27.9.18

John McCain. Truth and Principles.



1.    Ċert li intom, bħali, segwejtu l-funeral tas-Senatur Amerikan John McCain.  Ċert ukoll li smajtu d-diskorsi ta’ żewġ ex-Presidenti tal-Istati Uniti tal-Amerika Barack Obama u George Bush, it-tnejn minnu magħżula apposta.  Anzi, minn dak li ngħad, huwa stess kien kellimhom qabel, jgħidilhom li kienet ix-xewqa tiegħu li jkunu huma li jfakkru l-memorja tiegħu.  Kien ċar ħafna li ma riedx li jkollu lill-President attwali, Donald Trump.  Bniedem li mhux biss ma qabilx miegħu fuq diversi punti, avolja ġej mill-istess Partit Repubblikan, imma li l-istess President insulentah.

2.    Lil dan is-Senatur Amerikan, li kien iben denju ta’ dak il-pajjiż u rappreżentant fidil tal-poplu li għażlu, ilni dawn l-aħħar snin insegwih.  Dan minn mindu daħal fil-battalja sabiex jinħatar President ta’ dak il-pajjiż.  Kien il-kandidat Repubblikan kontra dak tal-Partit Demokratiku.  Meta Barack Obama kien issielet sew ma’ Hillary Clinton.  Kliemu, egħmilu fis-Senat ifakkruk, mingħajr ma trid, fil-missirijiet fundaturi tal-aqwa demokrazija fid-dinja.  Meta taqra x’kien qal tiftakar, mingħajr ma trid, f’persuni bħal Benjamin Franklin jew James Madison u diversi oħra.  Diskorsi, kunċetti tal-Istat li mhux biss influwenzaw lil dak il-poplu, imma anki lilna.  Kull min irid jistudja d-Dritt Kostituzzjonali, ngħid li għandu jibda minn dik l-art u minn dik il-kitba li ma tixbax taqra minnha.

3.    Senatur tal-poplu Amerikan, imma dixxendent ukoll tas-Senaturi Rumani.  Ċert li qara’ u trawwem ukoll fil-bżonn li wieħed ikun attent, onest u rett f’egħmilu.  Ftit, fl-istess kampanja, saru jafu tajeb il-ħajja tiegħu.  Kien bniedem li mar jikkumbatti, u avolja ġie maqbud, ħareġ mill-gwerra tal-Vjetnam bl-unuri.  Kien dak il-priġunier li rrifjuta li jitlaq f’dak li kien magħruf bħala l-“Hanoi Hilton”, qabel joħorġu sħabu l-oħra wkoll.  Post li fih, għal xejn anqas minn ħames snin u nofs, sab ruħu ttorturat u miżmum f’ċella solitarja.  Tant baqgħet din il-marka, li idu ma baqgħetx tippermettilu jagħmel xagħru.

4.    Fis-soltu bżonn jew ossessjoni tiegħi, kelli x-xorti naqra l-esperjenza personali teigħu fil-ktieb “Hard Call”, li nirrakkomandah lilkom.  Minnu joħroġ ċar li kien kapaċi jappella għall-valuri direttament b’aċċent importanti fuq dawk li jiġu traskurati.  Kif jgħid tajjeb: “I have long believed these – awareness, foresight, timing, confidence, humility, and inspiration – are the qualities typically represented in the best decisions and in the characters of those who make them.”.  Kliem li ma jdejqux, anzi li jiftħu iktar għajn dawk li jridu jservu sewwa fil-politika u moħħhom fl-oħrajn u mhux fihom infushom.

5.    Kif kelli l-opportunità nisma’ u naqra rajt mill-ġdid kif, tul il-kampanja presidenzjali tiegħu, kien joħroġ bħala persuna miftuħa għall-ideat mingħand divesi nies.  Lest li jiddiskuti mingħajr problemi, preparat għad-domandi u jrid jilħaq kemm jista’ jkun mingħajr kumplikazzjonijiet u b’sempliċità kbira.  Anzi, iddikjara li jrid li jkollu ċertu ammont ta' "tensjoni" interna sabiex ikun kemm jista’ jkun ċert li mhuwiex bużżieqa maqtugħ mid-dinja, iżda parti sħiħa mis-soċjetà.  Għaliex ifittex jaqra, isiefer kemm jiflaħ u jsir jaf.  Jipprova ma jħalli xejn jaqbiżlu.  Dejjem ippreparat li jbiddel l-istrateġija u l-linja tal-attakk meta ċ-ċirkostanzi jinbidlu.  Għax fil-ħajja nafu dejjem li altru x’taħseb li ser issib, u altru x’ser issib.  Bniedem li ma aċċettax li jmur lejn l-estremiżmi, wisq inqas li jgħid kontra l-avversarji politiċi.  Għandu diversi mumenti li fihom ma qabilx ma’ dawk li kienu ser jivvutawlu meta bdew jippruvaw iwaqqgħu għaċ-ċajt lil Barack Obama.  Ipprefera jitlef il-vot, imma baqa’ jżomm sod mas-sewwa.

6.    F’wieħed mid-dibattiti għall-kandidatura Repubblikana ġie rrappurtat li qal: “Soldiers are taught to expect the unexpected and accept it, and revise, improvise and fight their way through any adversity.  Verament, il-formazzjoni tiegħu hemm kienet qegħda.  Membru tal-korp dixxiplinat, imma mhux f’moħħ magħluq.  Dan stajna narawh direttament meta ġie f’pajjiżna.  Kien vuċi soda favur id-demokrazija u l-libertà ta’ dak il-poplu wkoll.  Fit-tieni viżta tiegħu, fit-28 ta’ Settembru 2011, ġie proprju jirringrazzjana tal-ħidma eżemplari li pajjiżna wettaq fil-Gwerra Ċivili Libjana.  Ċertament, illum nistgħu ngħidu, li mhux biss pajjiżu, imma anki aħna tlifna ħabib denju.

