1. Huwa minnu li ħafna drabi jwissuna li jkun dejjem aħjar jekk wieħed ma jafdax fil-bniedem. Li huwa żball, jew aħjar, mhux daqshekk għaqli li tħalli f’idejh għal ħajtek u l-futur tal-eżistenza tiegħek. F’dan nafu wkoll li hemm dawk li taħseb li ser ikunu promettenti, li ser jimxu sewwa (li però fir-realtà ma jkunux), u fuq in-naħa l-oħra hemm oħrajn li jeħduk il-kontra. Tgħallimt ngħix ma’ karattri varji. Tgħallimt ukoll ma niġġudikax minn qabel, għalkemm nibqa’ pass lura sabiex ma ninħakimx f’illużjonijiet żbaljati. Inżomm ċertu distanza fl-ideat u fl-analiżi sabiex oġġettivament nipprova nqis sa fejn persuna tasal jew kapaċi twassal. Mhux dejjem naqta’, imma l-esperjenza mexxietni sabiex ikolli polz f’postu.
Ħbieb u inqas
2. F’dan hemm dawk li jifhmuk u jibnuk f’wieħed minn dawk li jistgħu jafdaw u li jistgħu jitkellmu miegħu. Fuq in-naħa l-oħra, tagħmel x’tagħmel, trid taċċetta li hemm dawk li flok japprezzawk, jiddisprezzawk. Għal dan trid tkun irrassenjat. Iktar u iktar għax anke jekk fik ikollok u tagħmel kull sforz sabiex tibni l-pontijiet tal-ħbiberija jew almenu ta’ nuqqas ta’ kunflitt, xorta ser issib min jibqa’ pass ’il-bgħid minnek. Sakemm dan iseħħ fis-soċjetà, fit-triq fost id-dinja żgħira tiegħek wieħed jifhem, imma meta tieħdu fuq livell ogħla l-affarijiet jinbidlu. Għax ma hemmx dubju li dak li hu għaddej fil-kunflitti militari fl-Ukrajna u f’Gaża huma wkoll, ċertament, frott ta’ dan kollu. Bnedmin li jmexxu li ma jistgħux jaraw għajn b’għajn ma’ ħaddieħor. Dawk tant li lesti jiġbdu lill-popli tagħhom fi gwerer li huma finalment inutli u li lesti jħallu ’l ulied pajjiżhom imutu.
Dikjarazzjonijiet
3. Ninsabu f’dan fis-sena tad-dikjarazzjonijiet. Ħafna kliem li f’ċertu sens huwa neċessarju sabiex jinbeda u jiġi finalizzat proċess ta’ paċi. Diversi resqu ’l quddiem, ifissru u jgħidu lid-dinja li jekk ikunu huma fil-poter kollox ser jispiċċa f’daqqa. Imma fil-verità dan baqa’ ma seħħx. Hemm ħidma ferm iktar diffiċli li trid issir, kif l-esperjenza mondjali turi biex il-bnedmin jaqblu, anki jekk ma jistgħux għal xulxin. F’dan wieħed ma jistax ma jammirax ħidmet il-Vatikan, speċjalment lill-Kardinal Pietro Parolin (1955), li għandu fuq ħoġru r-responsabbiltà diplomatika tas-Santa Sede. F’dawn is-snin serva sew u b’diffikultajiet kbar. Aġixxa f’diversi kapitali u ċertament kien milqugħ imma f’ebda mument mal-kelmiet diplomatiċi ma rebħuh fuq li tingħad il-verità. Għax il-verità hija l-id tassew li twassal biex ikun hemm ftehim fit-tul u li jġib lill-bnedmin f’daqqa.
F’dan iż-żmien
4. Il-Kardinal Parolin ma qagħadx lura milli jikkundanna dak li hu għaddej ġewwa Gaża. Il-pożizzjoni tibqa’ dejjem għalina lkoll inaċċettabbli u kundannabbli. Ma nafx kif wieħed jista’, b’xi mod, jiġġustifika tant atroċitajiet u azzjonijiet ħżiena, l-iktar fuq soċjetà innoċenti li għandha biss marka waħda: dik li hija Palestinjana u abbandunata. Azzjonijiet ħżiena ma jwelldux frott iżda jġibu biss imrar. Aktar ma jsiru aktar ikattru riżentimenti għall-preżent u ċertament aktar għall-futur. Iktar u iktar meta s-soluzzjonijiet għall-kunflitti bejn l-Istat ta’ Iżrael u dak Palestinjan, flok ġew f’punt ta’ qbil żiedu dawk tal-kunflitt. Żdiedu aktar ir-raġunijiet għala wieħed ma jistax jaqbel ma’ dak li qiegħed isir. Forsi wasalna fil-punt li jkollna ideat ftit differenti milli kellna.
