18.1.18

QRATI - KODIĊI TA’ ORGANIZZAZZJONI U PROĊEDURA ĊIVILI – ITTRI UFFIĊJALI AI TERMINI TAS-SUB-ARTIKOLU(D) TAL-ARTIKOLU 253





 
3183. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali ai termini tas-sub-artikolu (d) tal-Artikolu 253 (biex jiġu reżi eżegwibbli deċiżjonijiet -lodo- f’arbitraġġi) tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili fil-Qrati tagħna tul is-sena 2017 u jista’ jindika kemm minnhom ġew ippreżentati quddiem il-Qorti tal-Maġistrati u kemm quddiem il-Prim Awla tal-Qorti Ċivili f’Malta u f’Għawdex?

03/01/2018
  ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li fil-Qrati ta’ Malta u Għawdex tali ittri uffiċjali ma humiex hekk ikklassifikati fil-LECAM; jiġu reġistrati bħala ittri uffiċjali regolari.  Għalhekk l-informazzjoni rikjesta mhix disponsibbli.

Seduta  68
15/01/2018

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...