18.9.18

Luttu u vistu huma partikolari




1.    Mhux ser nidħol fit-tul dwar xi tfisser il-kelma ‘demokrazija’.  Demokrazija, fis-sens oriġinali etimoloġiku u filosofiku, tfisser ‘gvern tal-Poplu’.  Hemm sistemi varji sabiex dan iseħħ.  Toroq ftit differenti minn xulxin biex iwasslu għal dan.  Imma lkoll, jekk vera demokraziji jagħtu każ u widen tal-opinjoni u l-vuċi tal-poplu.  L-ideat, il-proposti, l-inizjattivi li joħorġu minn moħħ u anki minn qalb il-membri, iċ-ċittadini, il-bnedmin li jiffurmaw soċjetà jridu jsibu toroq biex jesprimu ruħhom.  Jgħidu li jaħsbu mingħajr xkiel fi ħdan il-liġijiet li huma jibnu.  Kull demokrazija tikber u timrah iktar ma jkollha dan liberu.

Il-Monument tal-Assedju l-Kbir

2.    Proprju għalhekk li, mitt sena ilu, ta’ qabilna ħassew li għandu jkun hemm monument biex jitfakkar l-Assedju l-Kbir.  Ħassew dan proprju ftit wara li, għall-ewwel darba, kien hemm it-twelid tal-Parlament Malti.  Wara mijiet ta’ snin taħt ħakmiet u saltniet oħra, kif kien hemm din l-espressjoni libera saru l-proċeduri neċessarji sabiex għandna post fejn fih nonoraw lil dawk li tilfu ħajjithom għalina.  Dan kien fl-1927, qabel sew it-Tieni Gwerra Dinjija, u mertu wkoll ta’ ħidmet il-Partit Nazzjonalista.  Minn dak iż-żmien sallum, għalkemm inbidlitlu l-pożizzjoni, it-tlett figuri tiegħu hemm baqgħu.  Baqgħu t-tlieta ma’ xulxin, mhux mifruda, f’daqqa.  Ir-reżistenza tagħna, flimkien maċ-ċiviltà u r-reliġjon Nisranija baqgħu ħaġa waħda.

Dejjem preżenti

3.    Sa issa, f’ħajti, ftit drabi rajtu mgħotti.  Dejjem preżenti fil-ħajja ta’ dawk li jidħlu l-Belt u jgħixu f’dawn il-gżejjer.  Kull min jgħaddi quddiemu jaf li hemm monument nazzjonali li għandu jkun kburi bih.  Wieħed li ma jifridx.  Wieħed li, anzi, jkun hemm min ikun hemm fil-Gvern, jieħu ħsieb jara li fit-8 ta’ Settembru ta’ kull sena, ninġabru sabiex nisimgħu diskors li jikkommemora dawk l-eventi tal-1565.  Punt fejn, hu min hu jħossu kburi bl-istorja tagħna.  Missirijietna ma waqqgħuniex għaċ-ċajt.  Ma kinux lesti li jċedu l-armi, anke jekk f’numru ferm u ferm iżgħar u ma’ mexxejja kompletament ġodda.  Żammew sod, ħarsu ‘l quddiem, kienu jafu x’inhuma jagħmlu, ittamaw, u rnexxielhom jirbħu fejn ħaddieħor ma kienx jimmaġina.

Tul il-lejl

4.    Hekk ġara din is-sena.  Saru ċ-ċelebrazzjonijiet, u kull min kien hemm mar lura sodisfatt u magħqud.  Biss, appena tlestew, dlonk b’għaġġla qawwija, qomna naraw li tul il-ħidma tal-lejl tgħatta tlett kwarti minnu, kważi kollu, bi drapp ħadrani u b’biċċiet tal-injam.  Daħal fid-dlam tal-lejl.  L-iskoża nazzjonali li tressqet kienet li hemm bżonn ta’ restawr.  Li għandu bżonn sokkors u protezzjoni immedjata għax daqt ser issirlu ħsara irrimedjabbli.  Raġuni li ma tantx twemmnet minn diversi li rajt u ltqajt magħhom fit-triq.  Speċjalment dawk li jafu sew l-affarijiet.  Li jafu li tmien snin ilu kien diġà sar restawr sħiħ u eċċellenti.  Wieħed taħt id-direzzjoni ta’ James Licari bil-ħidma ta’ numru ta’ organizzazzjonijiet, fosthom Din l-Art Ħelwa u finanzjata mill-Fimbank plc.  U dak iż-żmien, għal min jiftakar, kien hemm verament il-bżonn, għax l-elementi kienu qed jagħmlu tagħhom sew.

Nafu għalfejn

5.    Ir-raġuni vera mhux uffiċjali għal dan, il-poplu kollu jafha.  Jaf li dan il-monument, fil-parti ta’ isfel tiegħu sar punt fokali fejn diversi setgħu jesprimu l-luttu u l-vistu tagħhom.  Il-luttu lejn persuna Maltija, li kważi sena ilu mil-lum sofriet l-agħar forma ta’ mewt.  Li sabet, a skapitu ta’ ħajjitha, li fid-demokrazija li tant konna qed niftaħru biha, mhux minnu li kulħadd jgħid li jrid.  Li mhux minnu li kull ċittadin għandu l-protezzjoni tal-istituzzjonijiet u tal-forza tal-ordni.  Vistu li kien qed jiġi espress mhux bħall-passat, bi ħwejjeġ suwed jew faxex tal-istess kulur mal-id għal xhur jew snin sħaħ, imma b’xemgħat u fjuri.  Jista’, nistaqsi, f’soċjetà libera xi ħadd jindaħal fil-mod ta’ kif wieħed jibki u juri s-sogħba tiegħu?

