5.10.15

FLEMISH PUBLIC EMPLOYMENT SERVICE - XIRI.





19381. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 16835, jista’ l-Ministru jgħid x’progress sar, dejjem jekk kien hemm, dwar ix-xiri ta’ Flemish Public Employment Service?

01/10/2015

  ONOR. EVARIST BARTOLO:  Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi x-xiri tas-sistema tal-Flemish Public Employment Service (VDAB) sar. Il-modifiki u l-iżvilupp neċessarju biex din is-sistema tiġi integrata mas-sistema eżistenti tal-ETC qegħdin fi stadju avvanzat ħafna. Li qiegħed isir bħalissa huwa t-testing neċessarju tas-sistema qabel ma tkun tista’ tintuża kemm mill-pubbliku inġenerali kif ukoll mill-imprendituri.

Seduta  296
05/10/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...