19398. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-
Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol: Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm
studenti li għas-sena akkademika li ġejja fl-iskejjel sekondarji ta’ pajjiżna
rreġistraw sabiex jibdew jitgħallmu l-lingwa Russa? Kemm huwa l-ammont
komplessiv ta’ dawk li qed jiġu mgħallma dan is-suġġett? Jista’ jindika s-sess
tal-istudenti?
01/10/2015
ONOR. EVARIST
BARTOLO: Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li din is-sena ma
hemmx studenti li qegħdin jitgħallmu r-Russu fl-iskejjel sekondarji tal-Istat,
u lanqas f'dawk tal-Knisja u Indipendenti.
Seduta 299
12/10/2015
No comments:
Post a Comment