Il-mewt misteru

6.    Fi żminijiet oħra kien hemm modi li ta’ qabilna kienu jħossu li huma tant b’saħħithom fis-soċjetà li kellhom josservawhom daqs li kieku kienu liġijiet miktuba u minquxa.  Kien hemm rabtiet qawwija.  Kien hemm min jitkaża, jikkundanna, jaqta’ barra, jiddisprezza jekk ħaddieħor ma jżommx ma’ dan, jekk ikun funeral liebes kulur aħmar u mhux iswed.  Niftakar, bħalma ċertament tiftakru intom, persuni li jibqgħu bil-vistu għal snin.  Il-mewt misteru.  Ftit jifhmu.  Ħadd ma jirreaġixxi l-istess.  Għax anke jekk jgħaddi ż-żmien, dawk li tħosbb u titlef, tibqa’ tkellimhom.  Tibqa’ tħosshom miegħek.  Tibqa’ toħlom bihom.  Tibqa’ titlob għalihom u titlobhom jitolbu għalik.  Tibqa’ taqbiżlek demgħa, jgħaddi kemm jgħaddi żmien.  Hemm rabta ta’ imħabba indeskrivibbli, u f’ħafna, inspjegabbli.

Naqtgħu barra minna

7.    Biss, f’dan kollu rridu naċċettaw li luttu u vistu, kull persuna hija libera li tmur għalihom, kif trid u sakemm trid.  Dik hija ċertament parti sħiħa mil-libertà tagħna.  Dan il-proċess qegħdin narawh iseħħ u għandna nifhmuh.  Ma hemmx bżonn min iħossu mhedded minnu, jew jikkundannah.  Wisq inqas li b’xi mod jibża’ minn dan l-aġir mill-iktar uman.  Wieħed li jekk jinqata’, jkun qed jaqta’ barra parti mill-umanità tagħna, miċ-ċiviltà tagħna u mir-reliġjon Nisranija tagħna.

Nistaqsi

8.    Xi żball u reazzjoni sproporzjonata.  Nistaqsi: Gvern daqshekk sod u qawwi fil-poter għandu jħossu minaċċjat minn dawk ix-xemgħat u dawk il-fjuri li ċittadini ta’ dan il-pajjiż, fil-libertà, jħallu?  F’dik l-imbierka libertà li hu stess għandu d-dmir li jiggarantixxi?

Festina Lente

9.    L-aħħar restawr estensiv li sar fl-2010 ma damx xhur interminabbli.  Inbeda u spiċċa.  Jekk fil-pedestall hemm bżonn tant restawr, nittamaw li ma jdumx ma jsir.  Li jiġi esegwit kif għandu, imma kif jgħidu: “festina lente”.  Huwa żball li monument nazzjonali bħal dan jitħalla mgħotti fit-tul.  Pajjiżna, jekk immexxi bid-dehen, għandu jkun kapaċi, fil-libertà demokratika tiegħu jifhem il-luttu u l-vistu ta’ oħrajn, mingħajr ma jiċċaħħad minn dak li huwa tiegħu.


13.9.18

Il-fama tajba ta’ pajjiżna




1.    Missieri, fost ħafna nafu jgħid li ftit wara li kien ġie elett l-ewwel darba fl-1966, Dottor Borg Olivier għajjat lil dawk id-Deputati Nazzjonalisti li, bħalu, kienu ‘ġodda’, u qalilhom: “Tafu għal xhiex dħaltu!  Aħna hawn ‘suicide squad’.  Tistennewx ħafna għasel, għaliex il-politika hija ħajja ta’ sagrifiċċju.”.  Imbagħad dar lejn missieri u qallu: “Inti taf biżżejjed.”  Il-politika, minn ġewwa, fiha ħafna dispjaċiri.  Mhux kulħadd ibati xorta.  Għax mhux kulħadd jiddedika ruħu bl-istess mod, u mhux kulħadd jgħaddi mill-istess cirkostanzi.  Iżda kull bniedem fil-politika huwa suġġett għal ħafna stennija minnu, kemm mill-poplu li tellgħu, kif ukoll mill-poplu li ma tellgħux.  Ħafna wkoll, sfortunatament, jgħiru għalih, aktarx għaliex ma jafux x’jiġifieri.

Kollha xorta!

2.    Le, mhux kollha xorta, u għalhekk issir l-għażla fl-elezzjoni.  Hemm ħafna ħwejjeg li jgħoddu għall-politiċi kollha, u hemm ħafna ħwejjeġ oħra li jiddistingwu, wieħed jew waħda mill-oħrajn.  L-ewwelnett: it-talenti.  Min għandu l-kapaċità li jipperswadi b’diskorsu, min għandu moħħ analitiku, min għandu intuwizzjoni, għarfien malajr tas-sitwazzjoni, min jaf jagħmel ġudizzju tal-bnedmin u jinduna malajr lil min għandu jafda u lil min le.  Min jaf iżomm kalm fit-tempesti.  Min jaf jixgħel l-entużjażmu ta’ ħaddieħor.  Min għandu l-grazzja biex jiġbed in-nies lejh.  Talenti diversi u bi gradi diversi.

Talenti!

3.    Barra mit-talenti, hemm ukoll il-karattru morali: min iżomm kelmtu, u min le.  Min jgħid is-sewwa, u min iqarraq.  Min jaħseb f’ħaddieħor, u min moħħu biss fih innifsu.  Hemm ukoll il-fehmiet: l-ideoloġija m’għadhiex moda, iżda min josserva jinduna li, f’kull partit, hemm min huwa intolleranti u moħħu magħluq, min iħobb jimponi fuq ħaddieħor, min kapaċi jisma’ u jiddiskuti.  Ma tiskantax li ssib dawn it-tendenzi fin-nies tal-partiti kollha, għaliex kulħadd parti mill-umanità.  Iżda f’ċerti partiti, donnu li l-arroganza tingħoġob iktar.  F’ċerti pajjiżi, anki l-injoranza tingħoġob.  U mhux qed nitkellem b’pajjiżna quddiemi: hawn popli kbar li jinnamraw mal-injorant arroganti (ħu l-Ġermanja, u kif Hitler kien jimpressjona).  Ċertament mhux kollha xorta l-politiċi!  La huma kollha qaddisin u lanqas kollha korrotti.  Lanqas kollha magħmulin jew kollha semi-illitterati.

