10.5.18

WIED IL-GĦAJN - XOGĦLIJIET

 
5401. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3782 u jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru jew beħsiebhom isiru tul din il-leġislatura f’Wied il-Għajn?

23/04/2018

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li saru s’issa huma:

 Bini ta’ culverts għall-ilma tax-xita fi Triq is-Salini, Wied il-Għajn.
·               Kisi ta’ retaining wall f’Żonqor Point, Wied il-Għajn.
·               Tiswijiet fil-kurduna fi Triq Sant’Antnin, Wied il-Għajn.
·               Bini tal-pedamenti bi blokki kbar fil-Football Ground, Wied il-Għajn.

In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet kienet dik ta’ € 64,823.74.
Barra minn hekk, x-xogħlijiet li beħsiebhom isiru huma:
·               Kostruzzjoni ta’ Għassa tal-Pulizija, Wied il-Għajn (xogħol li qed isir għall-Pulizija).
·               Kostruzzjoni ta’ football ground u faċilitajiet anċillari fil-Park tal-Ħbiberija Sant’Antnin, Wied il-Għajn (xogħol li qed isir għall-MEDE).
·               Bini ta’ culvert għall-ilma tax-xita fi Triq De Rohan, Wied il-Għajn.
·               Bini ta’ Diving Centre, Wied il-Għajn (Proġett tal-MEDE).
·               Bini ta’ Pixxina u Clubhouse, Wied il-Għajn (Proġett tal-MEDE).
·               Poġġaman tal-ħadid li jdawwar il-knisja parrokkjali, Wied il-Għajn

In-nefqa fuq dawn ix-xogħlijiet hija stmata li tkun dik ta’ € 7,149,240.

Seduta  108
07/05/2018

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...