20805. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport u
l-Infrastruttura: Jista’ l-Ministru jara jekk iż-żewġ bus stops shelters li hemm faċċata ta’ xulxin fit-tarf ta’ Triq
Hompesch fil-Fgura, jistgħux jiġu mibdula billi huma malandati u msadda sew?
05/11/2015
ONOR. JOE
MIZZI: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi huwa ppjanat li
l-bus shelter li hemm fid-direzzjoni
lejn il-Fgura ser jiġi mibdul b’wieħed ġdid. Mill-banda l-oħra, il-bus shelter li hemm fuq ix-xaqliba
l-oħra tat-triq, minħabba restrizzjoni fil-wisa’ tal-bankina, m’hemmx spazju
biżżejjed sabiex jitwaħħal bus shelter
ġdid minn dawk li qegħdin jintużaw fil-preżent. Minħabba f’hekk, Transport
Malta qegħda tevalwa alternattivi oħra sabiex tkun tista’ tibdel dan il-bus shelter.
Seduta 325
16/11/2015
No comments:
Post a Comment