Hussein al-Sheikh (1960)
5. Tul din il-ġimgħa kien hemm intervista interessanti ma’ dan il-bniedem, li huwa s-suċċessur futur ta’ Mahmoud Abbas (1935) fit-tmexxija tal-poplu Palestinjan u l-partit politiku Fatah. Fil-ġurnal Avvenire, li ħafna drabi jsegwi dak li d-diplomazija Vatikana fl-għerf tagħha twassal, qiegħed jibdel ix-xenarju. Jidher li qiegħed jikkunsidra li s-soluzzjoni ta’ żewġ stati li jgħixu ma’ xulxin, b’Ġerusalemm maqsuma, mhix ser tirnexxi. Qiegħed, naħseb, b’kuraġġ kbir joffri li jkun hemm stat wieħed fejn iż-żewġ popli jgħixu f’daqqa u indaqs, b’Ġerusalemm il-kapitali tagħhom it-tnejn. Huwa pass fil-politika t-tajba li taf tibdel il-bilanċ tal-estremiżmu li l-Gvern ta’ Benjamin Netanyahu (1949) għaddej żbaljatament bih. Dan għax kull poplu jrid jgħix fil-libertà u fil-paċi.
Nittamaw
6. F’dan wieħed jifhem aktar kemm din ser tkun diffiċli, imma fl-istess ħin jittama li tkun, jekk mhux il-bażi ta’ ftehim, parti minnha biex wieħed iħares lejn il-futur. F’dan, però, ħidmietna tibqa’ dik li nkunu parti mill-verità li trid tibqa’ tingħad. Nikkundannaw dak li huwa żbaljat u naħdmu favur dinja aħjar milli għandna. Pajjiżna għandu vuċi importanti f’dan kollu. Inkompli nittama li nkomplu neżerċitawha b’iktar saħħa u determinazzjoni. Huwa b’hekk li nistgħu nkunu parti minn bidliet li jagħlqu kapitoli li ilhom miftuħin snin twal. Nittamaw għalhekk, dejjem iktar, fil-bidliet it-tajba.
Merħba fil-blog tiegħi! F’dan l-ispazju nitfa l-kitbiet tiegħi, u għalhekk, il-ħsibijiet tiegħi. Nistiednek tgħidli l-fehema tiegħek billi tħalli kumment taħt il-posts hawn taht.
Showing posts with label Benjamin Netanyahu. Show all posts

3.6.25
24.4.24
FEJN SEJRIN?
1. L-eventi li ħakmuna mis-7 ta’ Ottubru 2023 sal-lum ma jridux iħalluna. Jum wara jum, is-sitwazzjoni tidher li iktar qed tikkumplika ruħha. Tidher li daħlet f’pożizzjonijiet li minnhom, flok qed naraw tmiem kunflitt, qed immissu ma’ iktar imwiet. Il-figuri li ħadd ma jidher li qiegħed imeri juru li mietu eluf ta’ persuni. Fil-bidu, u li ċaqlaq kollox, kien l-attakk żbaljat u mill-iktar kundannabbli li l-Ħamas wettqu fuq diversi innoċenti. Kien bla sens, mimli ħdura, degradanti, u li ma jwassal imkien. Min ħa dik id-deċiżjoni wera li mhuwiex denju jew kapaċi jieħu passi biex tinstab soluzzjoni għal żewġ popli li qed jgħixu viċin xulxin.
M’hemmx passi oħra
2. Minn dak li rajna huwa iktar evidenti li daħlet il-mentalità li għal dak li seħħ m’hemmx passi oħra lura. L-attakki li saru mill-Forzi Armati Iżraeljani seta’ kellhom ġustifikazzjoni fil-bidu, imma llum ħadd ma jista’ jitkellem iktar fuq atti ta’ difiża leġittima. Fil-perkors ta’ dawn ix-xhur saru wisq atti militari li ma wasslux għar-riżultati li wħud, minn barra, setgħu ħasbu. Diversi qed jaħsbu u jgħidu li l-affarijiet ikkumplikaw ruħhom intenzjonalment. Attakki varji fuq bnedmin li tilfu ħajjithom. Mietu ulied, nisa, anzjani. Id-demm innoċenti tagħhom qiegħed hemm: jgħajjat f’soċjetà li tilfet widintha. Ma nafx kif, għada pitagħada, stati oħra madwar id-dinja, fir-reġjun, fil-Mediterran, jistgħu jħarsu f’għajnejn dawk li għadhom ħajjin. Kif jistgħu, il-mexxejja tad-dinja, jiġġustifikaw dak li wettqu? U kif ħadd ma ntervjena verament biex dan il-massakru jieqaf?