L-għira għalihom

4.    Ħafna, u ta’ kull klassi soċjali, jagħmlu l-iżball li jgħiru għalihom.  Ħafna jimmaġinaw min jaf minn liema privileġġi ngawdu aħna n-nies tal-politika.  Immaġinazzjoni qarrieqa: aħna pajjiż, kif jgħidu l-Franċiżi, ‘egalitarju’.  Nippretendu, u nippretendu sewwa, li kulħadd l-istess.  Kulħadd suġġett għal-liġi, u għajnejn in-nies fuqna.  U hekk sewwa.  Iżda dawk minna li ma jibżgħux għalihom innifishom, iġibu dell fuq il-politiċi sħabhom kollha.  Speċjalment dawk tal-istess partit tagħhom, iżda wkoll anki fuq l-oħrajn.  U dan jagħmel ħsara kbira lid-demokrazija.  Tonqos il-fiduċja fil-politiċi.  Tonqos il-fiduċja fis-sistema demokratika.  Il-populiżmu b’hekk jikber, għaliex jibdew jipperswadu lill-poplu li għandu jtella’ lil xi mexxej b’saħħtu u b’kelma “bla kantunieri”, li suppost għandu l-abbiltà li jirranġa kollox.  Tonqos il-fiduċja fis-sewwa u tikber l-idea li bid-dnewwa biss jinstabu s-soluzzjonijiet.

Id-dmir tagħna l-politiċi

5.    Dmirna jibqa’ dak li nagħtu servizz lill-poplu li tellagħna, u li ma nagħtuhx skandlu bl-aġir tagħna.  Aħna qegħdin fil-vetrina.  Ir-rażan huwa importantissimu.  Kullimkien, iżda l-iktar f’pajjiżna li, fiċ-ċokon tiegħu, jgħid: “L-ajru għandu għajnu, u l-ħajt għandu widintu”.  F’Malta u Għawdex m’hawn xejn verament privat u mistur.  Ilkoll kemm aħna, meta niltaqgħu man-nies, nisimgħu fuq sħabna.  Ngħid għalija, ma nemminx kollox, u la l-ġid u l-qdusija u l-kapaċità kollha, u lanqas id-dnubiet, l-isfortuna u d-disgrazzji kollha li l-bniedem jidħol fihom.  Jiena, li nista’ niżen aħjar lil sħabi, noqgħod lura milli nissentenzja.  Min ma jafniex mill-qrib, jesaġera fis-suspetti u fl-ammirazzjoni.

Ngħollu l-livell

6.    Allavolja bħalissa qegħdin nieħdu eżempji ħżiena minn ċerti politiċi ta’ pajjiżi ferm ikbar minna, aħna l-politiċi Maltin ta’ kull partit, f’Malta u Għawdex, għandna l-obbligu li ngħollu l-livell tal-prattika tal-politika f’pajjiżna.  Il-ħsara li ssir lil pajjiż żgħir bħal tagħna, meta tingħata l-impressjoni li pajjiżna jitmexxa bil-korruzzjoni, hi verament enormi.  Sa ftit żmien ilu konna ħadna l-fama, mal-Ewropa kollha, li aħna eċċezzjonalment iktar stabbli, amministrati bl-ordni u iktar niggarantixxu s-serjetà minn pajjiżi oħra madwarna.  Minħabba ċerti ġrajja, din il-fama bdiet tittappan.  Obbligati wkoll, iżda speċjalment aħna l-politiċi, u l-iktar dawk li qegħdin fil-Gvern, li ngħollu l-livell.

Imġieba korretta

7.    Bl-imġieba, bil-kompetenza, billi ma nidħlux f’konflitt tal-interessi personali mal-interess pubbliku.  Billi meta nkunu murija u mismugħa, nitkellmu fuq il-mezzi tax-xandir, u verament inkunu vetrina, ma nwaqqgħux il-prestiġju tal-Parlament bi kliem u aġir barra minn loku.  Jiena mdorri, kultant, nagħti daqqa t’għajn lejn id-diskorsi li kienu saru fil-Kamra tad-Deputati fi żminijiet oħra, biex nara x’intqal meta għaddew xi liġi partikolari, jew taw bidu għal xi kampanja ta’ opinjoni.  Ġieli nosserva li kien hemm żminijiet meta l-preparazzjoni kienet aktar attenta milli nosserva llum.  Veru li d-dinja iktar mgħaġġla, iżda dan ma jiskużaniex: il-leġislazzjoni għandha importanza kbira.

Nfakkru dak li għaddejna minnu

8.    Aħna, mill-Oppożizzjoni, jeħtieġ infakkru l-imgħoddi, inħeġġu u nlestu għal żminijiet meta nerġgħu nuru li Malta u Għawdex huma eċċezzjonalment effiċjenti fl-amministrazzjoni, b’servizz pubbliku nadif u onest, u b’demokrazija li tiggarantixxi d-drittijiet fundamentali ta’ kulħadd.  L-onestà la hi, u lanqas qatt kienet monopolju tal-Partit Nazzjonalista, iżda konna u għadna, u j’Alla nibqgħu, ntuha l-ikbar importanza, forsi iktar minn oħrajn.  Iktar u iktar f’dawn il-jiem, meta nfakkru dak li missirijietna għaddew minnu f’żewġ assedji mill-iktar kiefra.  F’dan, proprju, anqas ma għandna nippretendu li aħna bravi iktar minn ħaddieħor: iżda dejjem tajna prijorità kbira lit-tagħlim u l-preparazzjoni.



