15.7.16

JOBSPLUS - SKILLS CENTRE U TRADE SKILLS CENTRE




26663. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flus u possibbilment b'liema fondi nbnew l-iSkills Centre u Trade Skills Centre fil-Jobsplus? Għal liema użu qegħdin dawn iċ-ċentri assenjati bħalissa, u jista' jindika dawk għall-futur? Jista' jagħti lista tagħhom?

07/07/2016

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li Jobsplus toffri korsijiet skont id-domanda: (1) tal-industrija u (2) tal-parteċipanti, jiġifieri dawk il-persuni li juru interess fil-korsijiet offruti minn Jobsplus. Din is-sena Jobsplus ippjanat il-korsijiet li jidhru fil-lista li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Jobsplus ħa tibqa’ toffri dawn il-korsijiet flimkien ma’ korsijiet oħrajn ġodda skont il-ħtieġa tas-suq tax-xogħol u tal-klijenti tagħha.

Rigward il-parti tal-mistoqsija li tirreferi għall-estensjoni tal-binja ġewwa t-Training Complex, infurmat li din l-estensjoni saret fl-2007 mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF).

Seduta  418
13/07/2016

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...