14.11.17

RAPPORT F’GAZZETTA TALJANA - INKJESTA INTERNA



 
 
2263. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ: Fid-dawl tar-rapport li deher fil-gazzetta Taljana “Il Sole 24 Ore” u tal-inkjesta interna mħabbra minnu fit-8 ta Novembru 2017, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra minn min ser titmexxa din l-inkjesta u x’terms of reference għandha?

08/11/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, malli ħarġu l-allegazzjonijiet li dehru fil-gazzetta (online) ‘www.ilsole24ore.com’, bil-firma ta’ Ivan Cimmarusti fl-artiklu intitolat “Business illecito di gasolio libico: I presunti rapporti fra i traffricanti e il Ministero degli Esteri di Malta”, jiena tlabt li ssir investigazzjoni dwar dawn l-istess allegazzjonijiet.Dan kien magħruf fi stqarrija maħruġa fit-8 ta’ Novembru 2017.Għaldaqstant ħtart Bord ta’ Inkjesta skont l-Att dwar l-Inkjesti (Kap 273) li l-membri tiegħu huma tliet Segretarji Permanenti. It-terms of reference ta’ dan il-Bord huma wesgħin u għandu d-dritt li jinvestiga kull allegazzjoni li saret fl-artiklu. Il-Bord se jkun qed jinvestiga jekk ġewx imħarsa l-proċeduri u l-prattiċi fil-proċess tal- legalizzazzjoni ta’ ċertifikati, il-komunikazzjonijiet li saru jew li setgħu saru bejn l-uffiċjal jew uffiċjali tal-Ministeru kif allegat fl-artiklu, u dwar jekk setax kien hemm xi ksur ta’ proċeduri, regoli jew liġijiet f’dan ir-rigward. Il-Bord se jkollu kull dritt li jinvestiga kif jidhirlu u lil min jidhirlu kif ukoll li jagħmel ir-rakkommandazzjonijiet tiegħu skont l-istess Att dwar l-Inkjesti li diġa` għamilt referenza għalih.

Seduta  51
13/11/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...