Showing posts with label Narendra Modi. Show all posts
Showing posts with label Narendra Modi. Show all posts

9.9.25

ID-DINJA NBIDLET?

1. Wara ċ-ċelebrazzjonijiet li saru fiċ-Ċina fit-2 ta’ Settembru biex ifakkru t-tmenin sena minn meta l-Ġappun ċeda u ffirma d-dikjarazzjoni ta’ tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, wieħed jifhem iktar li hemm tibdil. Hemm il-messaġġ ċar ħafna li l-bilanċi ġeopolitiċi li drajna, issa qed jieħdu triq oħra. L-iżviluppi li rajna tul dawn is-snin biddlu ħafna. L-iktar dawk li huma mwielda madwar il-gwerra li għaddejja ġewwa l-Ukrajna. Fir-realtà hija l-konsegwenza tal-kawża li twieldet mill-fatt li meta, b’xi mod, tattakka lil diversi, dawn jispiċċaw jingħaqdu kontra tiegħek. Anki jekk ma jkollhomx għalfejn, b’ħidmietek timbuttahom f’ħoġor xulxin.

Sakemm

2. Sakemm kien hemm l-għajnuna finanzjarja u militari lil dan il-pajjiż attakkat mill-Federazzjoni Russa kien hemm ekwilibriju li ma bidilx ix-xenarju. Biss, il-kwistjonijiet marbuta u mibnija madwar il-loġika jew le tat-tariffi mposti unilateralment oriġinarjament mill-Istati Uniti tal-Amerika ġiebu dan. Waqt li qabel konna nemmnu fil-globalizzazzjoni tal-kummerċ, fis-suq liberu u fl-iskambju ta’ merkanzija mingħajr tariffi, issa le. Jekk l-Oċċident estiż kien iċ-ċentru li minnu li wieħed jibda u jkompli fl-analiżi u fl-eżempju, issa m’għadux daqshekk. B’dak li rajna u smajna f’Beijing, mill-passi, mill-iffirmar tat-trattati, u fuq kollox mid-diskors preċiż u dirett ta’ Xi Jinping, ma tħalla l-ebda dubju fejn, jew lejn fejn iridu jimxu diversi stati.

Tlett mexxejja

3. F’dawn il-gżejjer insibu ruħna maqtugħin minn ċerti aħbarijiet. Imma l-fatt li Vladimir Putin (1952), Xi Jinping (1953) u Narendra Modi (1950) dehru f’daqqa huwa sinjal qawwi. Tlett mexxejja li għadhom kemm qabżu s-sebgħin sena, mimlija b’esperjenzi politiċi varji u fl-aħjar tagħhom. Il-Federazzjoni Russa, iċ-Ċina u l-Indja f’daqqa titlob analiżi u attenzjoni. Iktar il-fatt li ġew iffirmati għoxrin ftehim ta’ kollaborazzjoni bejn iċ-Ċina u l-Federazzjoni Russa. Pożizzjonijiet li jkun żball jekk jiġu injorati mill-Oċċident. Jista’ jkun li, kif ġiet definita, din hija “a global initiative to reshape the world order” (inizjattiva globali biex tagħġen mill-ġdid l-ordni mondjali). Imma wieħed ikun għaqli li jsegwi x’intqal fid-diskors attent, preċiż u kawt tal-President Xi Jinping. Hemm tifhem li l-pożizzjoni mhijiex ta’ alleanzi militari strateġiċi, imma forsi aktar tweġibiet għar-realtajiet tal-ġurnata.

X’ingħad

4. F’dan, diversi mumenti ingħad li dan seħħ minħabba ’l hekk imsejjaħ “bullying behaviour” tal-President tal-Istati Uniti Donald Trump (1946), u hemm ħafna ‘forom ta’ twissijiet’ f’dan. Iktar u iktar meta huwa ħafna evidenti li ċ-Ċina hija fattur determinanti fl-istabilità mondjali. Jekk ħaddieħor qiegħed joħroġ mil-linji tal-politika barranija tiegħu, dawn mhumiex. Fil-parti ċentrali tad-diskors tiegħu, Xi Jinping iddikjara hekk: “We must uphold the international system with the United Nations at its core and support the multilateral trading system with the World Trade Organization at its core.” (Għandna nżommu s-sistema internazzjonali fi ħdan il-Ġnus Magħquda fl-essenzjal tagħha u nappoġġjaw is-sistema tan-negozju multilaterali fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fl-essenzjal.) Messaġġ ċar sija lill-Federazzjoni Russa, kif ukoll lill-Istati Uniti tal-Amerika.