Kwistjoni ta’ mexxejja
3. Hemm, f’dan, responsabbiltà kollettiva li qegħda tinġabar fuqna wkoll. Waqt li fl-1945 ftit kienu jafu dak li kien għaddej fil-kampijiet tal-konċentrament, illum dan ilkoll nafuh. Aħna wkoll għandna nitkellmu, naġixxu u nċaqilqu. Faċli nħallu lill-oħrajn għaddejjin u ndawru wiċċna. Għandna problemi qawwija fil-kuxjenza tagħna. Dik li hija ta’ bnedmin ta’ kultura, ta’ storja, ta’ Nsara. Għandna fuqna dmirijiet li jwassluna biex naġixxu billi nsemmgħu leħinna u ma nħallux lil min isikkitna b’diskorsi bla sens li fihom nispiċċaw biss f’loppju. Diversi, f’dan, ifittxu li jagħżlu li jwaħħlu fil-mexxejja partikolari. Fuq naħa, u l-iktar fil-mira hemm Benjamin Netanyahu, li jidher dejjem iktar li qiegħed f’pożizzjoni politika li minnha ma jridx jiċċaqlaq. Uħud, bħal ma smajt lil Mustafa Barghouti, is-Segretarju Ġenerali tal-Palestinian National Initiative jiddikjara, jaħsbu li dan ġej minħabba l-proċessi kriminali u politiċi li għandu jistennewh. Imma fir-realtà hija wkoll li hemm politiċi oħra warajh li qegħdin isostnu li din il-linja iebsa tkompli għaddejja, minkejja li Gaża hija mfarrka kważi kompletament. Fosthom Itamar Ben Gvir, il-mexxej tal-partit tal-lemin estrem fil-koalizzjoni tal-Gvern. Imma internament ħadd m’huwa b’xi mod jaġixxi verament sabiex din il-linja ta’ ġlied tieqaf. Iktar u iktar fl-isfida iktar ikkumplikata li, għall-ewwel darba, hemm tibdil fir-relazzjoni bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u Iżrael.
Żewġ Stati?
4. Minkejja l-isforzi tal-President Joe Biden, li naħseb li ħaddieħor m’għandux l-intenzjoni li jaqbad u li qiegħed iwettaq, huwa iktar ċar li flok qed tinstab soluzzjoni, is-sitwazzjoni iktar qed tikkomplika ruħha. Dak li hu għaddej f’Gaża mhuwiex, b’xi mod, aċċettabbli, u kull min għandu għal qalbu d-drittijiet fundamentali ta’ kull persuna u jħares lejn l-istorja jaf li għandu jaġixxi. Dak li seħħ f’Ottubru huwa frott ta’ moviment terrorista, ċertament, u mhux tal-poplu Palestinjan. Imma nagħrfu dejjem aktar li hemm distinzjoni bejn dak li seħħ u dak li għandna nħarsu għalih fil-futur. Dikjarazzjonijiet fuq soluzzjoni ta’ żewġ Stati ilna nagħmlu u nisimgħu. F’dawn is-snin ma ġewx, u ma ngħatawx il-ħajja. F’dawn is-snin kienet ukoll konvenjenti għal dan il-Gvern ta’ Benjamin Netanyahu li ma tiġix għad-dawl. Anzi, li saru passi determinanti sabiex tagħmel dan iktar diffiċli. Kien hemm bżonn dikjarazzjoni mill-ġdid li din għadha fuq il-mejda, imma daqshekk ieħor li jridu jsiru iktar passi fi trattattivi li ma jistgħux jirnexxu jew jibdew.
