJA PARTIKOLARI
1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...
-
20788. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid f...
-
18543. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni: Jista’ ...
-
20869. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għall-mistoq...
No comments:
Post a Comment