12.7.16

KUNSILL KONSULTATTIV GĦAN-NOFSINHAR TA’ MALTA – KUNSILL TA’ WIED IL-GĦAJN – PROĠETTI U INIZJATTIVI





26603. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili: Tista’ l-Ministru tgħid xi proġetti jew inizjattivi saru mill-Kunsill Konsultattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta u mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala biex tissaħħaħ l-attività turistika f’din il-lokalità?

04/07/2016

  ONOR. HELENA DALLI:  Ninforma lil Onor. Interpellant li l-Kunsill Konsulltattiv għan-Nofsinhar ta’ Malta jaħdem mill-qrib mal-Kunsill Lokali ta’ Marsascala fir-rigward ta proġetti nazzjonali bhal ma huma il-Park Nazzjonali ta’ l-Nwadar kif ukoll l-American University of  Malta. Dawn huma żewg proġetti li għall-ewwel darba dawn l-inħawi qegħdin iggawdu min niċċeċ ġodda li joffru turizmu ta kwalita’ fin-Nofsinhar ta’ pajjiżna.
Dwar proġetti u inizzjattivi fuq skala lokali li qiegħed jippjana jew implimenta l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala notlob l-Onor. Interpellant li jindirizza l-mistoqsija tiegħu lil Ministru kkonċernat. 

Seduta  415
11/07/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...