1. Waħda mil-lezzjonijiet politiċi li mhux dejjem jittieħdu, anzi, li jiġu njorati hija proprju din. Nisimgħu b’ħafna diskors fuq kemm ittieħdu deċiżjonijiet mgħaġġla, proprjament tifħir. Imma fihom nagħrfu wkoll in-nuqqas ta’ preċiżjoni u attenzjoni li kull deċiżjoni politika timmerita. F’dak li meta wieħed iqis sew ikun ukoll iktar attent għal dawk li ser jintlaqtu u wkoll għal kif din ser issarraf verament f’effikaċja biex issolvi problema. Aktar ma tkun immirata u kkalkulata kif għandha, tant aħjar. Aħjar milli wieħed jitkaxkar f’toroq fejn ma jistax idur lura minnhom għax qabadhom mingħajr ma kkalkulahom minn qabel.
Baqgħu l-istess?
2. F’mumenti huwa minnu li popli jkunu eżasperati b’sitwazzjoni soċjali li kull soluzzjoni tispiċċa tajba: l-aqwa li tibdel. Anki jekk aktar ’il quddiem isibu li mit-taġen ikunu qabżu dritt fin-nar. Forsi f’ħafna anki dak li hu għaddej minn Gaża għal Iżrael huwa f’dan. Storiku Amerikan, Charles Lock Mowat (1911-1970), wara ż-żewġ Gwerer Mondjali kien kiteb hekk: “The war had both changed things and left them the same. Some changes soon ceased to be remarkable or were absorbed into the system.” (Il-gwerra sija bidlet ċerti affarijiet kif ukoll ħalliethom l-istess. Ċerti tibdiliet ta’ malajr ma baqgħux notevoli jew ġew mixruba lura mis-sistema.) F’dan wieħed irid jistaqsi fejn ser inkunu wara l-ftehim li ġie mħabbar sabiex il-kunflitt u l-attakki li kienu għaddejja, jieqfu.
Ħarġet mill-idejn
3. F’ħafna, u għal raġunijiet varji, is-sitwazzjoni kienet ħarġet mill-kontroll. Il-proċess sabiex tirbaħ il-vuċi tas-sewwa u tipprevali l-paċi kienu f’kollox mitlufa u kważi abbandunati. Kien hemm bżonn sforz qawwi li jidher li fl-aħħar sar. Konna sejrin lejn anarkija totali u inkontrollabbli. Bnedmin li għandhom, u li huma kapaċi jsibu soluzzjoni ġiebu ruħhom fil-pożizzjoni fejn waħedhom ma jistgħux u għaldaqstant iridu l-għajnuna ta’ oħrajn. Meta l-vjolenza tipprevali u l-kawtela titwarrab, kull naħa ssir ugwali. Għandha x’għandha fl-istorja tagħha. Għandhiex demokrazija vera jew ċiviltà twila ssir l-istess meta ma tagħrafx li hemm mument meta trid tiġbed lilha nfisha lura u tieqaf.
Ħarsa fit-tul
4. Il-politiku veteran Lord David Howell (1936) din is-sena ppubblika ktieb ieħor ġdid bit-titolu Avoiding the Coming Anarchy. A short book for optimists in dangerous times biex jiggwidana. Huwa jgħid hekk: “Great dangers lie ahead, but they are not inevitable. Avoidance is possible. Tables can be turned. Powerful undercurrents, often little understood or discussed, can be harnessed at least to stave off catastrophe, or even to take us in the direction of better times and a safer world.” (Quddiemna hemm perikli kbar, iżda mhumiex inevitabbli. Jistgħu ma jseħħux. Il-pożizzjoni tista’ tinbidel. Kurrenti qawwija minn taħt, ħafna drabi ftit mifhuma jew diskussi, jistgħu jiġu kkontrollati almenu sal-punt li tinżamm lura katastrofi, li wkoll jistgħu joħduna fid-direzzjoni ta’ żminijiet aħjar u f’dinja iktar sigura.) Din hija l-pożizzjoni li għandha tiżviluppa. F’dan, it-tama tagħna hija proprju fil-ftehim li seħħ u li nittamaw li ser jiġi attwat sal-punt li hemm bżonn.
Ħriġna minn annus horribilis?
