16.2.17

COMMUNITY SERVICE ORDERS - SENTENZI





 
30217. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 29478, jista’ l-Ministru jgħid kemm sigħat komplessivi u ma’ liema organizzazzjonijiet ġew servuti magħhom Community Service Orders tul is-sena li għaddiet?

23/01/2017

  ONOR. CARMELO ABELA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li matul is-sena 2016 l-ammont ta’ siegħat li ssarrfu f’xogħol fil-komunita’ kien ta’ 6670 siegħa. L-organizzazzjonijiet illi ġew servuti jinkludu Kunsilli Lokali, għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb il-ħarsien tal-annimali,  għaqdiet sportivi, fondazzjonijiet varji fosthom dawk li jieħdu ħsieb it-tfal u l-adoloxxenti, postijiet reliġjuzi fosthom Knejjes fejn sar xogħol ta’ restawr u xogħol li jitgawda mis-soċjeta’, djar tal-anzjani mmexxija mill-Knisja, djar illi jospitaw persuni b’diżabilita’, NGO’s li joffru servizzi kontra l-abbuż tad-droga w alkoħol u għaqdiet volontarji li jieħdu ħsieb restawr taċ-Ċimiterji.

Seduta  482
14/02/2017

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...