23519. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill- Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm persuni mill-Gudja tul din is-sena bbenefikaw mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995 u kemm kienet l-ispiża? Jista’ wkoll jinforma l-Kamra kemm persuni rrikorrew għall-assistenza wara li ġew żgumbrati jew li qegħdin fil-proċess li jiġu żgumbrati?
24/11/2021
ONOR. RODERICK GALDES: Ninforma lill-Onor. Interpellant li s’issa kien hemm 14-il persuna mil-lokalità tal-Gudja li matul din is-sena bbenefikat mis-sussidju fuq il-kirjiet li saru wara l-1995. L-ispiża sal-lum kienet ta’ €35,515.
L-Awtorità tad-Djar tagħti sussidju fuq il-kirjiet kollha iżda għajnuna dwar każijiet ta’ żgumbrament tingħata biss għal kirjiet ta’ qabel Ġunju 1995.
Seduta 529
07/12/2021
No comments:
Post a Comment