30.4.17

Hwejjeg li Jigru Ukoll.




1.F’dawn l-jiem li ghaddejjin wiehed japprezza ferm iktar lil dawk li jghidu li gimgha wahda fil-politika tibdel hafna. Qabel l-Ghid il-Kbir ir-rih kien qieghed jonfoh nahha illum dar b’sahha ohra. Ghoxrin jum ilu l-pressjoni u d-dawl kien qieghed fuqna issa dar u qieghed fuq min ghandu l-poter f’idejh. Hawn fatti u allegazzjonijiet politici godda li ma jistghux jigu injorati imma definittivament affrontati. Hwejjeg li jigru specjalment f’dawn l-gzejjer. Proprju ghalhekk li wiehed jifhem ferm iktar ghala hemm min f’hdan il-partit tal-Gvern li jrid jghaggel jmur ghall-elezzjoni generali.

Partit Differenti.

2.Hafna jaghmlu l-izball li jahsbu u jirriflettu fuq dan il-partit tal-poter bl-istess li kien fis-snin passati. Il-partit laburista ma ghandux li kien inbidel kompletament. Biddluh fil-hsieb, fil-metodu u fl-idejat tieghu. In-nies fit-triq jaqblu li dan tal-lum ma huwiex dak ta qabel. Ma huwiex dak li Pawlu Boffa, Dom Mintoff, Karmenu Mifsud Bonnici u Alfred Sant raw u wettqu bih. Il-linja socjali li thares lejn min huwa l-isfel b’prijorita inbidlet. Tul dawn l-erbgha snin shah hidmet il-partit laburista fil-gvern kienet immirata principalment biex tikkuntenta lil min ghandu. L-ekonomija kattret pero mliet bwiet uhud.

Tintrikebx.

3.Meta tersaq wisq lejn il-flus u min ghandu skop uniku f’hajtu li jaghmel iktar u iktar milli ghandu jew ghandu bzonn tittiehed. Meta thares skont int l-fuq flok lejn min kien ta’ principju, li ghex hajtu ghall-poplu imma min ghandu l-beni materjali taqleb lilek innifsek u kif qed naraw mieghek anki il-partit. Dan huwa process “normali” affarijiet li jigru u graw fl-istorja tad-dinja. L-ekonomija trid intraprendituri, investituri, u trid tinbena fuq s-sistema li nsejhu kapitalista biss trid titqieghed f’postha. L-istat ma jistghax jhalliha tirkbu imma fil-waqt li jrid jassiguralha l-ispazju logiku u necessarja jrid jikkontrollha u mhux jigi kkontrollat minnha.



Tangible difference.

4.Ma nahsibx li kien proprju parti mir-road map ta’ din l-amministrazzjoni li l-paga minima nazzjonali tizdied. L-eventi wasluha biex taghmel dan. Giet sfurzata ghal dan il-pass. Hwejjeg li jigru fil-politika. Huwa pass li zgur li ser jtaffi parti b’zieda ta’ madwar erbgha mitt ewro fis-sena u ahna posittivi fuq dan pero’ min jmiss mar-rejalta bhalna jaf li ma huwiex proprju bizzejjed. Charles Miceli li ghandu doppjament iktar kredenzjali biex jitkellem fuq dan qal , u naqbel mieghu,  li “the increase is not enough to make a truly tangible difference in the lives of the working poor”. Forsi li kieku qalb u mohh min qieghed jmexxi harsu f’dawn t-tmienja u erbghin xahar lejn min huwa minn taht l-affarijiet kienu jkun differenti. Il-partit laburista f’dan inbidel definittivament.       

Liberazjoni Elettorali.  

5. L-elezzjoni trid tigi . Dan huwa process legali normalment  jkunu kull hames snin. Meta Gvern jibda jitlef l-kontroll tieghu innifsu allura kif  rajna fil-passat jigi sfurzat ghal qabel. Hwejjeg li jigru huma ukoll. Dan ghax min jkollu pjan ta’ hidma jaf li trid hames jew ghaxar snin biex twettaq verament riformi f’socjeta. Bejn li tibda u tispicca trid dak il-perijodu. Biss l-affarijiet ghar-ragunijiet varji qedhin jimbidlu u jisfurzaw id t-tmexxija. Hemm bil-fors pressjoni interna u esterna qawwija li giebet lil min jhares u jara fl-appuntament elettorali wiehed ta’ xi forma ta’ liberazzjoni minn hwejjeg ohra.



Pajjiz wieqaf jistenna.

6.Tidher car li l-paci u l-istabbilita necessarja ghat-tmexxija tal-istat taghna qieghed jintilef. L-pajjiz waqaf ghal darb’ohra jistenna bin-negozju intern reggha naqqas  ghax ftit qedhin jafdaw li ma huwa ser jigri xejn. Hawn incertezza proprju minhabba l-gravita tas-sitwazzjoni. Imma mhux biss l-iktar ghal mod zbaljat li bih is-sitwazzjoni qed tigi konfrontata. Kull min f’xi zmien jkun fil-poter jaf li fl-intoppi , komplikazzjonijiet li jistgha jara u jmiss jqumuli dawk minn taht ir-rih. Ma kienx qed jahseb li ser jsehhu imma gew f’daqqa fuqu. Hwejjeg li jigru f’kull amministazzjoni. Hawn ghalhekk li trid tohrog l-abbilta tat-tmexxija f’kif taffronta dik s-sitwazzjoni.

L-Politiku u l-Legali.

7.Hemm zewg elementi li wiehed jrid jgharaf hawn. L-ewwel l-persuni li hemm dell fuqhom , li hemm allegazzjonijiet qawwija , li issa hemm ukoll provi diretti jew cirkostanzjali jinsabu fil-qalba interna tal-gvern laburista. Wiehed ma jistghax jahrab minnhom hemm qedhin. T-tieni li fid-dinja dak li huwa politiku u dak li huwa legali tal-Qrati ma jithaltux. Wahda, dik gudizzjarja tistgha tmiss u tinfluenza dik politika. Pero huwa rari hafna li l-komplikazzjonijiet politici jigu solvuti  bl-istrumenti gudizzjarji. Dawn jridu jigu solvuti mill-politika innifisha li taffronta l-problema u tnehhi lilha innifisha mill-posizzjoni kera li tinsab jew dahlet fiha.       

Fil-Laham l-haj.

8.Hemm mumenti verament iebsa fil-politika li jhabtu fuq bieb min ghandu l-poter f’idejh. L-esperjenza turi li anki jekk jkollu dawk li huma imqara u imqarbna madwaru hemm mumenti u elementi ta debbulizzi umani. Biss t-tmexxija tal-Istat jitlob li l-bghid minn konsiderazzjonijiet personali wiehed jrid jiehu d-decizjonijiet li jixtieq jahrab minnhom. Jrid jigdem fejn ma jridx u jaqta fil-laham il-haj. Jistgha minflok jmur lejn Elezzjoni generali. Din tistgha ssolvi s-sitwazzjoni imma il-kontra ta dak li ried ghax min jkollu l-poter jispicca mal-problema li ma jkunx solva. Dan  hwejjeg li nafu li  jigru , garaw u jergghu jigru. 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...