3.12.25

IL-FGURA U ĦAL TARXIEN - ATT DWAR IL-KIRJIET RESIDENZJALI PRIVATI – RAPPORTI U SPEZZJONIJIET

32653. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli: B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari preċedenti, jista’ l-Ministru jgħid kemm saru rapporti u spezzjonijiet fuq abbużi ai termini tal-emendi li daħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Settembru 2025 fl-Att dwar il-Kirjiet Residenzjali Privati (Kapitolu 604 tal-Liġijiet ta’ Malta) fil-lokalitajiet tal-Fgura u Ħal Tarxien?

 

25/11/2025

 

ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn l-1 ta’ Settembru 2025 ġew irrapurtati żewġ każijiet, wieħed dwar proprjetà f’Ħal Tarxien u ieħor fil-Fgura, li allegaw li l-postijiet rispettivi kienu okkupati minn iktar persuni milli tippermetti l-liġi (overcrowding). Saru tliet spezzjonijiet b’kollox relatati ma’ dawn ir-rapporti.

 

Seduta  417

02/12/2025

No comments:

FIT-TRIQ IT-TAJBA

1. Hemm numru ta’ punti li wieħed irid jieħu ħsieb jikkunsidra fl-għarbiel ta’ x’soċjetà u struttura demokratika nħaddnu. Bejn realtà ...