1. Tul din il-ġimgħa ftakarna f’anniversarju importanti. Għax dawn ma jiġux ta’ xejn imma biex ifakkruna mill-ġdid. Ifakkruna fi bnedmin li għexu qabilna u fi żmienna li ħallew impatt fuq ħajjitna u dik ta’ oħrajn bħalna. F’ħafna sens, aħna li għexna miegħu ma nistgħux nemmnu li m’għadux magħna, jew li m’għadniex inqumu jum wara jum nisimgħu b’ħidmietu. Bniedem li għal diversi ma kienx b’xi mod magħruf. Imħajjar u mrobbi fil-valuri Nsara b’mod u manjiera li kull ma kien iwettaq kien ġej minn raġuni preċiża: skop li għalkemm f’dak il-mument seta’ jidher u anke jekk le, konna ċerti li kien jaf x’inhuwa jgħid. F’dan ħalla wirt uniku warajh li aħna fortunati li konna parti minnu.
L-Awtorità
2. Il-persuna li kiteb dwaru fit-tul huwa fil-fatt dak li kont qiegħed insegwi f’kitbiet oħra tiegħu, George Weigel (1951). Dak li, fil-bijografija bit-titolu Witness to Hope (1999) irnexxilu jispjega ħafna lill-bniedem. Ktieb voluminuż (’il fuq minn 886 paġna) li nittama li aktar ’il quddiem ikolli l-ħin li naqrah minn qoxra sa qoxra. F’dan huwa jibda b’dawn il-kliem: “When Pope John Paul II died on April 2, 2005, the extraordinary global outpouring of affection and regards for this old and in recent years, increasingly crippled Polish priest and Bishop suggested that Karol Wojtyla had, in fact, influenced more lives in more diverse circumstances than any human being of his time.” (Meta l-Papa Ġwanni Pawlu II miet fit-2 ta’ April 2005, il-messaġġi straordinarji ta’ mħabba li ġew mid-dinja kollha għal dan is-saċerdot, Isqof Pollakk li maż-żmien ġie iktar imxekkel bil-mard, issuġġerew li Karol Wojtyla kien, fil-fatt, influwenza lil diversi bnedmin f’ċirkostanzi varji iktar minn kull persuna oħra li għexet fi żmienu.)
Personali
3. Għaddew diġà għoxrin sena u aħna stess ma nistgħux nemmnu li dan fil-fatt seħħ. Għadda ż-żmien minn dak il-mument li diversi kienu fehmu li kien ser ifisser bidla fil-ħajja personali tagħna, kif ukoll f’dik tal-Knisja u s-soċjetà fuq dawn il-gżejjer. Il-fatt li kien l-ewwel Papa li qatt ġie hawn kien ġieb rabtiet qawwija ma’ diversi li ħassew li mal-mewt tiegħu, parti minnhom kienet ġiet nieqsa. Kellu l-abbiltà li jfiehem, li jikteb tajjeb ħafna u li jersaq biex imiss direttament il-qlub tal-bnedmin. Kien kalamita umana partikolari. Kull min rah quddiemu, jew f’xi ritratt mill-varji sbieħ li kellu, kien iħossu viċin ħafna tiegħu. Meta kien jiddikjara li billi Sidna Ġesù Kristu ma kienx niżel minn fuq il-Kurċifiss ħaj daqshekk ieħor hu, fil-mard m’għandux iċedi, kien hemm qbil ġenerali miegħu. Stima, u fl-istess ħin tama li dan il-bniedem ser jibqa’ jkun hemm. Gwida unika li ma kellniex sostitut għaliha.