5. Skont dak li seħħ u dak li ġie maqbul bejn il-partijiet u l-Istati Uniti, il-Qatar, l-Eġittu u t-Turkija u diversi pajjiżi oħra kollox idur ma’ dawn il-jiem li ġejjin. Nittamaw li jseħħ li l-ostaġġi Iżraeljani ħajjin jiġu verament rilaxxati u l-mejtin identifikati u mgħoddija lil qrabathom kif ukoll, fuq in-naħa l-oħra, il-priġunieri u d-detenuti Palestinjani. Dan huwa parti minn dan il-ftehim ta’ seba’ punti li jrid jitwettaq fi tnejn u sebgħin siegħa. Huwa pass ’il quddiem fil-ħidma li l-politika barranija Amerikana mmexxija mill-Presidenza ta’ Donald Trump wettqet. Jista’ jkun hemm min huwa xettiku u sakemm jara l-paċi verament ma jemminx. Hemm min ukoll ma jarax dan bħala pass li sar fi żmienu, li seta’ sar qabel. Iktar u iktar li dan seħħ taħt id-direzzjoni ta’ persuna li għadu kif iddikjara li jobgħod l-għedewwa tiegħu u li f’pajjiżu għaddejjin wisq azzjonijiet politiċi ħżiena ta’ tpattija. Però, hu x’inhu, illum dan il-ftehim sar u ser ikun hemm l-effett tiegħu.
Konsegwenzi
6. F’dan, il-kawtela politika titlob attenzjoni imma almenu jidher li hemm triq li tista’ tmexxina lura lejn il-paċi. It-tama tagħna hija dik li din tagħlaq darba għal dejjem il-kwistjoni ta’ żewġ stati li jgħixu flimkien u li nafu li ilha ġejja u sejra. Konsegwenza wkoll tal-fatt li numru ta’ stati, tagħna inkluż, irrikonoxxew issa l-Istat Palestinjan. Hemm punti ta’ konverġenza politika li issa jafu jiftħu fl-immedjat kif ser issir ir-rikostruzzjoni ta’ Gaża. F’dan pajjiżna tilef ftit punti fl-abbiltà tiegħu li jkun vuċi kostanti għall-paċi, spalla ma’ spalla ma’ oħrajn.
Forsi aktar
7. Stajna forsi sostnejna aktar sija qabel lill-Papa Franġisku, kif ukoll illum lill-Papa Ljun. Fi proċess ta’ awto-kritika naħseb li stajna konna iktar viċin, u użajna aktar il-vuċi tagħna biex ninsistu kontra kull kurrent li l-paċi setgħet tinkiseb. Stajna konna aktar ġenerużi milli konna u emminna lkoll li ftehim jista’ jseħħ. F’dan aktar fejn nomini għan-Nobel ma tantx huma proprju f’posthom. Kemm għalhekk ser inkunu parti attiva fil-bini mill-ġdid tal-post u kemm ser ikun hemm ftuħ għall-Malta f’dan irridu naraw. Nittama però li ser nikkontribwixxu verament aktar lil dawk li abbandunajna qabel, f’din li tista’ tkun paġna ġdida.
Eudaimonia
8. Il-Griegi, u speċjalment il-filosfu eċċellenti Aristotli (384-322 QK) jikteb fuq dan il-kunċett. Kif tibni nazzjon li jkun suċċess fl-abbundanza. Kif fih ikollok dak il-pedament ta’ virtujiet fundamentali, moralità, fejn hemm sens u skop veru fil-ħajja tal-bniedem. Proġett li għandu jkun hemm għal kull poplu. Dak Palestinjan, iktar issa li qiegħed forsi fil-bidu ta’ ħajja demokratika ġdida. Dak li għandu bżonn għajnuna soda, mhux neċessarjament lezzjonijiet, sabiex jibni aktar lura lilu nnifsu fil-paċi. F’dawn is-sentejn kien hemm wisq imwiet u dan kien kollu żball kbir proprju minħabba l-attakk mill-iktar kundannabbli tas-7 ta’ Ottubru. F’dan nittamaw fil-kawtela tal-kattari li l-paċi tirrenja u l-ġid jitwettaq.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Gaża. Show all posts
Showing posts with label Gaża. Show all posts
16.10.25
24.4.24
FEJN SEJRIN?
