12.10.15

Id-Demokrazzija hija Djalogu.(Kummentarju RTK 6.10.2015)



Bhall-lum gimgha l-gazzetti ta’ pajjizna, l-kummentarji fil-programmi ta diskussjoni ser jkunu mimlija b’dawk l-mizuri li l-Ministru tal-Finanzi jkun qara fit-tul jew fil-qosor fid-diskors tradizzjonali tieghu tal-budget. Hemm ser nkunu nafu dak li sejjer jigi propost fil-linja ekonomika tal-pajjiz. Il-programm tal-Gvern f’dak li behsiebu jwettaq fis-sena jew fis-snin li gejjin. Sfortunatament rajna f’dawn l-ahhar snin wisq attenzjoni ghall-aspett finanzjarju iktar milli dak socjali. Is-sistema kapitalista li diversi pajjizi fi hdan l-Unjoni Ewropeja addottaw fil-waqt li fil-passat kellha dozi qawwija ta dak li jmiss direttament lill-poplu illum il-gurnata dan tilfitu. Jrid jinghad li l-krizi ekonomika li hakmet l-ahhar hames snin giebet bizghat kbar u kien hemm rejazzjonijiet qawwija li giebu mizuri ta awsterita ekonomika li salvaw l-vapur pero’ mhux necesarjament l-bahrin u l-passigieri.

Fortunatament dak l-mument ssuperajnih. Illum l-istat tal-affarijiet inbidlu. L-klima ekomomika hadet ghalina xejra differenti. Bit-tnaqqis drastiku tal-prezz taz-zejt li ahna tant niddependu minnu , bil-programmi ghall-impiegi li l-Kummissjoni Junker varat , bl-ghajnuna ta l-fuq minn biljun ewro li ghandna nircievu fis-snin li gejjin u bir-riformi ekonomici li saru fil-passat s-sitwazzjoni hija zgur ghall-ahjar. Bhalissa ghaddejjin minn mument meta l-istatistika qedha tindika li l-ekonomija qedha timxi l-quddiem. Il-problema li ghandna pero hija wahda differenti , kemm minn dan il-gid qieghed effettivament jasal ghand in-nies.  Dawk li ghandhom jidher car li mhux jonqislhom, mentri, dawk li ma ghandhomx qed jbghatu biex jilhqu u jitilghu l-fuq. Hemm messaggi varji li qed johorgu li s-socjeta ma tistghax tinjora anzi ghandha dmir li taghti kaz. Hemm wisq zbilanci li jekk ma jigux kkontrollati issa ser jintilfu.

Ghamel sew  dan il-Gvern li zamm l-parttika tajba li kienet bdiet f’legislatura ohra mill-amministrazzjoni nazzjonalista li jippublika minn qabel direzzjoni u jitlob ghall-rejazzjonijiet. Kull socjeta jekk trid ssejjah lilha innifisha demokratika ghandha dmir li tassigura d-djalogu. Tiehu hsieb li jinstemghu l-proposti varji u jittiehdu fl-ispirtu tajjeb li jkunu saru. Meta l-bieb ghal dan jinghalaq allura min jkun qieghed jmexxi jizbalja jaqta lilu innifsu u jnaqqas mill-partecipazzjoni tal-bnedmin fid-decizjonijiet tas-socjeta’. Gew mressqa ghall-attenzjoni diversi proposti f’dawn l-ahhar jiem minn hafna organizzazzjonijiet. Il-Caritas ppresentat dokument taghha mimli riflessjonijiet , l-hekk imsejjah Grupp tas-26 resqu ittra taghhom huma ukoll, l-istess ghamel ghall-ewwel darba l-Partit Nazzjonalista. Dawn id-dokumenti anki jekk l-Gvern jistgha ma jaqbilx maghhom,jista ukoll jinjorhom, huma zgur mfassla fi spirtu tajjeb u ghat-tajjeb. Fil-kontenut varju taghhom jimmiraw u bi qbil li f’dan il-mument ekonomiku tajjeb l-partijiet ta’ isfel , l-klassijiet li qed jmissu ghar-ragunijiet varji taghhom mal-faqar jinghataw widen u jitfaslulhom mizuri biex jghinuhom jinqalu minnhom. Hemm min jahseb li min qieghed fi stat ekonomiku hazin ghandu tort u s-socjeta ma ghandhiex jkollha hniena minnu pero dan huwa ragunament mill-iktar zbaljat. L-isfortuni , d-diffikultajiet, l-ingustizzji li jmissu maghhom il-bnedmin hadd ma ghandu kontroll fuqu biss hemm prezz li jrid jithallas ghalihom. Socjeta demokratika u bazata fuq il-valuri insara ma tistghax ddawwar rasha ghall-kwazi mitt elf persuna li ghandna fis-socjeta taghna li qedhin fir-riskju varju ta faqar. Persuni li f’dawn s-snin rajniehom jizdiedu u mhux jonqsu.

Daqs kemm kien tajjeb li gie presentat d-dokument dwar il-budget mill-Gvern daqshekk iehor kien zbaljat li tul dawn l-ahhar jiem kelna kampanja sistematika sabiex tipprova ccekken u tiddeklassifika dak li gie propost specjalment mill-opposizzjoni. Kull Gvern ghandu jiehu pjacir li jkollu opposizzjoni li tressaqlu punti ta’ diskussjoni ghall-konsiderazzjoni tieghu. Meta partit fil-poter jibda jimmagina li qedhin fi stat fejn partit wiehed jghodd allura tibda issir hsara lid-demokrazzija taghna.  Meta flok twiegeb ghall-proposti bir-raguni u bil-forza tad-diskussjoni kull ma taghmel huwa li tipprova twaqqa ghac-cajt min ghamilhom tkun qieghed taqta barra process importanti fl-ispirtu demokratiku. Mhux biss imma ghar minn hekk f’socjeta fejn il-kelma politika qedha tlaqqat daqqiet ta’ harta kbar, fejn il-fiducja fl-integrita u l-onesta tal-politici qedha tonqos  u fejn inqas u inqas nies qed jithajru jaghtu servizz fiha agir bhal dan jassigura li iktar nies jinqatu minnha u hi per konsegwenza tinqata mill-poplu.


Id-demokrazzija vera trid tassigura djalogu sod li minnu johrog is-sewwa. Il-proposti li saru lil Gvern sabiex jinkludi iktar mizuri minn dawn l-organizzazzjonijiet civili u politici sabiex min huwa minn taht jinghata l-ghajnuna jitla l-fuq ma ghandhom jigu skartati. Ghax finalment ghalkemm jistghu jigu injorati pero dan ma jfisserx li l-problemi jispiccaw anzi kif qedhin naraw qed, jizdiedu ghax kif naraw f’socjeta li tmur iktar lejn il-kapitalizmu u l-materjalizmu iktar tikber il-qasma u dawk li huma min fuq jitilghu iktar u dawk li huma taht jinzlu iktar l-isfel. Il-proposti tal-Gvern fil-Budget jafu jservubiex jibdlu dan, nittamaw li l-kelma tal-ghaqal u r-raguni jikbru biex nnaqsu l-piz li ghandhom fuqhom dawn in-nies. 

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...