Rajtu
4. Kont ukoll grat għax-xorti li kelli li niltaqa’ miegħu. Anke jekk kien ra diversi bnedmin, meta messejt miegħu ħassejt rabta li riedet tikber ferm iktar minn qabel. Kien il-Papa tagħna verament. Aktar u aktar meta ħafna bħali kienu jaqraw il-best sellers tiegħu. Ktieb wara ktieb li ma tkunx trid titlaq minn idejk u li jmexxuk ’il quddiem. Għandi wħud li qrajt ħafna drabi, għax jibqgħu mimlija għerf. F’ħafna nammetti li l-bniedem sħiħ illum ikun hekk jekk ikun qara kitbietu. Li n-nuqqas tal-qari ta’ kitbietu huwa dgħjufija kulturali, soċjali, spiritwali u politika. Kien, u f’ħafna jibqa’ gwida qawwija għal dawk li, bħali, huma fil-politika. U jekk hemm min qiegħed jaqra u jixtieq ikun Demokratiku Kristjan sewwa, jagħmel aktar milli tajjeb li jibda triqtu b’kitbietu.
Sens komun
5. Kien il-persuna mimli b’talenti uniċi, tant li Weigel jiddeskrivih bħala: “... was a thoroughly, indeed radically, convinced Christian disciple. It was the passion of his discipleship that made him the most influential man of his time.” Kien dak li nfluwenza sew fuq kull livell, u d-dinja nbidlet lejn is-sewwa. Bidla li seħħet proprju għax kien dak li kien kapaċi jagħti importanza lill-valuri Nsara. Ma jċedix fuqhom, taħt ebda ċirkostanza, anke jekk l-istess diplomazija Vatikana kienet tipprova tasal f’kompromessi, huwa ma kienx. Kien il-bniedem tas-sens komun, tar-raġuni, u fuq kollox xhud għall-verità. Il-verità tibqa’, għal dawk li jridu jwettqu s-sewwa, id-dawl li jmexxina ’l quddiem. L-enċiklika tiegħu Fides et Ratio (1998) tibqa’ dawl li jiċċara ħidmet il-bniedem fis-soċjetà. Tiċċara aktar dik tan-Nisrani impenjat fil-politika. Għax jgħaddi kemm jgħaddi żmien, tibqa’ gwida unika. Dik li tinfluwenza biex bnedmin jibqgħu ispirati jwettqu l-ġid u s-sewwa. Jibqgħu dawk li jiftakru li minkejja dak kollu li jgħaddu minnu, il-ferħ qiegħed fil-ħidma li jixhdu għall-verità. Jgħaddu kemm jgħaddu snin, nibqgħu nduru lura u nirringrazzjawh għal dak kollu li kien u dak li għadu għalina llum. Grazzi Karol Wojtyla!
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label George Weigel. Show all posts

8.4.25
2.4.25
FIL-PASSAT, IL-FUTUR
1. Għada pajjiżna ser ikun qiegħed jieqaf sabiex ifakkar Jum Nazzjonali partikolari. Wieħed li ffurmana wkoll, anke jekk għad hemm xi wħud li ma jidentifikawx ruħhom mal-kunċett. Iwettaq dan għax hemm realtà li bidlet diversi xenarji li pajjiżna kien qiegħed, fil-verità, ħiereġ minnhom. Min huwa mimli fil-memorja jagħraf li dak li seħħ fl-1979 huwa pass li la għandna mmorru lura minnu, u wisq inqas nippruvaw inċekknu l-impatt sħiħ tiegħu. F’dan kien effettivament l-ewwel darba f’ħafna sekli fejn ma kienx hemm aktar il-preżenza ta’ forzi militari ta’ stati oħra f’pajjiżna. Preżenti għal diversi raġunijiet, u dan l-iktar fiċ-ċentralità tal-pajjiż tagħna fil-Baħar Mediterran, kif ukoll fl-għażliet ta’ missirijietna.
Preżenza militari
2. Irid jingħad f’dan li kienet għażla tagħna, ċertament ta’ qabilna li l-Imperu Ingliż, bis-saħħa militari tiegħu ġie hawn u kienet bl-istess volontà iktar reċenti li ma baqax. Dan f’żewġ istanzi, bil-proċess l-ewwel tal-Indipendenza u wara bil-31 ta’ Marzu. Kienu mumenti fejn għad-differenza ta’ renjanti oħra, in-nuqqas tal-preżenza tagħhom ġie minħabba l-bdil fis-saħħa u d-dominanza politika ta’ dak il-perjodu. Rabtiet u interazzjoni li ma kienx hemm ma’ ebda forza militari preċedenti preżenti hawn. Dan ħa l-ħin tiegħu, imma fil-fatt huwa ċelebrazzjoni ta’ kif baqgħu r-rapporti li bqajna nagħrfu l-ħtieġa li nfakkru.