1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika ruħha. Tidher li daħlet f’pożizzjonijiet li minnhom, flok qed naraw tmiem kunflitt, qed immissu ma’ iktar imwiet. Il-figuri li ħadd ma jidher li qiegħed imeri juru li mietu eluf ta’ persuni. Fil-bidu, u li ċaqlaq kollox, kien l-attakk żbaljat u mill-iktar kundannabbli li l-Ħamas wettqu fuq diversi innoċenti. Kien bla sens, mimli ħdura, degradanti, u li ma jwassal imkien. Min ħa dik id-deċiżjoni wera li mhuwiex denju jew kapaċi jieħu passi biex tinstab soluzzjoni għal żewġ popli li qed jgħixu viċin xulxin.
M’hemmx passi oħra
2. Minn dak li rajna huwa iktar evidenti li daħlet il-mentalità li għal dak li seħħ m’hemmx passi oħra lura. L-attakki li saru mill-Forzi Armati Iżraeljani seta’ kellhom ġustifikazzjoni fil-bidu, imma llum ħadd ma jista’ jitkellem iktar fuq atti ta’ difiża leġittima. Fil-perkors ta’ dawn ix-xhur saru wisq atti militari li ma wasslux għar-riżultati li wħud, minn barra, setgħu ħasbu. Diversi qed jaħsbu u jgħidu li l-affarijiet ikkumplikaw ruħhom intenzjonalment. Attakki varji fuq bnedmin li tilfu ħajjithom. Mietu ulied, nisa, anzjani. Id-demm innoċenti tagħhom qiegħed hemm: jgħajjat f’soċjetà li tilfet widintha. Ma nafx kif, għada pitagħada, stati oħra madwar id-dinja, fir-reġjun, fil-Mediterran, jistgħu jħarsu f’għajnejn dawk li għadhom ħajjin. Kif jistgħu, il-mexxejja tad-dinja, jiġġustifikaw dak li wettqu? U kif ħadd ma ntervjena verament biex dan il-massakru jieqaf?
Kwistjoni ta’ mexxejja
3. Hemm, f’dan, responsabbiltà kollettiva li qegħda tinġabar fuqna wkoll. Waqt li fl-1945 ftit kienu jafu dak li kien għaddej fil-kampijiet tal-konċentrament, illum dan ilkoll nafuh. Aħna wkoll għandna nitkellmu, naġixxu u nċaqilqu. Faċli nħallu lill-oħrajn għaddejjin u ndawru wiċċna. Għandna problemi qawwija fil-kuxjenza tagħna. Dik li hija ta’ bnedmin ta’ kultura, ta’ storja, ta’ Nsara. Għandna fuqna dmirijiet li jwassluna biex naġixxu billi nsemmgħu leħinna u ma nħallux lil min isikkitna b’diskorsi bla sens li fihom nispiċċaw biss f’loppju. Diversi, f’dan, ifittxu li jagħżlu li jwaħħlu fil-mexxejja partikolari. Fuq naħa, u l-iktar fil-mira hemm Benjamin Netanyahu, li jidher dejjem iktar li qiegħed f’pożizzjoni politika li minnha ma jridx jiċċaqlaq. Uħud, bħal ma smajt lil Mustafa Barghouti, is-Segretarju Ġenerali tal-Palestinian National Initiative jiddikjara, jaħsbu li dan ġej minħabba l-proċessi kriminali u politiċi li għandu jistennewh. Imma fir-realtà hija wkoll li hemm politiċi oħra warajh li qegħdin isostnu li din il-linja iebsa tkompli għaddejja, minkejja li Gaża hija mfarrka kważi kompletament. Fosthom Itamar Ben Gvir, il-mexxej tal-partit tal-lemin estrem fil-koalizzjoni tal-Gvern. Imma internament ħadd m’huwa b’xi mod jaġixxi verament sabiex din il-linja ta’ ġlied tieqaf. Iktar u iktar fl-isfida iktar ikkumplikata li, għall-ewwel darba, hemm tibdil fir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u Iżrael.
Żewġ Stati?
