12.7.16

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – VJAĠĠI


 
26606. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25877, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-aġenda u x’pożizzjoni ġiet meħuda fil-Unevoc-Delegazzjoni Ministerjali li saret fil-Ġermanja?

04/07/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aġenda kienet tinkludi laqgħa ma’ Dr Shymal Majundra, il-Kap tal-UNESCO UNEVOC. Matul din il-laqgħa ġie diskuss ix-xogħol tal-UNEVOC fid-diversi pajjiżi li hi rrappreżentata fihom. Fost oħrajn, ġew diskussi l-isfidi għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Id-delegazzjoni Maltija ppreżentat id-diversi inizzjattivi u programmi ġewwa Malta sabiex l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali jingħata l-importanza mistħoqqa. Permezz ta’ din il-laqgħa, ġie milħuq ftehim sabiex terġa’ tiġi attivata s-sħubija ta’ Malta, permezz tal-MCAST, bħala membru fi ħdan l-UNEVOC. 

Seduta  416
12/07/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...