Iżrael u l-Iran
5. F’dan huwa iktar ikkumplikat dak li seħħ f’dawn il-jiem bejn dawn l-Istati. Jekk kienx att ta’ provokazzjoni jew difiża li l-Iżrael attakka konsolat f’dak il-pajjiż, forsi nkunu nafuh għada pitgħada. Imma r-reazzjoni kienet daqshekk ieħor barra mill-proporzjon. L-appelli għal tnaqqis fil-livell għoli ta’ ritaljazzjoni, jew forsi f’termini differenti, waħda ikkalkulata, ma nafx kemm kienu effikaċi. Il-pajjiżi tad-dawra wettqu ħidma li sa issa tidher li kkontrollat. Imma kemm dan ser jibqa’ hekk fil-futur qasir, ma nafux. Iktar u iktar bl-estremiżmi li hemm f’Iżrael u bis-sejħa għal reazzjoni għal dak li hu għaddej f’Gaża minn poplu Musulman li jrid iwieġeb għall-mewt ta’ tant innoċenti. Waqt dawn il-jiem jidher li hemm ħsieb mill-ġdid fuq dan, imma fejn ser iwassal fit-tul, u jekk huwiex ser jinżamm fejn hu, ma nafux.
Jibqa’ l-punt
6. F’dan kollu, il-pożizzjoni ser tibqa’ dik li m’għandniex soluzzjoni vera. Flok nistgħu nħarsu lejn futur fil-paċi, għandna kważi assigurazzjoni ta’ wieħed mifni bil-ġlied. Iktar ma l-partijiet idumu biex jaslu, jew kif partijiet minn Iżrael jippretendu li qatt ma jaslu, is-sitwazzjoni tibqa’ ħażina bil-kumplikazzjoni li f’għajnejn ġenerazzjoni Palestinjana futura jkun hemm min jiġġustifika dak li wettqu l-Ħamas. Mhux biss, imma hemm it-theddida li dak kollu li ġie reġistrat li m’għandux jerġa’ jseħħ wara x-Shoah ser jintilef. Ma jistax jibqa’ jingħad li min jitkellem favur soluzzjoni u l-poplu Palestinjan huwa parti minn aġir anti-semita jew favur il-Ħamas. Dan mhu minnu xejn. Iżrael irid ikun ferm iktar attent għax f’dan qiegħed ifarrak dak li huwa stess bena sa mill-1945. Id-dikjarazzjonijiet ta’ Stati f’dawn il-jiem dwar dan huwa iktar determinanti. Pajjiżna għamel sew li ħa pożizzjoni. Imma hemm bżonn ferm iktar sforzi sabiex din il-kwistjoni tirrisolvi ruħha. Nafu li hija kkumplikata, però nagħrfu li hemm bżonn iktar passi biex jieqaf il-ġlied. Inkunu iktar ippreparati nistaqsu pubblikament fejn aħna u fejn sejrin.

18.12.23
WAQQFU DAL-MASSAKRU
1. Mexxejja politiċi varji jiġu u jmorru fiż-żmien. Uħud jinfluwenzaw fis-sewwa, oħrajn il-kontra. Daqqa narawhom parti minn proċess sħiħ ta’ żvilupp u daqqa narawhom għaddejjin bħala forzi ta’ distruzzjoni. Min jibda naħa, kif ħafna drabi turi l-istorja, jkompli fiha u ma ġġibux biex ikun differenti. Aktar u aktar meta l-mewġa żbaljata tiergħu tiġi tfisser għalih tisħiħ tal-poter jew sempliċement iż-żamma tiegħu. Ikomplu għaddejjin fejn m’għandhomx għax jaħsbu li għandhom parti mill-elettorat warajhom jew volontarjament jew passivament. F’isem dawn il-politiċi nsibu li ħafna drabi, sfortunatament, jitwettqu atroċitajiet li jgħaddu kemm jgħaddu sekli xorta jibqgħu jimmarkaw popli u eżistenzi.
Sejħiet varji
2. F’dan il-proċess li qed naraw għaddej fil-preżent ġewwa Gaża, tammira għalhekk lil dawk li jappellaw għall-forza tar-raġuni. Dawk li kontra l-kurrenti, flok jibqgħu siekta jitkellmu biex juru li ma jaqblux ma’ dak li huwa għaddej. Dak li seħħ fis-7 ta’ Ottubru f’Iżrael jibqa’ f’dan ċertament kundannabbli fl-ogħla grad possibbli. Dak li seħħ m’għandu ebda forma ta’ ġustifikazzjoni. Imma issa, wara xahrejn kontinwi ta’ attakki f’din il-parti tad-dinja minn forza militari b’saħħitha u superjuri, m’għandhiex tkompli għaddejja. Kienu x’kienu l-objettivi oriġinali, sija politiċi u militari li l-Gvern ta’ Benjamin Netanyahu daħal għalihom, illum nafu x’inhuma l-effetti tagħhom fir-realtà tal-ħajja. Aktar minn sbatax-il elf maqtula li huma bnedmin, fil-maġġor parti tagħhom, mhux membri tal-organizzazzjoni kriminali u terroristika tal-Ħamas.
