27.4.22

SANTA LUĊIJA – TRIQ IŻ-ŻAHAR – TISWIJIET

  

 

23511. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra għaliex għadhom ma sarux it-tiswijiet neċessarji ta’ natura straordinarja f’numru ta’ residenzi f’Triq iż-Żahar f’Santa Luċija Malta u jista’ jara li jiġu eżegwiti? 

 

24/11/2021

 

  ONOR. RODERICK GALDES:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, mill-informazzjoni li għandha l-Awtorità tad-Djar, hemm rapport wieħed pendenti għall-tiswijiet mingħand inkwilina li toqgħod f’waħda mid-djar li jinsabu fi Triq iż-Żahar, Santa Luċija. 

Ninsab infurmat ukoll li ftit ġimgħat ilu kien sar appuntament mal-istess inkwilina biex issir spezzjoni minn Perit tal-Awtorità tad-Djar pero meta mar il-Perit ma sab lil ħadd fil-post u l-anqas kien hemm tweġiba meta pprova jikkuntattja lill-inkwilina. Il-każ qiegħed fuq il-lista pendenti ta’ talbiet għal tiswijiet biex terġa tiġi skedata spezzjoni oħra.

 

Seduta  528 

06/12/2021

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...