11.4.17

SKOLA PRIMARJA TA’ WIED IL-GĦAJN - LSAS





 
32743. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm tfal li qed jattendu l-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn fis-sena akkademika preżenti, li jeħtieġu l-għajnuna ta’ Learning Support Assistant (LSA) kif approvati mid-dipartiment? Kemm hemm LSAs? Jista’ jara li t-tfal kollha jiġu provduti b’LSA?

04/04/2017

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li fl-iskola primarja ta’ Wied il-Għajn hemm tlieta u sittin (63) student li għandhom bżonn is-sapport ta’ Learning Support Assistant (LSA).  Biex jagħtu s-sapport meħtieġ lil dawn l-istudenti fl-iskola hemm ħamsa u erbgħin (45) LSA. Infurmat li l-istudenti li għandhom bżonn l-għajnuna kollha għandhom is-sapport ta’ LSA.

Seduta  504
10/04/2017


No comments:

SEMPLIĊEMENT NIPPRETENDU

1. Numru ta’ drabi niddubita kemm il-klassi politika qegħda tifhem lill-poplu. Forsi, kif jiġri, min imexxi tant qed jiġi assedjat min...