20804. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u
l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet saru u qed isiru f’din
il-leġiżlatura fil-Fgura? Jista’ jgħid kemm intefqu jew mistennija jintefqu
flus fuq dawn ix-xogħlijiet?
05/11/2015
ONOR. JOE
MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet li
saru mid-Dipartiment tax-xogħlijiet fil-Fgura huwa xogħol ta’ tqeghid ta’ madum
u xogħol estensiv ieħor f’dar il-Wens, li jammonta’ għal €28,249.17. Sar ukoll
xogħol infrastrutturali ieħor li jammonta għal €1,224.68.
Barra Minn hekk, Transport
Malta, minnbara diversi xogħlijiet żgħar f’din il-lokalita’, saru dawn
ix-xogħlijiet:
- Triq R. Paravecchia /
Sigmondu Savona, Fgura - €230,182 (Estimate)
- Triq Valperga, Fgura -
€71,843.54 (Estimate)
Saru ukoll erbgħa parkeġġi
riżervati għal persuni b’ diżabbilita’ u ħames kaxxi KEEP CLEAR għal aċċess tas-siġġu tar-roti. Għal dawn ix-xogħlijiet
intefqu €410.
Seduta 325
16/11/2015
No comments:
Post a Comment