6.7.16

RŻIEZET GĦAT-TROBBIJA TA’ BAQAR


 
26373. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima: Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il razzett liċenzjat għat-trobbija tal-baqar hawn f’dawn l-gżejjer li preżentement qegħdin fl-abitat?  Jista’ jindika kemm-il-wieħed se jiġi mċaqlaq mill-abitat? Jista’ jindika wkoll kemm-il razzett hemm ġewwa l-Fgura, Ħal Tarxien, il-Gudja, Ħal-Għaxaq, Wied il-Għajn u ż-Żejtun?

21/06/2016

ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor Interpellant li n-numru ta’ rziezet liċenzjati għat-trobbija  tal-baqar,  li preżentament jinsabu fl-abitat (jew fil-viċin tal-abitat)  u li għandhom il-ħtieġa li jiġu rilokati huma 4. Dawn  jinsabu f’dawn il-lokalitajiet: Tarxien, Birgu, Għaxaq u Msida. Hemm razzett ieħor, li jinsab ġewwa l-Fortizza f’Ħaż-Żabbar (mhux fl-abitat), li hemm bżonn li jiġi rilokat ukoll.

Seduta 413
05/07/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...