10.5.18

ĦAL TARXIEN – TRIQ SANTA MARIA U TRIQ IS-SORIJIET- XOGĦLIJIET

 
5396. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 3540 u jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru u qed isiru ġewwa Triq Santa Maria Ħal Tarxien u jistax jara li l-parti inizzjali tat-triq minn Triq is-Sorijiet ‘l quddiem, tiġi rranġata?

23/04/2018

  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien li fi Triq Santa Marija sar xogħol ta’ resurfacing. Intant, infurmat ukoll mill-istess Kunsill li ma għandux fondi għall-parti tat-triq li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Madankollu, l-istess Kunsill ta’ Ħal Tarxien informa li din il-medda se ssir mill-Gvern Ċentrali permezz tat-twaqqif tal-aġenzija l-ġdida responsabbli mit-toroq.

Seduta  108
07/05/2018

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...