20808. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u
l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata tal-ħlas għal kull
siegħa għal dawk il-ħaddiema li huma impjegati ma’ operaturi u/jew kuntratturi
li jagħtu servizz fl-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà wara sejħa
għall-offerti fil-bidu tas-sena 2014 u 2015? Jista’ jgħid x’kienet ir-rata
tal-ħlas għal dawn il-ħaddiema f’każ ta’ overtime
matul il-ġimgħa, fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi dejjem għal kull siegħa u
għall-istess snin?
05/11/2015
ONOR. JOE
MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda
mill-kriterji li tintuża rigward għoti ta’ kuntratti li jinvolvu servizzi ta’
fl-oqsma tas-saħħa, tindif jew sigurtà hija li r-rata tal-ħlas lill-ħaddiema ma
tkunx inqas mir-rata ta’ paga stabbilita b’ċirkolarijiet numru 27/2014 u 4/2015
maħruga mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Seduta 325
16/11/2015
No comments:
Post a Comment