Massakri
3. Kienu x’kienu l-miri strateġiċi li ġew imħabbra, huwa ċar li issa qed jintilfu mill-piż morali f’kull forma ta’ ġustifikazzjoni tiegħu u qed jiżdiedu dawk biex dan l-attakk imdemmi jieqaf. Wieħed jistaqsi kemm għad fadal bnedmin innoċenti jew inqas biex jitilfu ħajjitom biex l-ostilitajiet jieqfu. Kemm għad irridu naraw tifrik f’post li huwa abbandunat mid-dinja u li jbati sew biex iżomm ruħu għaddej? F’liema mument ser ikun hemm min jirrealizza li dak li għaddej qiegħed huwa wkoll jiżra’ ż-żerriegħa ta’ iktar mibgħeda ħarxa u intransiġenti? Jekk qabel il-pożizzjoni kienet diġà ikkumplikata issa ser issir ferm u ferm iktar hekk. Kif jingħad tajjeb fl-editorjal prinċipali ta’ The Economist ta’ din il-ġimgħa: “If you want to understand how desperately Israelis and Palestinians need peace, consider what would become of them in a state of perpetual war.” (Jekk trid tifhem kemm l-Iżraelin u l-Palestinjani huma ddisprati għall-paċi, ikkunsidra biss x’jiġri minnhom jekk jgħixu fi stat kontinwu ta’ gwerra). Kliem li jitilqu biex jippruvaw iżidu d-doża ta’ dawk li huma kontra l-kontinwazzjoni ta’ dak li huwa għaddej mingħajr waqfien.
Massakri
4. Fil-jum tas-7 ta’ Ottubru, il-Ħamas ċappas idejh bid-demm innoċenti li ma jistax jiġi maħsul lura. Il-poplu Palestinjan mhuwiex il-Ħamas, imma d-dinja trid toqgħod attenta li mhix ser tkompli tixħtu f’ħoġorhom. Hemm vuċijiet varji li qed jitkellmu kontra dak li hu għaddej. Dak li qiegħed jidher ċar li biċċa biċċa qed jitlef il-ġustifikazzjoni li seta’ kellu fil-bidunett. Dibattitu li għaddej b’saħħa f’Iżrael u barra. Kif tkellem tajjeb riċentement l-istoriku Omer Bartov, awtur ta’ diversi kitbiet dwar dawk l-atroċitajiet li seħħew fit-Tieni Gwerra Dinjija. F’artiklu tas-7 ta’ Diċembru fil-gazzetta Haaretz, fost punti varji jgħid hekk: “Israel can rightly claim that its actions were in self-defence. What it cannot claim is that massacre justifies massacre.” (Iżrael jista’ ġustament isostni li għandu dritt għal-leġittima difiża. Li ma jistax isostni hu li massakru jiġġustifika massakru ieħor.)
Lejn fejn sejrin
5. Waqt li aħna spettaturi, ħafna drabi passivi, waqt li m’aħniex niġu nfurmati sewwa u nibqgħu maqsuma f’min jiġbed naħa u min oħra, hemm traġedja għaddejja. Kienet deċiżjoni f’postha tas-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda Antonio Guterres li jinvoka parti mit-Trattat, l-artiklu 99, sabiex ikun hemm waqfien fl-attakk. Hemm pożizzjoni ċara li qiegħed jieħu quddiem sitwazzjoni li qegħda tikkumplika dejjem iktar ruħha. Id-dinja ma tistax tibqa’ wieqfa u ma tasalx f’pożizzjoni ċara quddiem dak li ġara u li għaddu għaddej fil-preżent. Għandu jkun hemm iktar sforzi ċari u sostnuti sabiex ikun hemm waqfien, kemm jista’ jkun malajr, mill-ġlied. Hemm diversi ostaġġi meħuda inġustament, li qed jiġu ssugrati f’dan it-taħwid li l-vjolenza ġġib magħha. Hemm il-futur ta’ ġenerazzjonijiet ta’ bnedmin li ser ikomplu jgħixu fir-riskji ta’ attakki oħra mdemmija. Jista’ ma tkunx il-Ħamas, għax tinqered, imma b’dak li hu għaddej jafu jitwieldu oħrajn.
