18.12.25

ARKIVJU NAZZJONALI ĠDID

32667. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 20308 u l-wegħda elettorali li jkun hemm arkivju nazzjonali ġdid f’Ta Qali, jista’ l-Ministru jgħid x’qiegħed isir biex dan iseħħ?

 

25/11/2025

 

ONOR. OWEN BONNICI:  Ninsab infurmat li wara li s-sit f’Ta’ Qali ingħaqad fi proġett akbar għaż-żona f’Ta’ Qali, kif weġibt f’istanzi oħra, ġew esplorati numru ta’ siti bil-għan li jiġi identifikat sit idoneju li jissodisfa r-rekwiżi tekniċi u jitjieb l-aċċess tal-pubbliku u jixpruna l-interess lejn dan il-proġett u x-xogħol tal-Arkivju Nazzjonali u bħalissa għaddej l-istudju fuq sit partikolari biex ikun verifikat jekk il-binja ta’ Arkivju Nazzjonali ġdid tistax issir hemm.

 

Seduta  419

09/12/2025 

No comments:

NISTENNEW IX-XEMX TIELGĦA?

1. Sena ġdida ġġib magħha ħafna tamiet lejn dak li ġej. Dawk marbuta ma’ ħajja aħjar u soċjetà daqshekk ieħor. Dawk personali fit-taql...