Nannuwi. Ftit Ħsibijiet.




1.    Tul din il-ġimgħa, l-Erbgħa 29 ta’ Awissu 2018, fakkarna s-sebgħin sena mill-mewt ta’ missier missieri.  In-nannu, l-Profs. Carmelo Mifsud Bonniċi ma għexx fit-tul, imma ħalla marka qawwija warajh.  Trabbejt fid-dar li kien xtara, biddel, irranġa u rabba liż-żewġ uliedu fiha.  Trabbejt nisma’ lill-missieri jirrakkonta u jispjega dak li kien għadda minnu.  Aħjar, dak li l-familja kienet għaddiet f’daqqa minnu.  Id-diffikultajiet soċjali u ekonomiċi li jakkumpanjaw bnedmin, li għalkemm ikunu wettqu ħafna ġid f’ħajjithom, jispiċċaw isibu ruħhom fihom minħabba s-saħħa fiżika tagħhom.  Kien attiv politikament għal numru ta’ snin.  Fil-Parlament Malti bħala deputat u ministru.  Avukat imqabbad sew fil-Qrati tagħna.  Professur fl-Università, jgħallem fil-Fakultà tal-Liġi.  Poeta.  Bniedem li marad sew fl-aħħar snin ta’ ħajtu.

Kif narah

2.    Meta ma tkunx għext ma’ persuna, triq tibni l-għarfien tiegħek tiegħu minn dak li taqra dwaru u li jgħidulek.  Ma tistax tagħmel stampa ċara u preċiża mill-ewwel.  Anzi, fil-każ ta’ nannuwi nħoss li ma’ kull sena, ma’ kull perjodu ta’ ħajti, niskopri faċċati ġodda tiegħu.  Tgħallimt, ċertament, ħafna minnu.  Huwa għadda minn ħafna atrit u sofra angeriji min-naħa ta’ dawk li ma kinux iħaddnu l-ideali tiegħu.  Esperjenzi li żammejt f’moħħi u ggwidawni sewwa tul ħajti, l-iktar meta sibt ruħi wkoll attakkat f’ċirkostanzi oħra.  Dak li għadda minnu kienet boxxla kontinwa għalija lbieraħ u llum, speċjalment fil-Kamra tad-Deputati f’Mejju tal-2012.  Biss, dak li kont inqis ilbieraħ f’dak li huwa għadda minnu, napprezzah ferm u ferm iktar.  Hemm proċess intern fija li bih inħossu iktar viċin u ħaj. 

Malta and Me

3.    Illum hemm ftit iktar magħruf dwaru.  Għal snin twal, ftit kienet il-kitba.  Biss, niftakarni naqra dak li Eric Shepherd kien kiteb dwaru fil-ktieb ‘Malta and Me’, stampat fl-1928.  Ktieb li kien u għadu fil-librerija ta’ missieri, li però, mas-snin irnexxili nsib u nixtri għalija.  Fl-istess ktieb hemm ritratt uniku tan-nannu għadu żgħir.  Hemm, dik il-pinna preċiża u diretta kienet iddeskrivietu bħala “one of he most cultured Maltese I met”.  U li, “All I care about is that he had a real love and understanding of good literature, that he was a poet on Italian models himself, that he was without prejudice, fundamentally humorous, and did not allow his politics to make an ass of him.”

Malta and Me (2)

4.    Dan l-għalliem tal-Letteratura Ingliża, li kien kritiku ħafna ta’ mexxejja politiċi oħra f’pajjiżna, ikompli jiddeskrivih bħala persuna li kapaċi tkun maqtugħa mill-politika, avolja fiha, li kellu moħħ organizzat, qalbu tajba, ċajtier u sinċier.  “Indeed, he always struck me as treating his politics as a bit of a ‘rag’, and finding them as funny as I did.  He had an immense fund of high spirits; and while he had been the whole brain and life of the famous students’ Riot, he was almost the only one whose head not not been in the least affected by its success.  But nothing could spoil a man of his temperament; he is too fat (I beg his pardon), too kindly, too humourous and sincere.”

Iħobb il-qari

5.    F’daru rnexxielu jibni librerija kbira.  Nofsha għaddiet għand missieri, u ta’ żagħżugħ kelli għad-dispożizzjoni tiegħi ġabra kbira ta’ kotba fuq suġġetti varji.  Qrajt u flejt diversi minnhom.  Kellu moħħu miftuħ fuq kollox.  Kapaċi jaqra u jassorbi fi żmien qasir.  Jifhem il-punti fil-fond u fl-effetti sħaħ tagħhom.  Dan ħareġ iktar għad-dawl meta l-mibki, imma mhux minsi Ġużè Chetcuti, fl-1966 ippubblika taħt il-Pubblikazzjonijiet Indipendenza, id-dramm miktub minn nannuwi “Ġuditta ta’ Betulja” bit-Taljan għall-Malti.  Hemm, f’dan il-ktejjeb ħareġ iktar għad-dawl id-diversi opinjonijiet li l-awtur kien ġabar minn kitbiet oħra, fosthom ta’ dak li qalu dwar nannuwi Dr Giovanni Curmi, Ninu Cremona, Herbert Ganado, Pawlu Mizzi, Ġużè Aquilina.  Biċċa xogħol li fetħet twieqi ġodda għall-poplu li ma kienx jafu.