Parti minn proċess
3. Fil-fatt aħna rridu nagħrfu dejjem aktar li aħna fortunatament parti minn wirt ta’ ċiviltà li jsawwarna. Dik li kellna u li għaqqadna wkoll mal-preżenza, kultura u ideat li l-Imperu Ingliż ġieb miegħu. Hawn għandna nirrikonoxxu li hemm għeruq ġejjin minn numru ta’ ċentri ta’ influwenza politika, imma l-iktar kulturali, fil-Baħar li minnu ħarġet iċ-ċiviltà. Dawk li napprezza aktar f’dawk li, kif qrajt reċentement, huma ferm iktar fil-fond milli naħsbu. Jinsabu hemm, anke jekk mhumiex imfakkra jew xi drabi apprezzati. Anzi, darba minsija u mwarrba fil-ġenb, qishom mhumiex hemm.
Mill-ġdid
4. Kif jgħid George Weigel, li qiegħed insibni napprezza aktar: “The deeper taproots of our civilization lie in cultural soil nurtured by the fruitful and creative interaction of Jerusalem, Athens, and Rome: biblical religion from which the West learned that history is a purposeful journey into the future, not just one damn thing after another; Greek rationality, which taught the West that there are truths embedded in the world and in us, and that we have access to those truths embedded in the world and in us, and that we have access to those truths through the arts of reason, and Roman jurisprudene, which taught the West the superiority of the rule of law over the law of brute force and raw coercion.” (L-għeruq l-aktar fondi taċ-ċiviltà tagħna qegħdin fil-ħamrija kulturali li hija msoqqija mill-interazzjoni kreattiva ta’ Ġerusalemm, Ateni u Ruma: reliġjon biblika li minnha l-Oċċident tgħallem li l-istorja hija vjaġġ bi skop fil-futur, mhux sempliċement ħaġa ġġib l-oħra; ir-razzjonalità Griega, li għallmitna li hemm veritajiet li huma miżrugħa fid-dinja u fina, u li għandna aċċess għal dawn il-veritajiet permezz tal-arti tar-raġuni; u s-sistema ġuridika Rumana, li għallmitna s-superjorità tal-liġi fuq dik tal-impożizzjoni jew dik tal-ġungla.)
Tlett pilastri
5. Aħna għalhekk parti minn dawn it-tlett pilastri interdipendenti, imma fl-istess ħin li jinfurzaw u jiggvernaw id-dinamika u l-kumplessità tal-kultura tagħna. Aħna għandna wirt partikolari li fil-jiem nazzjonali għandna napprezzaw u nirriflettu fuqu. Bih għandna identità separata u distinta minn dik ta’ oħrajn. Bih nistgħu niddeċiedu separatament skont il-kriterji u l-esiġenzi tagħna. Pajjiżna huwa uniku, ċertament, però mhuwiex nieqes miċ-ċiviltà u wisq inqas mir-raġuni u l-użu tajjeb tal-liġi. Fil-passat tagħna, diversi mexxejja politiċi u reliġjużi dan għarfuh. Fil-Partit Nazzjonalista wkoll, b’mod iktar dirett u b’għarfien sħiħ tiegħu. Għax hemm lezzjoni ċara ħafna għalina: dak li qed ngħixu llum huwa parti minn dak li ser ngħaddu minnu għada. Proprju għalhekk li għandna nagħrfu li fil-passat hemm il-futur sħiħ tagħna.

17.3.25
ĠEJ LURA ĠONA?
