19.7.18

Ċentralizzazzjoni li taqdi l-ftit tal-qalba u tagħti servizz ħażin lin-nies.



Iċ-ċentralizzazzjoni li l-Gvern ordna fl-istampar kollu tiegħu taqdi l-ftit filwaqt li sservi ħażin lill-bqija tan-nies.L-ilmenti tal-Union tal-Għalliema (MUT) dwar iċ-ċentralizzazzjoni tal-istampar fil-qasam tal-edukazzjoni huma mill-aktar ġustifikati u l-Partit Nazzjonalista jappoġġjahom bis-sħiħ.

Il-Partit Nazzjonalista jemmen f'amministrazzjoni eqreb lejn min suppost isservi. Għalhekk fl-edukazzjoni kien iddeċentralizza u ħalla deċiżjonijiet xierqa f'idejn l-għalliema nfushom u f'idejn il-kapijiet tal-iskejjel. 

Il-filosofija tal-Partit Nazzjonalista li jqarreb id-deċiżjonijiet lejn in-nies tidher ukoll fil-Kunsilli Lokali, fil-konsumatur ħieles fl-għażliet tiegħu, fl-investitur liberu jinvesti fejn irid, fil-ġenituri ħielsa fl-għażliet dwar l-iskejjel għal uliedhom, fl-istudent ħieles fl-għażliet edukattivi tiegħu, fil-liberalizzazzjoni tax-xandir, fl-istampa ħielsa u f'ħafna oqsma oħrajn.

Min-naħa l-oħra, il-Gvern Laburista qiegħed jiċċentralizza fl-interess tal-ftit tal-qalba. Hekk qed jagħmel notorjament fil-Kunsilli Lokali li neħħielhom deċiżjonijiet ewlenin u fondi.

 Iċ-ċentralizzazzjoni ġġib ukoll ineffiċjenza. L-istudenti u l-għalliema jkunu moqdijin ferm aħjar meta d-deċiżjonijiet jeħduhom qrib min suppost iservu, jiġifieri l-istudenti. Naturalment, id-deċiżjoni tal-Gvern dwar l-istampar fl-edukazzjoni tqarreb id-deċiżjoni lejn min fil-fatt se sservi, jiġifieri lill-id il-leminija tal-Prim Ministru.

18.07.2018​

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...