Patrijott u Ewropew

6.    Fid-diskorsi tiegħu u fil-pożizzjonijiet politiċi tiegħu, ma hemmx dubju li kien patrijott, iħobb lil pajjiżu u, fl-istess ħin, ċar fil-pożizzjoni politika tagħna ta’ poplu Ewropew.  Fost dawn, kien ġie f’idejja ktejjeb li fih kien stampat diskors li kien għamel bħala Ministru tal-Pulizija u Teżor fl-20 ta’ Diċembru 1932, f’dak li kien is-Senat.  Hemm kien qal dan: “Well then, I was saying that this small Malta, under this sky, this sea, with this heritage of Palaces, of architecture, of paintings, with all this wealth of art, with its glory, and its faith, only sixty miles from Italy, with all its story that entitles it to be the rampart fo the Continent, and the bulwark of Christianity, this Malta cannot wear another baptismal attire and faith except that of its Latinity.  In order to be Europeans it is necessary for us to be Latins, and if we were not such, we would have invented our Latinity.”

L-importanza tal-messaġġ

7.    Kellu kelma faċli u elokwenti.  Kellu kitba daqs hekk ieħor għas-servizz tas-sewwa.  Meta tara l-kwantità kbira ta’ diskorsi li għamel u li huma rappurtati, tifhem ferm aktar.  Tifhem ukoll li kien progressiv fl-għarfien li l-messaġġ politiku jieħu ż-żmien biex jasal, però jrid l-għodda kollha għad-dispożizzjoni tiegħu.  Għalhekk kien direttur ta’ numru ta’ ġurnali, sija bil-Malti, kif ukoll bit-Taljan u bl-Ingliż.  Imma ma kienx limitat għal dan.  Dan joħroġ iktar ċar fil-ktieb tal-2012 “Il-Gross.  Il-Kontribut Letterarju”.  Proġett li kien bdieh ħija Anton, u li fih hemm miġbura ħafna (mhux kollha) mill-poeżiji tiegħu, flimkien ma’ kitbiet letterarji dwar awturi bħal Coleridge, Scott u George Bernard Shaw.  Kollha jimmeritaw li jinqraw.

Ħaqqu iktar

8.    Ċertament ħaqqu ferm u ferm iktar.  Fortunatament, missieri u zijuwi qegħdin, biċċa biċċa, jiktbu l-ħajja tiegħu.  Timmerita li ssir.  Timmerita għax fil-ħajja politika tiegħu kellu numru ta’ pożizzjonijiet, nuqqas ta’ qbil ma’ oħrajn.  Imma llum, meta wieħed iħares lura u jqis isib li fuq diversi, għalkemm kellu raġun, ma ġiex mogħti dan.  Huwa tajjeb li l-istorja tingħad sħiħa.  L-istampa sħiħa għal dawk li jaqraw u jiktbu dwar pajjiżna.  Proprju għalhekk li, wara dawn is-snin twal, kienet deċiżjoni tajba tal-Partit li jiġi mtellgħa dokumentarju dwaru.  Ċertament għax hemm iktar x’jingħad, u nittama li b’dan l-artikolu ħajjartkom taqraw iktar dwaru.






11.9.18

Id-dinja kemm inbidlet?




1.    Qed ngħixu sajf ieħor mimli b’aħbarijiet li jsewdulek qalbek.  L-attakki terroristiċi varji li rajna tul dawn l-aħħar żminijiet iwassluna naħsbu iktar fil-fond fuq kemm il-bniedem inbidel.  Għandna nistaqsu, forsi aħjar, jekk inbidilx jew fil-fatt baqax l-istess.  Nistaqsu jekk, f’din l-età, f’dan iż-żmien, minkejja dak kollu li l-esperjenza umana ġabret, imxejniex lejn is-sewwa jew bqajniex fl-istess pożizzjoni.  Għax atti żbaljati, vjolenti, jibqgħu, jgħaddu kemm jgħaddu snin.  Dawk li, minnhom, frott tajjeb għall-umanità ma joħroġx.

Sbatax-il sena

2.    Ngħid dan fid-dawl ta’ dak li mill-11 ta’ Settembru 2001 ilna naraw iseħħ.  L-attakki lejn iż-żewġ torrijiet, li fihom rajna tant jitilfu ħajjithom inutilment.  Aġir minn bnedmin li bdew jagħmlu użu minn strumenti għas-sewwa biex jagħmlu ħsara lill-oħrajn.  Ajruplani, vetturi ta’ kull daqs u forma li ssoltu jintużaw biex iwasslu għal skopijiet ta’ trasport saru parti minn mekkaniżmu ta’ distruzzjoni.  Għax hemm ħafna atti ta’ ħdura li joħorġu mill-ġenn intern li ċerti bnedmin jikkoltivaw li, jingħad x’jingħad, ma hemmx ġustifikazzjoni għalihom.  Huma atti ta’ tradiment lejn persuni li, fl-innoċenza tagħhom, sabu ruħhom vittmi ta’ aġir tant iswed għax kienu fil-post żbaljat fil-mument żbaljat.

Protezzjoni xierqa

3.    Huwa f’dan ċertament iktar milli utili li l-istati demokratiċi fid-dinja jgħollu kemm jistgħu l-livell tas-sigurtà.  Kull ċittadin jixraqlu li jkun protett b’kemm wieħed jista’, u kemm wieħed jista’ jaħseb.  Meta nara u naqra dak li jingħad fil-ġurnali u fid-diskorsi politiċi jidher evidenti li, b’mod speċjali fl-Unjoni Ewropea, l-attenzjoni lejn dan is-settur żdiedet.  Hemm ferm iktar strumenti teknoloġiċi sofistikati li qed jippermettu li l-livell tad-difiża jiżdied.  Dan l-infiq mhuwiex lussu, imma huwa sempliċement neċessità, li jkun nuqqas jekk ma jsirx.  Pajjiż illum, biċ-ċirkostanzi li qed naraw, għandu dmir li jonfoq u jieħu ħsieb iżomm ruħu l-ħin kollu aġġornat, huwa jew le fl-Unjoni Ewropea.  Dan jgħodd iktar u iktar għar-Renju Unit, li daqt ser joħroġ barra minnha.  Hemm bżonn li din il-kollaborazzjoni, din l-għajnuna għas-sigurtà, ma tintilifx.

