4.4.17

PERSUNI LI APPLIKAW BIEX JINGĦATAW L-GĦAJNUNA SOĊJALI


 
32203. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali: Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm persuni applikaw sabiex jingħataw għajnuna soċjali tul is-sena 2016? Jista’ wkoll jindika kemm persuni ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju fl-istess perjodu?

21/03/2017

  ONOR. MICHAEL FARRUGIA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li, in-numru ta’ persuni li applikaw għal Għajnuna Soċjali fis-sena 2016 kien ta’ 2,796 filwaqt li n-numru ta’ dawk li ma baqgħux jirċievu dan il-benefiċċju tul l-istess sena kien ta’ 4,633.

Seduta  501
03/04/2017

No comments:

ĦADMU GĦAS-SEWWA

1. Ftit ilu fakkarna li fit-23 ta’ Lulju 1957, kważi sebgħin sena ilu, ġie nieqes l-awtur Sqalli Giuseppe Tomasi di Lampedusa (1896). ...