22.1.18

SANTA LUĊIJA – XIRI TA’ KOTBA ĠODDA


 
3192. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw kotba ġodda u kemm ġew mogħtija b’donazzjonijiet lil-librerija pubblika ġewwa Santa Luċija tul is-sena 2017? Jista’ jindika kemm kotba ġew mislufa mill-istess librerija?

03/01/2018

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li għal-librerija pubblika f'Santa Luċija tul is-sena 2017 inxtraw 97 ktieb ġdid filwaqt li 190 ktieb ingħataw mill-Kunsill Lokali u 349 ġew mogħtija b’donazzjonijiet. Infurmat ukoll li mill-istess librerija matul l-2017 ġew mislufa 12,406 kotba.

Seduta  70
17/01/2018

No comments:

ŻERA' T-TAMA

1. Trid tħares lejn l-istorja u tifhem. Tifhem li anki fl-iktar mumenti diffiċli u ikkumplikati, meta kollox jidher iswed faħam, hemm ...