F’dan il-mument storiku
6. Waqt li għada ngħaddu biex niċċelebraw Festa Nazzjonali, dik li tfakkarna li sirna Repubblika fit-13 ta’ Diċembru 1974, għandna nżommu quddiemna dan kollu. Pajjiżna għandu pożizzjoni unika fi ħdan il-Ġnus Magħquda u bħalissa iktar importanti. Pajjiżna m’għandux jieqaf milli jkompli jsostni l-pożizzjoni li ħa sa issa, li nibqgħu ninsistu sabiex jieqaf il-ġlied u b’hekk forsi nibdew il-proċess lejn il-paċi vera. Jekk is-Segretarju Ġenerali ddeċieda li waħdu għandu jikteb lill-Kunsill tas-Sigurtà fejn aħna preżenti membri, dan ifisser li qiegħed jara inqas ħeġġa minn oħrajn li jiċċaqilqu. Ninsistu għas-sewwa ta’ żewġ popli viċin tagħna u dawk li ma narawx xi futur sħiħ fil-Mediterran mingħajrhom. Għandna storja li tagħmlilna l-ġieħ f’dan li rridu nassiguraw li ma noqogħdux lura u nabbandunaw. Għalhekk aħna li aħna fid-dimensjoni partikolari u speċjali tagħna.
Meta fl-aħħar
7. Hemm sejħa li għandna nkomplu nwieġbu għaliha b’iktar intelliġenza u dożi qawwija ta’ diplomazija. Hemm sejħa li kapaċi nwieġbu għaliha. Meta t-trab li qed tqajjem id-distruzzjoni jieqaf u jinġabar id-dinja ddur lura fuq dawk li ħadu d-deċiżjonijiet it-tajba minn dawk li le. Fuq dawk li ħabirku għall-paċi u dawk li le. Nappoġġjaw aktar ħidmet Guterres. Proprju għalhekk li f’dawn il-jiem li fihom nifhmu u napprezzaw id-demokrazija, il-paċi u l-libertajiet li ngawdu għandna ninsistu. Ninsistu li l-partijiet għandhom jibdew il-ħidma għal ftehim fit-tul. Ninsistu proprju f’dan kollu li wasal il-mument li wieħed jieqaf minn dan il-massakru.

20.10.23
MA HEMMX TRIQ LURA
1. Dak li seħħ is-Sibt 7 ta’ Ottubru 2023 f’Iżrael ma jistax, b’xi mod, jintesa. Huma wisq koroh, atroċi u diżumani l-azzjonijiet li seħħew minn din l-organizzazzjoni li ssejjaħ lilha nfisha ‘Hamas’. Taħt ebda kappa ta’ ebda xemx, titla’ meta titla’ u tinżel meta tinżel, ma jista’ qatt jiġi ġustifikat tali aġir. M’hemmx kawża politika, soċjali, ekonomika jew kulturali li tista’, b’xi mod, tagħti xi ħajt ta’ kenn għal dak li dawn il-membri wettqu. Daħlu f’diversi djar u qatlu bnedmin innoċenti kiesaħ u biered. Daħlu u qatlu tfal. F’post minnhom, f’wieħed mill-kibbutz bl-isem ta’ Kfar Aza nstabu mitejn u erbgħa u tletin persuna maqtula, li minnhom erbgħin kienu tfal żgħar tat-twelid li wħud minnhom, terġa’, instabu b’rashom maqtugħa barra. F’post miftuħ fejn kien qiegħed jiġi organizzat festin għaż-żgħażagħ inqatlu mitejn u sittin persuna kiesaħ u biered. Ilkoll ta’ xejn. M’għamlux xi atti ta’ aggressjoni. Kienu għaddejjin bil-ħajja normali tagħhom u nqatlu. Innoċenza pura li sabet ruħha maħkuma u mikula minn annimali feroċi libsin ta’ bnedmin.