1. Aljenati kif ninsabu fuq ħwejjeġ oħra, ma nirrealizzawx kemm għandna wirt ta’ bnedmin li ħadmu u servew fil-ħajja politika. Bnedmin li r-realtà hija li ftit jiġu apprezzati. Dawk li ġarrbu huma kapaċi jagħtu gwida ferm aħjar lil dawk li għadhom deħlin. Mhux biss, imma għandhom esperjenza frott dak li għaddew minnu li qegħda tintilef proprju għax ma hemmx fejn jinstemgħu, u mill-istess klassi politika preżenti anqas min irid jismagħhom. Qisu nibqgħu nirrepetu l-iżball li min jilħaq ‘ġdid’ jimmaġina li x-xemx telgħet miegħu u li waħdu huwa kapaċi jsib tarf ta’ problemi akbar minnu.
Fuq Profili
2. Ħadt pjaċir tul din il-ġimgħa nikkonferma dan kollu waqt li kont qed nisma’ intervista partikolari fuq il-programm magħruf Profili fuq NET Television. Ippreparat b’attenzjoni minn James Aaron Ellul, kull ġimgħa jkun hemm x’tifhem. Fl-aħħar wieħed kien hemm il-Professur Josef Bonnici (1953). Diskussjoni mill-isbaħ, mimlija b’għerf u gwida li, bħal dejjem, kapaċi jagħti. Persuna umli, ippreparat, titgħallem mingħandu u miftuħ għal ideat ġodda. Serva u għadu kemm jitħalla jservi lil pajjiżna. Bniedem li ħadem sew bħala Ministru fi Gvernijiet Nazzjonalista, fil-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea, Gvernatur tal-Bank Ċentrali, akkademiku, u kapaċi jiggwida u jifforma lil dak li jkun. Fil-ftit ħin li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu għadda minjiera ta’ informazzjoni u direzzjoni. Ħasra li l-għerf tiegħu mhuwiex jinġabar u wżat mill-ġdid.
Djalogu
3. Forsi aktar f’dan wieħed jifhem kemm il-pajjiż, fil-verità, nbidel minn kif kien. Forsi sforz l-esperjenzi reċenti li kellna. Dawk marbuta mal-għarfien ta’ kemm il-ħajja u l-ordni huma fraġli. F’kemm fi ftit jiem, ħajja attiva ssir waħda magħluqa bil-preżenza tal-Pandemija. Forsi wkoll f’dak li l-edukazzjoni tul dawn l-aħħar snin irnexxielha tgħaddi. F’poplu aktar mgħarraf u attent f’dak li għaddej, fejn ftit minnu għadu jippermetti lilu nnifsu li jinħakem minn ideat politiċi li ma jħaddanx. Forsi wkoll f’dak li rajna quddiemna fix-xenarju internazzjonali ta’ mexxejja ta’ pajjiżi kbar iċanfru u jgħidu diskors żejjed fil-konfront ta’ xulxin pubblikament. Dak bħal ma rajna bejn Volodymyr Zelenskyy (1978) u Donald Trump (1946). Imma nħoss dejjem iktar li l-bnedmin fuq dawn il-gżejjer ma jridux aktar il-politika tal-konfrontazzjoni. Għalihom din saret sterili u inutli. Qed jippreferu ferm iktar dik li hija favur il-ħidma t-tajba u siewja milli dik tal-istorbju.
Fatti
4. Fil-punt kruċjali ta’ dak li għaddej huwa iktar ċar li l-pajjiż irid aktar verità minn dik li qed toħroġ jew li qed tingħad. Irid iktar politika bażata fuq prinċipji li mwielda mill-fonti tal-valuri jassiguraw tkabbir uman ġenwin. Hemm sejħa għal politika ta’ viżjoni bażata fuq il-linja politika li ż-żewġ partiti prinċipali jirrappreżentaw. Fuq in-naħa tagħna aktar dożi ta’ direzzjoni Demokratika Kristjana milli naħsbu. Iridu wkoll politika li ma tibqax tiċħad l-istatistika u dak li huwa mill-iktar evidenti li ser iseħħ fil-futur qarib. Il-poplu jippretendi li ma jkunx hemm aktar din il-linja li ma tagħtix każ tiegħu f’dak li qed jgħid, imma dik li taffronta verament il-problemi. Taffronta l-għarfien li minkejja d-diversi sforzi mhux qed ikun hemm il-bidliet li wieħed jippretendi fiċ-ċirkostanzi komplessivi tal-lum.
