2.1.18

Inħarsu ‘l quddiem


1. Għalaqna sena mimlija attività u m’ hemmx dubju li sejrin niftħu oħra bl-istess ritmu jekk mhux kif qed nipprevedi b’aktar. Hemm ħafna li hemm bżonn li jsir. Il-ħajja titlob mingħandna l-impenn dirett f’dak li jkun qiegħed iseħħ sija fuq dawn l-gżejjer kif ukoll barra minnhom. Għandna, ma hemmx dubju, d-dmir li bħala bnedmin li jridu l-ġid lill-proxxmu li nagħtu lura biex nibnu pedamenti sodi. L-istorja ta’ kull ċiviltà kif diversi diġà qalulna turi li l-prinċipji li jsawruha huma l-kawża li jibnu għas-sewwa. L-avvanz, huwa ta’ liema forma huwa, li jservi lura u li jagħti effettivament frott jiddependi dejjem fuq il-valuri li jitlaq minnhom.

Lezzjoni kontinwa

2. Hemm min jew jipprova jnessi l-istorja jew jaħseb li huwa kapaċi jinjorha, li jitlaq għal triqtu jaħseb li ser jirnexxi xorta. Jilludi ruħu li ser jirnexxi jew għax għandu sempliċement r-rieda jew inkella l-volontà indipendentement minn dak li l-att huwa bażat. Il-prinċipji etiċi fundamentali tal-ħidma umana urew li jekk ma jkunux bażati fuq is-sewwa jispiċċaw ifasslu proġetti żbaljati. Din hija l-lezzjoni kontinwa tal-ħajja u tal-bniedem li ġejja mill-istorja, mill-patrimonju passat, li lkoll parti minnu u li qegħdin bih nimxu ‘l quddiem.  Nifhem li hemm min f’dan li jaħseb li l-prinċipji, l-valuri nsara huma għalhekk passati. Biss l-esperjenza turi li l-abbilità ta’ kull soċjeta tiddependi f’kemm hija kapaċi tittraduċi lura fil-ħajja ta’ kull ġurnata dak li minn barra jitpinġa bhala antikwat mentri fil-fatt huwa dejjem attwali.

Libertà u responsabbilità

3. Ir-rilevanza u s-suċċess fit-tul ta’ messaġġi u ta’ ħidmiet diretti lejn l-proxxmu jiddependu fuq dan. Għandna dmir lejn l-oħrajn. Għandna l-liberta tal-ħsieb, tal-azzjoni però nibqgħu marbuta moralment mar-responsabbilità ta’ dan lejhom. Il-ħsieb illum li l-att liberu huwa ġustifikat indipendentment mill-konsegwenzi tiegħu qiegħed iwassal lejn soċjetà fejn xejn ma huwa xejn. Għalihom huwa importanti biss li għandek is-saħħa li twettaq dak li l-libertà tagħtik u la darba għandek dan allura int ġustifikat. Ideat li aktar ma jgħaddi ż-żmien iktar naraw l-effetti negattivi tagħhom sija fil-ħajja soċjali kif ukoll fl-ekonomija. Biss f’dan il-mument attwali sforz l-influenza medjatika favur tal-ultra-liberaliżmu qed naraw u nisimgħu b’aktar li jemmnu dan l-iżball.

Tventan Todorov

4. Tul is-sena li għaddiet qrajt bi pjaċir il-ktieb tal-bulgaru Tzventan Todorov “The Totalitarian Experience”. Ma huwiex fit-tul. F’ħakka t’ għajn jirnexxilek taqrah. Fih ħafna sens u sustanza għax għandu riflessjonijiet ta’ bniedem li miss mal-komuniżmu imma ra wkoll il-bidliet post-komunisti f’diversi stati Ewropej. Fl-aħħar kapitolu ta’ dan il-ktejjeb għandu riflessjonijiet interessanti. Huwa jqabbel l-ultra liberaliżmu li qed naraw illum, ma sistemi totalitarji. Kliemu huma mill-iktar rilevanti u bil-premess qiegħed nirriproduċi parti sew li nħoss li hija ċara.

He must be the goal

5. Huwa jgħid hekk fil-paġna 60 tiegħu: “At the foundation of ultraliberal thought one finds a problematic anthropology which presents man as a self-sufficient animal, essentially solitary and with only occasional need of the others around him. This contradicts everything that psychology, soċcology and history teach us about human identity, and which the classical liberals—Locke, Montesquieu, Smith or Constant—knew well. The great European intellectual tradition is not  ‘basic individualism’ as Hayek thinks, but humanism, which contrasts with the former precisely through its insistence on the thoroughly soċcal nature of humans and which imposes on the autonomy of every person’s restrictions: the individual is not only the source of action, he must also be its goal; the demand for universality must in turn limit the exercise of freedom. The principles of equality and fraternity are no less foundational of democracy than the prinċiple of liberty.”

Ġid sħiħ tal-persuna umana

6. Ħidmietna fis-soċjetà u f’dik politika hija mmirata fuq dawn l-linji għax hemm kif tibda d-dikjarazzjoni universali tad-drittijiet umani hemm the “ recognition of the inherent dignity and of the equal and inalienable rights of all members of the human family is the foundation of freedom, justice and peace in the world”. Il-ħidma politika tagħna hija mmirata li tkun favur l-bniedem. Anzi aħjar favur il-bnedmin kollha u mhux il-ftit. Li jkunu protetti u fl-istess hija mogħtija l-għodda biex nimxu l-quddiem. Dan għax ngħarfu li biex ikollok liġijiet u miżuri li jaħdmu u jagħtu il-ġid sħih lil-persuna umana trid tiehu ħsieb tibnihom fuq prinċipji tajbin u sodi. L-esperjenza umana f’dan tagħti diversi lezzjonijiet li l-valuri nsara servew u fejn jiġu applikati jibqgħu jkunu ta’ servizz għas-sewwa.

Nxerrdu l-ideat tajbin tagħna

7. Fis-soċjeta tagħna għandna lejn xiex naħdmu u x’nikkumbattu. Irridu nifhmu iktar l-pożizzjoni attwali, iż-żminijiet, il-kurrenti u l-influenzi. Aktar u aktar bħalissa li tant kurrenti hemm kontra tagħna. Biss ladarba  ngħarfu li huma l-ideat li jitwieldu mill-użu tajjeb tar-raġuni li effettivament jagħmlu differenza nissudaw iktar id-determinazzjoni interna tagħna. F’din is-sena irridu nżidu fir-rilevanza tagħna billi nifhmu li aħna li aħna għax għandna ideat politiċi li fihom sens u sustanza. U kif qrajt tajjeb dawn il-jiem minn ktieb ta’ Gabriel Zaid “This is how ideas are spread, especially if they manage to reach the people in power, or if the people with the ideas come to power.”

Awguri

8. Nawgura għalhekk lilek sur Editur , lill-ħaddiema tagħna, u lil kull min jsostnina s-Sena t-Tajba mimlija paċi u solidarjetà.   

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...