12.7.16

MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U X-XOGĦOL – VJAĠĠI.





26605. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 25877, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-aġenda u x’pożizzjoni ġiet meħuda fin-19th Conference of Commonwealth Education Ministers li saret fil-Bahamas?

04/07/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-aġenda fid-19-il Konferenza tal-Ministri tal-Edukazzjoni fi ħdan il-Commonwealth li saret f’Nassau, il-Bahamas bejn it-22 u s-26 ta’ Gunju 2015 ittrattat il-ftuħ ta’ fora bejn l-għalliema, żgħażagħ u stakeholders oħra, l-innovazzjoni, il-multi-stakeholding, għanijiet post-2015 fi ħdan l-edukazzjoni, il-bżonn li tiġi iktar avvanzata l-edukazzjoni għolja fil-Commonwealth, il-ħtieġa ta’ kwalità fl-edukazzjoni, il-ħtigijiet fl-edukazzjoni bażika, l-edukazzjoni, il-ħiliet u l-impjiegi, it-titjib fit-tagħlim u fit-taħriġ kontinwu tal-għalliema, l-integrazzjoni tal-ICT fl-edukazzjoni, fis-sistemi kollha tagħha u f’oqsma differenti, l-implikazzjonijiet tal-kwalità fl-edukazzjoni, u l-ispejjeż u l-iffinanzjar involuti, u l-għaxar snin li ġejjin.

Rigward x’pożizzjoni ttieħdet, dawn huma l-iktar punti importanti li tqajjmu:

Il-Ministri għarfu r-rwol li l-edukazzjoni bikrija għandha bħala pedament għat-tagħlim tul il-ħajja, kif ukoll aspetti oħra relatati f’dar-rigward fosthom aspetti ekonomiċi u soċjali. Għalhekk il-bżonn ta’ investiment kontinwu kif jixraq f’dan l-istadju.

Inħasset ukoll il-ħtieġa li jissaħħu l-istituzzjonijiet pubbliċi, li jkun hemm sħubija mal-privat u s-soċjetà ċivili b’mod effettiv, pożittiv u kontabbli, sabiex il-komunità tkun moqdija aħjar.

Il-Ministri qablu li jkomplu jkabbru l-prattiċità fil-promozzjoni tal-gender mainstreaming ħalli jkun hemm ugwaljanza fil-ġeneri; dan jinkludi inqas ostakoli fejn tidħol l-edukazzjoni għall-bniet, kif ukoll iktar attenzjoni u impenn fejn jidħlu tfal li ma jkunux qed iġibu r-riżultati meħtieġa.

Il-Ministri ikkommettew irwieħhom li jagħmlu użu effettiv tat-teknoloġija u l-innovazzjoni fl-ICT sabiex jiżguraw li l-edukazzjoni tkun ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u ekwitabbli. Kien hemm ukoll emfasi fuq l-online learning bħala għodda universali għall-edukazzjoni, u l-irwol tal-Commonwealth of Learning bħala mezz ta’ innovazzjoni u li jkun hemm:

·               iktar appoġġ għall-iżvilupp tal-lifelong learning bħala fattur importanti fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Commonwealth. Il-Ministri talbu sabiex ikun hemm iktar sforzi sabiex jintlaħqu iktar nies li ma komplewx l-iskola jew ma kellhomx aċċess għall-edukazzjoni bażika u li jixtiequ jkomplu l-iżvilupp professjonali tagħhom;  
·               iktar appoġġ għal boroż ta’ studju u fellowships mill-Commonwealth bħala mezz ta’ koperazzjoni u iktar mobilità bejn l-istati-membri, u kollaborazzjoni effettiva fir-riċerka; 
·               Commonwealth Education Ministers Action Group liema grupp ikollu wkoll rappreżentanza reġjonali. 

Seduta  416
12/07/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...