Pajjiżna wkoll

4.    F’dak li għaddejt minnu, nifhem ikar u iktar kemm kull pajjiż huwa viċin u miftuħ għal dawn l-elementi.  Il-gwerra ċivili Libjana tal-2011 kienet mill-iktar kiefra għal dak il-poplu, però ftit irrealizzaw kemm aħna wkoll konna esposti.  Is-sogri li għaddejna minnhom, illum nistgħu ngħidu b’wiċċ il-ġid, kienu qawwija.  Stajna verament sibna ruħna parti mill-konflitt f’diversi modi.  Strumenti ta’ distruzzjoni moderni ma kienux il-bgħid minn xtutna.  Pajjiżna huwa ċertament espost u ħadd ma għandu jilludi ruħu li aħna tant maħbuba, jew tant tajbin, li għandna xi garanzija speċjali.  Irridu narmaw bħal ħaddieħor u nkunu preparati.

Attakk lid-demokrazija

5.    Dan qed ngħidu għax il-bnedmin jibqgħu dawk li, fil-maġġor parti tagħhom, huma mħajrin għas-sewwa.  Għandna fiduċja fil-bniedem.  Biss, irridu naċċettaw li hemm uħud li jew jiġu ndottrinati, jew influwenzati ħażin, jew jgħaddu minn xi esperjenza partikolari, li jwassluhom sabiex jagħmlu dawn l-azzjonijiet żbaljati.  Hemm forza għas-sewwa, imma hemm ukoll dik li mhix hekk, u għal tat-tieni wieħed irid iżomm ruħu attent.  Jifhem il-bniedem, u fl-istess ħin jassigura dejjem iktar li billi, kif ngħidu, jaħseb il-ħażin, jirbaħ dak li hu sewwa.  Dan huwa iktar importanti fid-dawl tal-fatt li demokrazija trid tikber fl-istabilità u fil-paċi.  Meta jkun hemm dan l-aġir, dan l-attakk huwa wieħed dirett lejn is-sistema ekonomika u soċjali li d-demokrazija tagħti.

Vjolenza ġiebet oħra

6.    Għax wieħed għandu jgħid li, minn dawn l-attakki, kull pajjiż ibati u miegħu jiġu wkoll effettwati stati oħrajn.  Meta jkun hemm atti terroristiċi fuq l-oħrajn, dawn jolqtu lilna direttament.  Illum nieqfu mad-dinja libera nfakkru lill-eluf li mietu mingħajr ebda forma ta’ ħtija ġewwa New York fil-11 ta’ Settembru.  Fuq naħa nirriflettu mill-ġdid f’dak li ġara, u fuq l-oħra nagħrfu kemm kull persuna għandha responsabbiltà morali u legali li taġixxi sewwa f’ħajjitha.  Id-dinja ħadet direzzjonijiet differenti minn dak il-jum.  Ir-reazzjonijiet ilkoll nagħrfuhom.  Atti ta’ vjolenza ġiebu atti oħra.

Pjaneta li jixirqilha aħjar

7.    F’dan għandna nistaqsu lilna nfusna: wara din l-esperjenza, inbdilna jew le?  Id-dinja hija iktar miexja fid-direzzjoni t-tajba, jew baqgħet l-istess?  Ħafna, quddiem dan, jikkonkludu li bqajna l-istess.  Bqajna dinja li fiha l-paċi hija dejjem mhedda.  Dinja fejn għadna naraw bnedmin li, fl-ideat żbaljati tagħhom baqgħu jirrikorru għall-ħażin.  Hemm ċirku li jidher li huwa vizzjuż, li minnu qisu ma hemmx li noħorġu.  Biss, billi din il-pjaneta jixirqilha f’dan aġir differenti, għandna nibqgħu ulied is-sewwa.  Sehemna huwa dak li ningħaqdu ma’ oħrajn niftakru, sabiex filwaqt li nkunu viġilanti għal dak li jista’ jinqala’, naġixxu b’mod pożittiv u nibnu ma’ dak li huwa tajjeb.


 


6.9.18

Inspirational Forbear.




On the 29th.of August 2018 it will be the seventieth anniversary of the death of my grandfather, Carmelo Mifsud Bonnici, known as il-Gross. After seventy years what remains of his legacy in thought, in principle and example?

What strikes me most  and stands out, from what he wrote, what he said, as recorded primarily in the ‘Debates of the Malta Legislative Assembly, and what other people wrote and said about him was his authenticity. He said what he meant, he believed in what he said. He was loyal to his beliefs, loyal to his Faith and his Church. When elected to serve the public interest, he served the public interest not his own interests. His patriotism was loyalty towards his country and people.

He was a Maltese Patriot: he held dear the Maltese people, collectively as well as individually; the Maltese traditions, the Maltese Language, as well as the history of Malta. In his profession he was loyal to his clients, as a university professor he was loyal to his students, he was, above all, loyal in his married life. People trusted him and his word. He was never ‘fake’: even in caricature, his truth was evident.

Secondly, what I note is the breadth, indeed eclectic, nature, of his cultural interests: he was not only well read in Italian and English, but also read widely the literature in other languages, even if in translation. So he spoke and wrote, not only about Dante, Manzoni, Carducci, D’Annunzio;  and Byron, Scott, Coleridge, Thackeray, George Bernard Shaw, but also about Goethe and Tolstoy. He was interested in the history of Art and of Music. Of course he also studied history, political science and the humanities, besides his beloved discipline, Law. He was also interested in Natural History and especially the studies by the Maltese Naturalists, Giuseppe Despott,  Alfredo Caruana Gatto, Sir Temi Zammit, and John Borg.