Massakru tal-Innoċenti
2. F’dan diversi ftakru meta, elfejn sena ilu, Erodi kien bagħat lis-suldati tiegħu joqtlu tfal li kienu għadhom kemm twieldu. Qtil ta’ ulied innoċenti, massakrati ta’ xejn u għal xejn, ma jmurx jitlef ir-renju jew ix-xettru, li fil-fatt tilef. Hekk seħħ mill-ġdid b’aktar u aktar vjolenza u fit-triq li l-banalità assoluta tal-ħażen tieħdok fiha. Min qatel ħaqqu kundanna mill-iktar gravi li jiġi proċessat u sentenzjat. Aġir li waqt li tarah u tifhmu tara li m’hemmx kliem biex tiddeskrivih tant kemm huwa żbaljat. Aġir li kif kiteb tant tajjeb David Grossman (1954), il-kittieb famuż Iżraeljan fil-gazzetta Taljana La Repubblica tal-Ħamis: “Non so se chiamarli ‘belve’, ma di certo non hanno sembianze umane.” (Ma nafx jekk insejħilhomx bhejjem, imma ċertament m’għandhomx mill-bnedmin.) Bnedmin fuq barra bla forma ta’ kuxjenza u wisq inqas kapaċi jagħrfu dak li huwa sewwa minn dak li mhuwiex. Wisq u wisq inqas dak li m’għandu qatt u qatt isir.
Ebda raġuni
3. Ma kien hemm verament ebda raġuni li tista’ tiġġustifika dan l-aġir. Minnu hemm biss effetti negattivi. Fuq naħa l-kawża Palestinjana ħadet daqqa ta’ ħarta kbira. Kif iddeskriva tant tajjeb editorjal, fost oħrajn f’ġurnali oħra, miktub tajjeb ħafna fil-Malta Today bit-titlu “A Disservice to the Palestinian Cause”. Ma ġġibx soluzzjonijiet politiċi billi twettaq aġir simili. Kif kompla dak l-editorjal bilanċjat u attent, fost oħrajn: “Hamas operatives may describe themselves as freedom fighters but their actions on Saturday exposed them for the terrorists they are. What we witnessed on Saturday was the outcome of Hamas’s warped ideology that Israel should be wiped out. It also confirms the militant group’s lack of willingness to ever seek a negotiated political solution to the decades-old conflict.” Hekk huwa, ċertament. Organizzazzjoni terrorista li ma magħha ma tistax, b’xi mod, tasal. Waħda li magħha rridu nkunu attenti li ma nħalltux poplu sħiħ. Altru l-poplu Palestinjan, u altru l-Hamas. Hemm oħrajn, il-Fatah, li għandhom ikunu l-interlokuturi tagħhom.
Żieda
4. Dan l-aġir mhuwiex ser iġib, bih innifsu, xi forma ta’ soluzzjoni. Ma tneħħix gvern dejjem sejjer lejn il-lemin estrem immexxi minn Benjamin Netanyahu, li għandu r-responsabbiltajiet politiċi u militari tiegħu, b’dan il-mod. Minflok ser tassigura li żżid fil-mibgħeda li diġà teżisti. Ser minflok tiġġustifika li min kellu fl-aġenda l-ħsieb li jrid jattakka u jeqred kull forma ta’ soluzzjoni futura. L-intensità tal-odju hija issa kbira wisq u jridu jgħaddu snin verament twal sabiex, b’xi mod, jaslu lura biex il-partijiet jiġu madwar mejda. Bħalissa l-qerda ta’ xulxin qed tiġi prospettata. Għax kif diġà qed naraw, b’dak li seħħ, żbaljatament qed jiġu iġġustifikati attakki mill-iktar qawwija u kiefra fuq Gaza. Fejn fl-aħħar tal-ġranet li għaddew iktar persuni innoċenti, din id-darba Palestinjani, qegħdin u ser ikomplu jinqatlu. Id-dinja ser tkompli tara massakri oħra mressqa ’l quddiem minn aġenda politika li ilha s-snin fi triq żbaljata. Massakri ma jiġux iġġustifikati b’aktar massakri. Iktar u iktar meta Iżrael, fit-triq li qabdet u fir-rabja li issa laħqet l-ogħla livelli, sejra lejn iktar u iktar estremiżmi. Kif josserva tajjeb Grossman: “Israele dopo la guerra sarà molto più di destra, militante e anche razzista. La guerra che le è stata imposta imprime nella sua coscienza gli stereotipi e i pregiudizi più estremi e odiosi che definiscono la fisionomia dell’identità israeliana.” Din hija l-biża’ tagħna llum f’dan il-proċess li jidher għalina irriversibbli.
