18.9.21

XATT TAL-BIRGU – TNEĦĦIJA TA’ MATERJAL.

 

 

 

20200. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari 17990 u 18320 u 19555 jista’ l-Ministru jibgħat verament uffiċjali mill-Ministeru tiegħu biex il-materjal li hemm f’Xatt tal-Birgu u li fl-aħħar domanda tressqu għall-attenzjoni tiegħu ritratti tal-istess, jirrejalizza li għadu hemm u għadu ma tneħħiex u dan għall-kuntrarju ta’ dak li l-Kamra ġiet infurmata?

 

22/03/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġa’ weġibna diversi drabi din il-PQ,  ninsab infurmat u nikkonfermaw minn spezzjoni li saret minn uffiċjali tal-MITP fl-20 ta’ Jannar 2021 fuq il-post msemmi, li l-materjal imsemmi mill-Onoroveroli Interpellant ma jaqax taħt ir-responsabilita’ ta’ dan id-dekasteru. Jkun għaqli la ż-żona hi miftuħa għall-pubbliku jirreferi lill-forzi tal-ordni biex jieħdu azzjoni.

 

Seduta  446

12/04/2021

 

WIED IL-GĦAJN – TRIQ IL-GARDIEL - TISWIJIET

 

 

 

 

 

20199. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18319, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra kemm ser jiġu jiswew it-tiswijiet fi Triq il-Gardiel Wied il-Għajn u meta huwa mistenni li ser ikunu x-xhur li, sabiex jiġi konkluż ix-xogħol?

 

22/03/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegajt b’mod dettaljat fit-tweġiba preċedenti għall-mistoqsija parlamentari 18319 tal-istess Onorevoli membru, ix-xogħljiet li qegħdin isiru fi Triq il-Gardiel mhumiex sempliċiment tiswijiet imma din it-triq qed tinbena mill-ġdid b’investiment sostanzjali li hu stmat li se jlaħħaq is-somma ta’ €1,263,610.

 

It-triq fiha kważi kilometru, minn ħdejn il-Magħluq u twassal sal-Bajja ta’ San Tumas, u se jsirulha xogħlijiet estensivi biex jinbidlu s-servizzi taħt l-art qabel ma t-triq jissaħħulha l-pedamenti u jsirilha wiċċ ġdid b’diversi kisjiet bl-asfalt. Dawn jinkludu tqegħid ta’ katusi u pajpijiet għas-servizzi tal-ilma, drenaġġ, ilqugħ għall-ilma tax-xita, servizzi tat-telekomunikazzjoni u bankini. Għaldaqstant, ix-xogħol mistenni jieħu numru ta’ xhur u għalhekk huwa mmirat li t-triq titlesta fit-tielet kwart ta’ din is-sena. Ix-xogħlijiet se jsiru f’fażijiet biex jitnaqqas kemm jista’ jkun l-inkonvenjent.

 

Intennu l-impenn tagħna li nkomplu naħdmu bla heda biex nagħtu ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji fil-lokalitajiet kollha f’pajjiżna.

 

Seduta  446

12/04/2021

WIED IL-GĦAJN – BAJJA TA’ SAN TUMAS – OPEN AIR GYM


20198. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 18318, jista’ l-Ministru jinforma l-Kamra jekk sarux it-tiswijiet neċessarji għall-open-air gym fil-Bajja ta’ Sun Tumas u ġiex ippreżentat rapport tekniku ta’ dan ai termini tal-liġi?

 

22/03/2021

 

  ONOR. JOSÈ HERRERA:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li ninsab infurmat mill-Kusnill Lokali ta' Marsaskala illi fil-preżent il-Kunsill qed iħejji stima teknika mill-Perit tal-Kunsill sabiex wara jkun jista’ japplika biex iwettaq ix-xogħol permezz ta’ skema.

 

Seduta  446

12/04/2021

RAĦAL IL-ĠDID – TRIQ LI TGĦADDI FI PJAZZA ANTOINE DE PAULE – RAPPORT TEKNIKU TAT-TRIQ

 

 

20118. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI  staqsa lill- Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19980 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u li issa ġiet riferuta lilu u jinforma l-Kamra jekk sarx rapport tekniku dwar it-triq li tgħaddi fi Pjazza Antoine De Paule Raħal Ġdid billi jidher ċar li diġà ċediet u niżlet ‘l isfel b’inkonvenjent għar-residenti u l-ħwienet?

 

17/03/2021

 

 ONOR. JOSÈ HERRERA: Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li sar rapport mill-Perit tal-Kunsill u qiegħda tiġi kkunsidrata l-aħjar azzjoni li għandha tittieħed dwaru.