My grandfather’s political ideology, was broadly that of the Christian Democrats: he saw every man and women as unique, without any bias or prejudice of class, nationality, religious persuasion. He was however interested in what the State could do for the less privileged. Among his achievements one should mention , when Minister for the Treasury, his fulfilled program for the building by Government of  ‘Workmen’s Dwellings’ in Birkirkara, Hamrun,  Blata il-Bajda, Cospicua and Paola. Almost all these blocks of houses are still in existence. They withstood the test of time. People still live in them. This was one of the first such schemes in the Europe of the twenties, immediately following the one set by the Christian Social Party in Vienna.

Also of note is his bold introduction of the Widows and Orphans contributory Pension Scheme for Government employee.  In the very brief periods (1926-27) and (1932-33) in which he was the Minister for the Treasury and the Police, besides looking at the ‘technical’ art of Government ( as his piloting of the very first Maltese Treasury and Audit Act)  he also tried and managed to introduce ‘humanity’ in the style of government.

Indeed my grandfather excelled in his attitude of ‘friendship towards all’. He held no anger or bitterness towards his political adversaries. Although he was and has remained the only member of Parliament to be sent to Prison for breach of privilege, he held no grudge against those who moved the resolution and who voted for it.

He was also a poet writing in both Maltese, his own language and Italian, the language of his culture. His academic contributions to the history of our law are also notable. He was also endowed with a beautiful baritone voice, which he used to eloquently, and persuasively address the crowds, in mass meetings, often without a microphone, to convince panels of jurymen, in the Criminal Courts and his fellow members of Parliament in the Legislative Assembly.  In Opposition his criticism of the Government was fair but became severe  when exposing arrogance or highhandedness. When in Government his defence was as convincing as it was logical and sound.

His goodness of heart, at times eclipsed his talent and intellectual gifts. His brilliant oratory at times might have led people to forget his essential humility and attachment to principle.

In politics as in most things in life, there are constants and variants. The constants are mainly in the ethical values. I seek to keep in mind the examples in the ethical values he always strongly upheld.


Black Ribbon Day.




Although we share a common cultural heritage with the sister states of the European Union, the  collective memories of our experience in the recent historical past, in Malta as in most of the West, are quite different from those of the East of Europe. We have to keep this in mind when trying to understand better some of the political positions  taken by  the ‘new’democracies of Eastern Europe.

The 23rd August is the seventy ninth anniversary  of the infamous Molotov –Ribbentrop Pact of 1939. It was supposedly a simple non-aggression pact, in which the parties promised neutrality, should there arise hostilities with other parties. In reality it was Stalin’s  Soviet Union giving the Carte Blanche to Hitler’s Nazi Germany for invading Poland. A secret protocol in the Pact provided for the partitioning of Poland, after the invasion, along the lines of certain rivers. The Pact also assigned spheres of influence, with Finland, Estonia, Latvia, Slovenia and Bessarabia being recognised as of special interest for Soviet Russia.  

So on the 1st  September which followed, German air and ground forces attacked Poland from the west, and later in the same month, Russian troops overrun their part of Poland from the east. In 1941 Hitler broke the Pact and invaded Russia and the following three years saw all these buffer countries being occupied alternately by the two powers. What the populations suffered under Nazi occupation and then Soviet re-occupation, with the pogroms, concentration camps and gulags, with the reprisals against collaborators, as well as against Jews, supposedly dangerous dissidents, Catholic priests and Lutheran pastors, has left a seared collective memory in what are now called the ‘new’ democracies in the former Communist dominated countries .

Witnesses and survivors have left us works of  eloquent human testimony and literary importance. Primo Levi’s Se questo e’ un uomo [If this is a man] and Alexander Solzhenitsyn’s Odin den' Ivana Denisovicha [ One day in the life of Ivan Denisovich] are ample proof of the disregard for basic human dignity that followed after the breakdown of democratic and ‘rule of law’  guarantees in Fascist/Nazi and Communist dictatorships.

We in Malta, as in Britain, suffered extensive and repeated bombing from the air, hunger and deprivation, during the Second World War.  Providentially, and through our courage and steadfastness, and with the blessed concurrence of the wide moat of the surrounding  blue sea, we were spared invasion and counter-invasion. What the experience has wrought  on the collective memory of our sister republics in the East, needed and still needs great  investment in psychological reconstruction of attitudes.

The memory of what happened in the two World Wars should not be forgotten. Today’s generation and future generations   should not be  exposed to the  lure of strong man politics, and the seeming simplicity of populist solutions, through this amnesia.

These considerations prompted the establishment of the European Day of Remembrance for  the  victims of Stalinism and Nazism on the 23rd August, known as the Black Ribbon Day. It was originally proposed in the Prague Declaration of 2008 which bore the signature, among others, of Vaclav Havel. It was decided upon by the Council of Ministers responsible for Justice and Home Affairs of the European Union on the 10th June 2011. I was one of the Ministers who “reaffirmed the importance of raising awareness of the crimes committed by totalitarian regimes, and of promoting a shared memory of these crimes across the Union and underlining the significant role this can play in preventing the rehabilitation or rebirth of totalitarian ideologies.”
  
That is why Black Ribbon Days are important.  That is why the holocaust should not be forgotten, minimised, or  seen as an accidental aberration.  Hitlers and Stalins can recur. In some parts of the world smaller sized despots or ambitious demagogues can still be a threat.

During the June 2011 Council Meeting  I had broached the possibility of criminalising certain actions aimed at subverting democracy and the rule of law, and strengthening through the Criminal Codes the democratic consensus. Subverting democracy is a great treason. Other Ministers were of the opinion that the matter needed further debate and juridical elaboration. I still think that some demagogic loose language and occasional posturing, are threatening the democratic consensus.

From the opposition benches, one is not exempt from urging memory, reflection, and strenuous, but vigilant, contrast to the enemies of democracy and the rule of law.


ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...