Dinjità u Valur
5. Forsi f’dan hemm iktar il-bżonn ta’ min imur kontra l-kurrent biex jispjega ċar li l-poplu għandu dinjità u valur li l-politiċi jridu jirrispettaw. Li, kif qrajt reċentement f’George Weigel (1951), hemm linja politika partikolari: “And the truth that recognizing this built-in dignity and value discloses certain moral obligations and responsibilities, including the obligation to contribute to the common good and the responsibility of living in solidarity with others, especially those who find living their obligations and fulfilling their responsibilities difficult.) (U l-verità li tagħraf din id-dinjità u valur naturali, li tgħaddi obbligazzjonijiet u responsabbiltajiet morali, inkluż dik li tikkontribwixxi għall-ġid komuni u r-responsabbiltà li tgħix f’solidarjetà ma’ oħrajn, speċjalment dawk li jsibuha diffiċli jwettqu u jgħixu r-responsabbiltajiet tagħhom.)
Żmien l-indiema
6. Huwa ċar li f’dan ninsabu fi żmien fejn wieħed jagħraf l-iżbalji passati u preżenti. Jagħraf kif irid jibda jsib tarf sabiex dan il-pajjiż jibdel iktar ir-rotta li qabad. Jagħraf li għandu jkollu alternattivi veri. Jagħraf li fil-fatt għandu bżonn vuċijiet fi ħdanu li jfehmu l-istorja sabiex tinbena aħjar fil-futur li ġej għaliha. Jagħraf aktar li hemm mument meta wieħed irid jersaq fil-ġenb, jieħu pass lura u jifhem li hemm lok għal dożi qawwija ta’ ndiema. Jagħraf iktar f’dan li għandu bżonn persuni mimlija għerf u esperjenza bħall-Professur Josef Bonnici li jservuna sew bi kliemhom. Verament m’aħniex fi żmien it-Testment l-Antik, imma ċertament nagħraf iktar li għandna soċjetà li qegħda tistaqsi jekk Ġona jistax, jew huwiex, ġej lura.

REALPOLITIK MINGĦAJR VALURI
1. Hemm dibattitu li ilu sekli għaddej. Dak marbut mal-moralità u l-politika barranija. Mhux faċli tanalizza dan illum, fix-xenarji li qed jiżviluppaw quddiemna. Jew forsi huwa wkoll proprju minħabba dan li pajjiżi varji qed jirreaġixxu. Fuq naħa fl-għarfien li l-Istati Uniti tal-Amerika kellhom linji ta’ politika f’dan il-kamp mod, li llum jidhru li qed jinbidlu ta’ taħt fuq, u fuq hekk tqum id-domanda jekk dan huwiex biss każ ieħor ta’ realpolitik internazzjonali. Iktar u iktar quddiem il-fatt sempliċi li għal snin twal, f’dak il-pajjiż “totalitarianism was a mortal peril to free societies” u li l-preżenza Amerikana kienet hemm biex tiddefendi d-demokraziji u l-valuri oċċidentali. F’dan kien hemm lezzjonijiet u direzzjonijiet differenti, fejn ebda President ma segwa preċiżament lil ta’ qablu, imma hemm kienu.
X’jaħsbu
2. George Weigel (1951), magħruf l-aktar għall-ktieb voluminuż tiegħu dwar il-Papa qaddis Ġwanni Pawlu II imma preżenti fl-analiżi politika u soċjali attwali, għandu riflessjonijiet tajba dwar dan fil-ktieb The Fragility of Order (2018). Huwa jiddikjara hekk: “American power was a positive force in the world. The prudenti exercise of American power was not only necessary but good, for it aimed at securing the morally worthy goal of peace through freedom.” (Il-Forza Amerikana kienet waħda pożittiva għad-dinja. L-eżerċizzju għaqli tal-poter Amerikan ma kienx biss neċessarju imma tajjeb, għax kien jimmira li jħares li jassigura l-għan morali ta’ valur, li jkun hemm il-paċi permezz tal-libertà.) Ideat li, f’ħafna, għalihom u għalina kienu kostanti.