 

Seduta  444

23/03/2021

IL-GUDJA – INĊIDENTI U DELITTI MARBUTA MA’ ĦRUQ

  19553. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi: Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati inċidenti u delitti marbuta ma’ ħruq fir-raħal tal-Gudja fl-Għassa tal-Pulizija tul dawn l-aħħar ħames snin u jistax jindika jekk fosthom kienx hemm proprjetà tal-Gvern jew korporazzjonijiet? 

 

25/02/2021

 

ONOR. BYRON CAMILLERI: Ninsab infurmat illi bejn l-ewwel ta’ Jannar 2015 u l-31 ta’ Dicembru 2020, in-numru ta’ kazijiet dwar incidenti u/jew delitti (arson) marbuta ma’ ħruq li seħħew fil-Gudja u  ġew irrapportati lill-Pulizija, kienu ta’ tlieta u tletin (33).  Ma kien hemm l-ebda kaz fejn propjeta tal-gvern kienet involuta.

 

Year

Delitti ta’ ħruq

(arson)

Incidenti ta ħruq (fire)

Total

2015

0

6

6

2016

0

4

4

2018

0

3

3

2017

2

7

9

2019

1

5

6

2020

1

4

5

Total

4

29

33

 

 

Seduta 435

03/03/2021

ĦAL TARXIEN – TRIQ PAOLA - XOGĦLIJIET

 

 

19552. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 19005, jista’ l-Ministru jgħid meta ser jkun lest ix-xogħol fit-triq għax hija kaġun ta’ hafna diffikultajiet għar-residenti?

 

25/02/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà spjegat fit-tweġiba preċedenti, Triq Paola f’Ħal Tarxien hija fost 50 triq residenzjali li Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid bħalissa. Din hi twila madwar nofs kilometru, tant li tibda minn ħdejn il-Knisja Parrokkjali u tmiss ma’ Triq Ħal Tarxien fid-direzzjoni lejn Raħal Ġdid.

 

Ix-xogħlijiet f’din it-triq li bdew fit-tieni ġimgħa ta’ Jannar huma kumplessi u mhux sempliċiment kisja asfalt. Dawn jinkludu fost oħrajn bdil tal-pajpijiet tal-ilma u servizzi ġodda għall-ilma. Fil-każ ta’ din it-triq, is-servizz tad-distribuzzjoni tal-ilma ntsab li kien pożizzjonat eżatt taħt il-wheel path u dan kien qed joħloq inkonvenjent kbir meta jkun hemm ħsarat. Għaldaqstant, ġie mċaqlaq għal taħt il-parking bay.

 

Barra minn hekk, qegħdin isiru wkoll servizzi tat-telekomunikazzjoni, bini ta’ bankini ġodda fuq iż-żewġ naħat u fl-istess triq għaddej ukoll xogħol minn entità oħra, li qed jiġi kkordinat biex isir waqt il-bini mill-ġdid tat-triq biex jonqos l-inkonvenjent lir-resident. Kif ikunu lesti t-testijiet li għaddejjin bħalissa, tibda l-aħħar fażi li tinkludi l-bini tal-pedamenti u l-wiċċ tat-triq biex din tkun lesta fix-xhur li ġejjin. Il-kuntratturi qed jippjanaw ix-xogħol b’mod li jkun tal-inqas inkonvenjent u biex id-diffikultajiet jiġu minimizzati.

 

Din il-ħidma se tagħti lir-residenti ta’ Triq Paola u dawk li jgħaddu minnha infrastruttura ta’ kwalità u aktar sigura, li n-nuqqas tagħhom għal snin twal kien joħolqilhom ħafna diffikultajiet.

 

Seduta  435

03/03/2021

ĦAŻ-ŻABBAR – TRIQ IL-KUNSILL TAL-EWROPA – TRAFFIC LIGHTS

 

 

 

19551. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali: Jista’ l-Ministru jikkonsidra li jiġu installati traffic lights fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa f’Ħaż-Żabbar invista tal-fatt li qed jkun hemm numru ta’ persuni li jaqsmu għal ġewwa l-ġnien?

 

25/02/2021

 

  ONOR. IAN BORG:  Ninforma lil Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li Transport Malta diġa approvat pelican crossing f’din i-żona kif mitlub mill-Ministeru għat-Turiżmu.

 

Seduta  435

03/03/2021

 

KANA

1. Wieħed mill-aktar angoli interessanti tat-Testment il-Ġdid huwa li t-tagħlim ma huwiex wieħed għarwien. Imdaħħal bħal xi preċetti jew avv...