19.7.18

L-Ewropa għandha turi bil-provi li l-immigrazzjoni hija problema komuni.



L-interessi ta' pajjiżna tħallew barra

Għall-ewwel darba f'dikjarazzjoni dwar l-immigrazzjoni l-Unjoni Ewropea għażlet li ma tagħtix każ tal-problemi li pajjiżna jaffronta u filfatt ma jissemewx imkien. L-Oppożizzjoni hija mħassba meta fuq nara tara li l-immigrazzjoni rregolari hija waħda mill-prijorijiet nazzjonali u li għandha bżonn l-għajnuna tal-Unjoni Ewropea sabiex tissolva, u it-tieni l-interessi ta' pajjiżi oħra bħall-Italja, l-Ġermanja, Spanja u l-Greċja ġew ikkunsidrati b'soluzzjonijiet.  

Huwa ta' diżappunt ukoll li matul l-aħħar summit Ewropew, l-mexxejja tal-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea baqgħu ma waslux għal qbil fuq il-qsim tal-piż tal-immigrazzjoni,u dan sabiex ikun wieħed mandatorju u ma jibqax volontarju.  Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti kif ukoll tal-aħħar każijiet ta' immigrazzjoni irregolari fil-Mediterran,wieħed kien jistenna li dan iseħħ, għax pajjizna jekk ikollu jaffronta sfida akbar fix-xhur li ġejjin se jsib ruħu f'diffikultajiet. Iktar u iktar meta wieħed jikkonsidra li matul dawn l-aħħar erbgħa snin l-isfida tal-immigrazzjoni rregolari ġiet traskurata.  

L-Oppożizzjoni tinsab favur il-ħolqien ta' reception centresf'pajjiżi li joffru sigurtà fil-kontinent Afrika, li josservaw d-drittijiet tal-bniedem u japplikaw r-regoli ghall-protezzjoni ta' dawk li haqqhom protezzjoni nternazzjonali. Għalhekk qed tħeġġeġ lil Joseph Muscat sabiex jikkonvinċi lill-Prim Ministri fil-grupp politiku tiegħu, li jidher li mhux jaqblu mal-ħolqien ta' dawn iċ-ċentri. Fl-istess ħin l-Oppożizzjoni filwaqt li tinnota li sfortunatament l-European Asylum Support Office li jinsab f'pajjiżna tħalla barra mid-dikjrazzjoni, tara li għandu jkun hemm għarfien akbar għall-ħidmet tiegħu bħala parti minn soluzzjoni effettiva.

Filwaqt li huwa pożittiv li jiżdiedu l-fondi għat-Trust Fund for Africa, l-Gvern għandu ukolljinsisti ghall-investiment bil-baġit Ewropew ta' wara l-2020. Għandu jiżdied l-investiment fl-Afrika kemm mill-privat kif ukoll mill-fondi tal-iżvilupp, mill-investituri Afrikani u Ewropej sabiex ikun hemm titjib fil-livell tal-għajxien fil-pajjiżi Afrikani u b'hekk jonqsur-ragunijiet ta dawk li jimmigraw minhabba ragunijiet ekonomici.  

L-Oppożizzjoni finalment qed tistenna li ssir riforma tat-trattat ta' Dublin u għalhekk se tibqa' tħeġġeġ lill-Gvern biex jaħdem lejn din id-direzzjoni. L-Unjoni Ewropea ma tistax tħalli l-pajjiżi li jinsabu l-eqreb tal-Afrika waħedhom, għax l-Ewropa hija territorju wieħed u kull diffikultà li jaffaċċja pajjiż membru tal-Unjoni għandha titqies daqslikieku diffikultà tal-Ewropa kollha. 

L-Oppożizzjoni se tkompli tesiġi li l-Gvern għandu jkun trasparenti mal-poplu kollu dwar l-immigrazzjoni sabiex ikun hawn qbil nazzjonali u għalhekk l-Oppożizzjoni se tibqa' tixpruna lill-Gvern sabiex l-interess nazzjonali jiġi mħares. 

Carm Mifsud Bonnici
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Barranin 

David Stellini 
Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Affarijiet Ewropej 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...