Pożizzjoni aqwa
3. Kienu f’dan aktar fi grad ta’ superjorità, li fl-aħħar mill-aħħar hemm din il-potenza mondjali differenti mid-dittatorjati. Mhux biss poter u saħħa fid-deċiżjonijiet mondjali, imma direzzjoni politika internazzjonali mmarkata li tafferma li l-valuri morali t-tajba għandhom jiġu affermati. Veru li mhux il-Presidenti kienu preċiżi fuq xulxin, iktar u iktar fl-għarfien li wħud kienu wlied il-Partit Demokratiku u oħrajn wlied dak Repubblikan. Biss, anke jekk ebda President ma jista’ jingħad fuqu li kien qaddis, għalkemm Jimmy Carter (1924-2024) ċertament kellu valuri Nsara dikjarati, xorta l-bandiera tal-libertà, tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali ma ġewx abbandunati għall-esiġenzi politiċi puri. Waħda li diversi, fil-ġenerazzjoni li għaddejja, jidentifikaw mal-President John F. Kennedy (1917-1963).
Kien hemm
4. Kien hemm oħrajn qabel, però Kennedy kien dak li għaraf li l-vantaġġ bejn pajjiżu, u dak iż-żmien l-Unjoni Sovjetika, kienet ġejja minn dak ukoll. Kien kapaċi jwassal messaġġi ta’ Valuri u Realpolitik f’daqqa. Fl-20 ta’ Jannar 1961, fid-diskors inawgurali tiegħu kien iddikjara li kien hemm ġenerazzjoni ta’ bnedmin li batew biex setgħet Tirrenja l-paċi li ma kenitx lesta ċċedi fil-ġlieda tagħha għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Diskors li jimmerita jinqara mill-ġdid illum, erbgħa u sittin sena wara. Senjatament meta tisma’ lura mill-ġdid li: “Let every nation know, whether it wishes us well or ill, that we shall pay any price, bear any burden, meet any hardship, support any friend, oppose any foe to assure the survival and the success of liberty.” (Kull pajjiż għandu jkun jaf, sija jekk iridilniex il-ġid jew id-deni, li aħna lesti li nħallsu kull prezz, nieħdu fuqna kull piż, naffrontaw kull diffikultà, nappoġġjaw kull ħabib, nopponu kull għadu sabiex nassiguraw l-eżistenza u s-suċċess tal-libertà.)
Inbniet kultura
5. F’dan inbniet għall-ġid ta’ dak il-pajjiż linja ta’ ideat kulturali li drajna f’sens pożittiv. Ħadd ma ħa lil ħadd, kif jgħidu huma stess, “for granted”, imma għal dawn l-aħħar tmenin sena dik kienet il-linja. Kennedy jibqa’ f’diskorsu dawl fil-valuri li ħaddan u li pprova jqiegħed fis-seħħ. Imma kif tajjeb jirrimarka Weigel, kien hemm Presidenti oħra wara li niżżlu isimhom u m’abbandunawx dan. George Bush (1946) li f’Jannar 2005 kien, fost oħrajn, iddikjara f’linja dejjem avvanzata u ċara li: “We are led, by events and common sense, to one conclusion: The survival of liberty in our land increasingly depends on the success of liberty in other lands. The best hope for peace in our world is the expansion of freedon in all the world.” (Aħna mmexxijin minn eventi u sens komun, lejn konklużjoni waħda: Il-libertà tibqa’ ħajja u tiddependi dejjem aktar f’pajjiżna mis-suċċess tal-libertà f’artijiet oħra. L-aħjar tama għall-paċi fid-dinja tagħna hija dik li tara t-tkabbir tal-libertà fid-dinja kollha.) Pożizzjoni mill-iktar ċara u evidenti.
