5.5.18

APPLIKANTI GĦAL STATUS TA’ REFUĠJATI – PROGRAMMI EDUKATTIVI U TA’ TAĦRIĠ






5389. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’programmi edukattivi u ta’ taħriġ għax-xogħol huma għad-dispożizzjoni ta’ applikanti għal status ta’ refuġjati u jistax jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba dawn jiġux imħallsa u pprovduti mill-istat jew le?



23/04/2018



  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-taħriġ għax-xogħol kif ukoll il-Work Exposure Scheme u t-Traineeships li toffri Jobsplus huma kollha għad-dispożizzjoni ta’ applikanti għall-istatus ta’ refuġjat (jigifieri dawn huma għad-dispożizzjoni kemm ta’ applikanti tal-ażil, kif ukoll għal dawk li ngħataw xi forma ta’ protezzjoni). It-taħriġ offrut minn Jobsplus huwa mingħajr ħlas għal kulħadd u anki l-kriterji u l-benefiċċji marbuta ma’ dawn l-inizjattivi huma l-istess għal kulħadd. Dan ifisser li jekk parteċipant Malti jingħata allowance marbut mal-iskema, l-istess jiġri għall-parteċipant li huwa applikant għall-istatus ta’ refuġjat.



Barra minn hekk, Jobsplus applikat għal fondi taħt l-AMIF (Asylum, Migration Integration Fund). Fost affarjiet oħra, dan il-proġett ħa jkun qed joffri taħriġ magħmul speċifikament għal bżonnijiet tagħhom.



Seduta  106

30/04/2018


No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...