3185. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm
ġew preżentati ittri uffiċjali ai termini
tas-sub-artikolu (f) tal-Artikolu 253 (biex jiġu reżi eżegwibbli ftehim ta’
medjazzjoni) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati tagħna
tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm minnhom ġew preżentati quddiem il-Qorti
tal-Maġistrati u kemm quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u
f’Għawdex?
03/01/2018
ONOR. OWEN
BONNICI: Ninsab infurmat li fl-Qrati ta’ Malta u Għawdex tali
ittri uffiċjali ma humiex hekk ikklassifikati fil-LECAM; jiġu reġistrati bħala
ittri uffiċjali regolari. Għalhekk l-informazzjoni rikjesta mhix disponsibbli.
Seduta 69
16/01/2018
No comments:
Post a Comment