Smajna u qrajna tajjeb
5. Proprju f’dan, għalhekk, ħadd ma jista’ jgħid li din il-pożizzjoni li għamlet il-ġid lil dak il-poplu ġiet ivvintata mill-pajjiżi Ewropej. Dik kienet ir-realtà u s-sens komun jitlob li dik tibqa’. Għax hija minn kif il-ħamsa u erbgħin Presidenti preċedenti fasslu li huwa fit-triq it-twila kostanti li twettaq is-sewwa fil-politika, li tfittex u tagħti appoġġ tal-iżvilupp u progress tal-movimenti u istituzzjonijiet demokratiċi ta’ kull pajjiż u kultura, sabiex it-tirannija tispiċċa mhux titkattar fuq wiċċ l-art. Anke jekk aħna nħaddnu b’attenzjoni linja ta’ politika barranija li hija marbuta man-newtralità attiva, xorta aħna favur id-demokrazija u kontra d-dittatorjati. Għandna nittamaw u nibqgħu nemmnu li kull poplu jixraqlu li jgħix fil-libertà u fejn id-drittijiet fundamentali jiġu protetti verament.
Modus non moriendi
6. Nafu li l-politika, anke dik mondjali, inevitabbilment tressaqna ma’ kwistjonijiet marbuta ma’ dak li huwa tajjeb u dak li huwa ħażin: dak li huwa nobbli u dak li mhuwiex, jew dak li huwa konformi mal-veritajiet li nafu li huma veritieri u dak li mhuwiex konformi. Imma trid direzzjoni ċara li twasslet lejn il-paċi u s-sewwa. Weigel proprju fuq l-analiżi dettaljata tiegħu ta’ ħajjet u ħidmet il-Qaddis Karol Wojtyla jagħraf li hemm negozjati li jistgħu jsiru f’dawn iċ-ċirkostanzi, imma l-prinċipji wieħed jaħdem aħjar jekk ma jċedix fuqhom. Jislet mill-kuntrast bejn il-Kattoliċiżmu u l-Komuniżmu u jgħid hekk: “That incompatibility also suggests that the strateġiċi vision of John Paul II, which encompassed the victory of freedom over totalitarian tyranny, was more acute than those who imagined a slow convergence between liberalising Communism and an increasingly social-democratic West.” (Dik l-inkompatibilità tissuġġerixxi wkoll il-viżjoni strateġika ta’ Ġwanni Pawlu II, li kellha fiha r-rebħa tal-libertà fuq it-totalitarjaniżmu, kienet iktar akuta, intelliġenti, minn ta’ dawk li mmaġinaw xi forma ta’ konverġenza bejn Komuniżmu aktar libertarju u Oċċident iktar soċjal-demokratiku.)
Fit-tul, imma fis-sewwa
8. Fl-għażliet li hemm quddiemna, wieħed irid jifhem aktar jekk dak li qiegħed jibni fil-preżent għall-futur għandux fih il-valuri tas-sewwa jew l-abbandun tagħhom. Il-politika t-tajba hija dik li tagħraf tiddistingwi biex timxi ’l quddiem. Jekk tibqa’ taħseb li għandha ċċedi issa biex tibqa’ għaddejja trid tagħraf li mhix taqbad triq biex ma tmutx, imma dik li biha ser tmut. Il-valuri demokratiċi fil-paċi u l-libertà jgħaqqdu ferm iktar popli milli naħsbu. Eċċezzjonijiet u kompromessi żbaljati bbażati fuq konsiderazzjonijiet materjali u ekonomiċi jwasslu lejn eżempji ħżiena u li jkattru oħrajn biex jaqbdu l-istess triq. Hemm inkunu, f’isem ir-Realpolitik, qed naqbdu t-triq li ma fihiex dawk il-valuri morali li jsawruna.

Subscribe to:
Posts (Atom)
ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET
35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...