21.2.17

MANDATI EŻEKUTTIVI U KAWTELATORJI





 
31049. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew preżentati mandati eżekuttivi u kemm kawtelatorji u jista’  jindika u jelenkom tul is-sena 2016?

13/02/2017

  ONOR. OWEN BONNICI:  Matul is-sena 2016 ġew ippreżentati 1117-il Mandat Kawtelatorju u 1613-il Mandat Eżekuttiv fil-qrati Maltin. Lista ta’ dawn il-mandati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din ir-risposta, mmarkati A u B rispettivament.

Matul is-sena 2016 ġew ippreżentati 95-il Mandat Kawtelatorju u 71-il Mandat Eżekuttiv fil-Qorti ta’ Għawdex. Lista ta’ dawn il-mandati qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din ir-risposta, mmarkati C u D rispettivament.

Seduta  485
20/02/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...