19.7.18

L-Unjoni Ewropea trid tħaddem l-għodda li għandha


Huwa ta' diżappunt li matul l-aħħar summit Ewropew, il-mexxejja tal-pajjiżi membri tal- Unjoni Ewropea baqgħu ma waslux għal qbil fuq il-qsim tal-piż tal-immigrazzjoni, u dan sabiex ikun wieħed mandatorju u ma jibqax volontarju. L-immigrazzjoni irregolari titlob li soluzzjonijiet effiċjenti biex it-talbiet għall-ażil jiġu deċiżi malajr biex verament din l-isfida titqassam mal-Ewropa kollha.  

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia għamel żjara fil-European Asylum Support Office (EASO), li jagħti appoġġ lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea u huwa mezz importanti ta' għajnuna fl-immigrazzjoni.L-isfida tal-immigrazzjoni irregolari titlob li jkun hemm soluzzjonijiet effiċjenti u effikaċi sabiex jitħaffef il-proċess tal-applikazzjonijiet tal-persuni li jitolbu għall-ażil. 

Dr Delia qal li l-Oppożizzjoni tat l-appoġġ lill-Gvern sabiex jiġi mħares l-interess nazzjonali u offrit li titkellem fl-Ewropa wkoll fl-aħjar interess ta' Malta. Dan għaliex l-isfida tal-immigrazzjoni irregolari hija problema tal-Unjoni Ewropea kollha. Għalhekk l-Oppożizzjoni se tibqa' tixpruna lill-Gvern biex l-interess nazzjonali jiġi mħares għax in-nies qed jistennew it-trasparenza fuq l-immigrazzjoni. 

Dr Delia fakkar kif l-EASO twaqqaf taħt Gvern Nazzjonalista u kif għandu d-dmir li jgħin fejn hemm diffikultajiet marbutin mad-deċiżjonijiet u l-ipproċessar tat-talbiet għall-ażil. Huwa insista li l-Gvern għandu l-obbligu li jassigura li l-Unjoni Ewropea tara tħaddem l-għodda li diġà għandha disponibbli għall-immigrazzjoni irregolari. Dan għaliex fl-aħħar dikjarazzjoni dwar l-immigrazzjoni irregolari tal-Kunsill Ewropew, l-EASO ma ​ġietx imsemmija. 

Jakkumpanja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia matul din iż-żjara fl-EASO kien hemm il-Kelliem għall-Affarijiet Barranin Carm Mifsud Bonnici. 

19.07.2018

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...