Responsabbiltà
5. Iktar u iktar illum fid-dawl tal-fatt li Benjamin Netanyahu għandu r-responsabbiltajiet tiegħu fuq żewġ livelli. L-ewwel: fuq dak militari, ta’ sigurtà. Il-pajjiż kien qiegħed jingħadlu li minkejja dak li kien qiegħed jiġri fix-xenarju intern fl-attakk lill-istituzzjonijiet demokratiċi, xorta kellhom ikollhom moħħhom mistrieħ għax il-Gvern kien jgħid lill-poplu li ħadd m’huwa iktar b’saħħtu jew sofistikat jew espert militari minnhom. Minkejja dan il-kliem fl-arja il-forzi tas-sigurtà fallew għax xorta kien hemm dan l-attakk. Infiltraw u ħadu b’sorpriża lil dawk li kienu daqshekk ippreparati u għal dan ħallsu l-prezz l-innoċenti. Hemm min, għada pitgħada jrid iwieġeb għal dan in-nuqqas. Il-pajjiż qiegħed jingħaqad u qiegħed jirreżisti għax hekk hija n-neċessità nazzjonali, imma jħossu tradut. Tradut għax it-terroriżmu daħal fil-qalba tal-poplu Lhudi.
Mhux biss
6. Responsabbli fuq livell politiku. Dan fid-dawl tat-tmexxija korrotta li ġibdet iktar ’l isfel lil pajjiż daqshekk liberu u moderat. Biex jaħrab il-kundanni tat-tribunali qed tiġi sagrifikata sistema sħiħa. Tnaqqret id-demokrazija, u magħha l-istituzzjonijiet ġudizzjarji, l-eżerċitu u s-sistema edukattiva. Flok pajjiż paċifiku, pluralista, li jirrispetta l-fidi reliġjuża ta’ kull persuna, fil-libertà demokratika sar wieħed il-kontra u mhux wisq tolleranti, jiġbed lejn l-estremiżmu tal-lemin. Flok fittex soluzzjonijiet li seta’ jsib mal-Fatah u l-Palestinjani, li huma bnedmin ukoll, fittex biex jingħalqu l-bibien tad-djalogu.
Inqabdet direzzjoni
7. Issa m’hemmx mod ta’ kif tieħu lura l-affarijiet. It-triq inqabdet, u fejn ser tispiċċa ma nafux. Iktar u iktar meta, kif nafu u rajna f’dawn il-mumenti, ir-raġuni tibda titlef mill-forza tagħha u l-forza ssir ir-raġuni. Iktar u iktar f’dak li ser naraw, fejn iż-żerriegħa tal-mibgħeda ser tikber. Il-partita, ċertament, m’għalqitx hawn. Fuq naħa għandek miljuni miġbura f’Gaza li mhumiex ilkoll Hamas jew membri terroristiċi. Fuq l-oħra, il-pajjiżi l-oħrajn tal-madwar li jistgħu jidħlu fil-ġlieda in parti jew fis-sħiħ. Jinfetħu xenarji ta’ kunflitt lijkun aktar u iktar devastanti għar-reġjun u għalina lkoll.
Dmirna
8. Il-vjolenza ma tiqafx waħedha. Jekk ma titrażżanx tikber u tkattar aktar id-distruzzjoni, li ma tmurx fuq naħa waħda biss. Hemm min jaħseb li jkun b’saħħtu li jsir dgħajjef, u hemm il-kontra. Xejn m’huwa ċert u skuntat mill-bidu. F’dan però aħna nistgħu, almenu fuq livell parlamentari, niddiskutu dak li seħħ u fejn sejrin. Nikkundannaw fiż-żgur l-atroċitajiet li seħħew u nuru solidarjetà mal-vittmi u l-ostaġġi, mingħajr illużjonijiet jew diskors mimli xemgħa, imma anzi fir-realiżmu tal-preżent. Dan għax għandna nagħrfu lkoll li hemm biss ċertezza waħda: dik li turi li ma hemmx triq lura.

Subscribe to:
Posts (Atom)
KANA
1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...
-
12444. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jgħid...
-
27921. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u t-Turiżmu: Jista’ d-Deputa...
-
1. Hemm bnedmin li f’dawn iż-żminijiet qed jieħdu sehem iktar sehem attiv fil-ħajja tal-Knisja. Dawk li qabel ma setgħux jidħlu jagħml...