9.11.17

MALTA-UK BUSINESS PROMOTION TASK FORCE - LAQGĦAT



 
2208. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Prim Ministru: Jista’ l-Prim Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-Malta-UK Business Promotion Task Force? Jista’ jgħid jekk ġewx preparati xi rapporti li ġew sottomessi?

03/11/2017

  ONOR. JOSEPH MUSCAT:  Il-Malta-UK Business Task Force ltaqa’ erba’ darbiet, kważi laqgħa kull ħmistax, min kemm ilu mwaqqaf. Il-laqgħat saru fl-4 ta’ Settembru, 18 ta’ Settembru, 6 ta’ Ottubru u 20 ta’ Ottubru.


Bħala Prim Ministru jkolli laqgħat regolari maċ-Chairman tat-Task Force Joseph Zammit Tabona.

Nhar it-Tnejn 6 ta’ Novembru 2017 indirizzajt laqgħa ma’ business leaders fir-Renju Unit li kienet organizzata mis-City of London b’kollaborazzjoni mal-Malta-UK Business Task Force.

Seduta  49
07/11/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...