5.10.15

NISA - IMPJIEGI-2015


 
19384. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni ta’ sess femminili li bdew jaħdmu fis-sena 2015 (sal-aħħar ta’ Settembru)? Kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw lura għad-dinja tax-xogħol? Kemm ġew impjegati full-time u kemm part-time?

01/10/2015

ONOR. EVARIST BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni dwar kemm hemm nisa li bdew jaħdmu fis-sena 2015 hija kif jidher fit-tabella t’hawn taħt. It-tabella turi wkoll kemm minnhom kienu ġodda u kemm minnhom irritornaw għad-dinja tax-xogħol skont in-natura tax-xogħol (full time jew part time).

Nisa li bdew jaħdmu fl-2015
Full time
Part time
Total
Nisa li biddlu xogħol f'inqas minn sena
5,575
2,718
8,293
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2015 wara sena, sentejn jew tlett snin inattivi
679
675
1,354
Nisa li reġgħu daħlu fid-dinja tax-xogħol fl-2015 wara 4 snin jew aktar inattivi
486
642
1,128
Nisa li bdew jaħdmu fl-2015 u ma kellhomx impjieg ieħor qabel
2,294
2,077
4,371
Total ta' Nisa li rċevejna li bdew jew biddlu xogħol fl-2015
9,034
6,112
15,146

Seduta 296
05/10/2015

No comments:

MEXXEJJA PARTIKOLARI

1. Bħalissa, parti sew mid-dinja qed tħares b’attenzjoni lejn dak li hu għaddej ġewwa s-Sirja. L-eventi li rajna jseħħu bidlu ta’ taħt...