4. Minkejja l-isforzi tal-President Joe Biden, li naħseb li ħaddieħor m’għandux l-intenzjoni li jaqbad u li qiegħed iwettaq, huwa iktar ċar li flok qed tinstab soluzzjoni, is-sitwazzjoni iktar qed tikkomplika ruħha. Dak li hu għaddej f’Gaża mhuwiex, b’xi mod, aċċettabbli, u kull min għandu għal qalbu d-drittijiet fundamentali ta’ kull persuna u jħares lejn l-istorja jaf li għandu jaġixxi. Dak li seħħ f’Ottubru huwa frott ta’ moviment terrorista, ċertament, u mhux tal-poplu Palestinjan. Imma nagħrfu dejjem aktar li hemm distinzjoni bejn dak li seħħ u dak li għandna nħarsu għalih fil-futur. Dikjarazzjonijiet fuq soluzzjoni ta’ żewġ Stati ilna nagħmlu u nisimgħu. F’dawn is-snin ma ġewx, u ma ngħatawx il-ħajja. F’dawn is-snin kienet ukoll konvenjenti għal dan il-Gvern ta’ Benjamin Netanyahu li ma tiġix għad-dawl. Anzi, li saru passi determinanti sabiex tagħmel dan iktar diffiċli. Kien hemm bżonn dikjarazzjoni mill-ġdid li din għadha fuq il-mejda, imma daqshekk ieħor li jridu jsiru iktar passi fi trattattivi li ma jistgħux jirnexxu jew jibdew.
Iżrael u l-Iran
5. F’dan huwa iktar ikkumplikat dak li seħħ f’dawn il-jiem bejn dawn l-Istati. Jekk kienx att ta’ provokazzjoni jew difiża li l-Iżrael attakka konsolat f’dak il-pajjiż, forsi nkunu nafuh għada pitgħada. Imma r-reazzjoni kienet daqshekk ieħor barra mill-proporzjon. L-appelli għal tnaqqis fil-livell għoli ta’ ritaljazzjoni, jew forsi f’termini differenti, waħda ikkalkulata, ma nafx kemm kienu effikaċi. Il-pajjiżi tad-dawra wettqu ħidma li sa issa tidher li kkontrollat. Imma kemm dan ser jibqa’ hekk fil-futur qasir, ma nafux. Iktar u iktar bl-estremiżmi li hemm f’Iżrael u bis-sejħa għal reazzjoni għal dak li hu għaddej f’Gaża minn poplu Musulman li jrid iwieġeb għall-mewt ta’ tant innoċenti. Waqt dawn il-jiem jidher li hemm ħsieb mill-ġdid fuq dan, imma fejn ser iwassal fit-tul, u jekk huwiex ser jinżamm fejn hu, ma nafux.
Jibqa’ l-punt
6. F’dan kollu, il-pożizzjoni ser tibqa’ dik li m’għandniex soluzzjoni vera. Flok nistgħu nħarsu lejn futur fil-paċi, għandna kważi assigurazzjoni ta’ wieħed mifni bil-ġlied. Iktar ma l-partijiet idumu biex jaslu, jew kif partijiet minn Iżrael jippretendu li qatt ma jaslu, is-sitwazzjoni tibqa’ ħażina bil-kumplikazzjoni li f’għajnejn ġenerazzjoni Palestinjana futura jkun hemm min jiġġustifika dak li wettqu l-Ħamas. Mhux biss, imma hemm it-theddida li dak kollu li ġie reġistrat li m’għandux jerġa’ jseħħ wara x-Shoah ser jintilef. Ma jistax jibqa’ jingħad li min jitkellem favur soluzzjoni u l-poplu Palestinjan huwa parti minn aġir anti-semita jew favur il-Ħamas. Dan mhu minnu xejn. Iżrael irid ikun ferm iktar attent għax f’dan qiegħed ifarrak dak li huwa stess bena sa mill-1945. Id-dikjarazzjonijiet ta’ Stati f’dawn il-jiem dwar dan huwa iktar determinanti. Pajjiżna għamel sew li ħa pożizzjoni. Imma hemm bżonn ferm iktar sforzi sabiex din il-kwistjoni tirrisolvi ruħha. Nafu li hija kkumplikata, però nagħrfu li hemm bżonn iktar passi biex jieqaf il-ġlied. Inkunu iktar ippreparati nistaqsu pubblikament fejn aħna u fejn sejrin.

Subscribe to:
Posts (Atom)
KANA
1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
10922. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qegħdin...