12.11.15

PERSUNI EU NATIONALS JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL.





20803. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni li huma EU Nationals li kienu jirreġistraw għax-xogħol regolarment f’pajjiżna sal-aħħar ta’ Diċembru 2014? Jista’ jindika ta’ liema nazzjonalità huma (dejjem jekk l-informazzjoni hi disponibbli)?

05/11/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ninsab infurmat li n-numru ta' persuni li huma EU Nationals (il-Maltin mhumiex inklużi) u TCNs Dependants on EU Nationals* li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti tar-reġistru tal-qgħad sal-aħħar ta’ Diċembru 2014 kien ta’ 133 persuna. In-nazzjonalitajiet ta’ dawn il-persuni huma:

-               Awstrija  
-               Belġju
-               Brażil*
-               Bulgarija
-               Kanada*
-               Ċipru
-               Repubblika Ċeka
-               Danimarka
-               Finlandja
-               Franza
-               Ġermanja
-               Greċja
-               Ungerija
-               Irlanda
-               Italja
-               Latvja
-               Olanda
-               Polonja
-               Rumanija
-               Federazzjoni Russa*
-               Slovenja
-               Spanja
-               Svezja
-               Sirja*
-               Trinidad u Tobago*
-               Renju Unit

*It-TCNs Dependants on EU Nationals huma dawk il-persuni li mhumiex ċittadini tal-Unjoni Ewropeja imma minħabba li huma miżżewġa lil ċittadini tal-Unjoni Ewropeja jgawdu mill-istess drittijiet.

Seduta  323
09/11/2015

No comments:

UNJONI EWROPEA U L-KUNSILL TAL-EWROPA - LAQGĦAT

22088. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI   staqsa lill- Deputat Prim Ministru u Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ: Jista...