Ottimiżmu

5. Meta titkellem ma’ numru ta’ persuni nvoluti fil-politika Ewropea timmarka spirtu ta’ ottimiżmu. Fis-sens li Vladimir Putin ma rnexxilux jieħu dak li ried mill-Ukrajna, kif ukoll li jista’ jkun hemm bidliet jew lejn forma ta’ trattat ta’ paċi, inkella ta’ ċessjoni tal-ġlied. Imma l-fatt jibqa’ li l-Unjoni Ewropea, bl-inizjattivi varji tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll għall-fatt li ma hemmx il-qbil ta’ kulħadd fuq numru ta’ punti, għadha ma rnexxilhiex issolvi s-sitwazzjoni. F’dan, l-aġendi politiċi huma varji ħafna. Barra minn hekk, rajna wkoll wisq bidliet li ma wasslu għal imkien. Huwa evidenti li hemm kumplikazzjonijiet li ma jistgħux jiġu ssuperati u li jridu ħafna snin biex isibu ruħhom lura f’posthom.

Tmiem żmien partikolari

6. Hemm xi wħud li jaħsbu, bħall-istoriku u antropologu Franċiż Emmanuel Todd (1951), li jaħsibha bħalhom u li kiteb hekk fil-ktieb tiegħu La defaite de l’occident (2024), li din il-gwerra qed isservi biex tindika t-tmiem tal-Ewropa demokratika u t-tisħiħ tal-Federazzjoni Russa. Anke jekk l-analiżi tiegħu titlob attenzjoni, xorta m’hemmx sitwazzjoni fejn parti rebħet, jew qegħda tirbaħ, u l-parti l-oħra li qed titlef. Hemm iktar għarfien li d-dinja tal-lum trid timxi f’direzzjonijiet oħra. Jekk kien hemm min ħaseb li r-Russja ser tikkrolla, iċ-Ċina u l-Indja qegħdin, fir-realtà, isostnuha finanzjarjament. Imma iktar minn hekk, fiċ-ċirkostanzi preżenti qed jibnu dak li qabel ma setgħux. Is-swieq rispettivi ser jikbru u jimxu fl-istess avvanz u pożizzjonijiet li l-Unjoni Ewropea, bis-suq komuni tagħha, irnexxielha.

Protezzjoni

7. Fil-fatt, wieħed jista’ jisma’ mezzi ta’ komunikazzjoni Amerikani jew Ewropej li jpinġu dan bħala theddida qawwija jew oltraġġ, imma jista’ aktar ikun wieħed ta’ protezzjoni. Jekk l-Istati Uniti ser jibqgħu bil-politika taż-żidiet sproporzjonati u illoġiċi, u kontra dak miftiehem fl-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar it-tariffi, din hija miżura ċara fejn ħadd minnhom m’huwa ser jiġi għarkubbtejh. Kien ikun aħjar li kieku kellu jiżdied il-kummerċ b’mod leġittimu, milli tmur f’din id-direzzjoni. Kull mexxej għandu l-karattru tiegħu, imma kull wieħed għandu r-responsabbiltà li jħares l-interessi taċ-ċittadini tiegħu. F’dan huwa evidenti li sakemm il-politika Amerikana ma tinbidilx, jew għax jibdel fehmtu Donald Trump, inkella għax jispiċċa, ser nibqgħu naraw iktar passi f’dik id-direzzjoni. Is-swieq li ser jinfetħu u l-proċeduri stabbiliti jafu jneħħu kull vantaġġ ekonomiku li l-Oċċident għandu llum. Proprju f’dan, għad-domanda inizjali: “Id-dinja nbidlet?”, kollox ser ikun jiddependi fuq x’passi għaqlin l-Oċċident ser jagħraf jieħu.

10.7.24

TASTIERA FL-ISTABILITÀ

1. Smajna, u sa ċertu punt qrajna, dwar il-fatt li tul din is-sena konna ser naraw l-akbar parti tad-dinja tmur tivvota. Kellna diġà ħafna skedati u żdiedu oħrajn, bħal dawk fir-Renju Unit u fi Franza. Nafu anki li fejn l-elettorat huwa żgħir, jew relattivament hekk ikkunsidrat, għandek xorta diversi ntoppi u problemi. Meta jiġu dawk il-jiem, uħud jitilfu l-għaqal u jaġixxu mhux proprju kif titlob id-demokrazija. Għalhekk kull elezzjoni ġenerali jew presidenzjali li ssir u tgħaddi tkun suċċess meta joħroġ ir-riżultat u dan jiġi aċċettat mill-partiti li jkunu ħadu sehem. Kif nafu, kellna u għad għandna f’daqqa tlett appuntamenti importanti li fihom jinvolvu l-miluni ta’ nies. Tnejn għaddew diġà; it-tielet għadu ġej.

Miljuni

2. Aħna wkoll ħadna sehem fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, li kienet tinvolvi l-miljuni fl-Unjoni. Però, ftit qabel għaddiet dik fl-Indja, u issa lejn Novembru ser ikun hemm l-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti tal-Amerika. Iktar ma jkun hemm min jista’, u fl-aħħar ukoll irid jivvota, iktar trid attenzjoni u organizzazzjoni. Dawk Ewropej mod u l-istess dawk Amerikani, imma dawk f’pajjiż kbir bħall-Indja fil-kontinent Asjatiku, aktar. Fil-fatt, l-elezzjoni f’dak il-pajjiż ma ssirx f’ġurnata waħda, imma tieħu t-tul. Bdiet fid-19 ta’ April u baqgħet sejra sal-1 ta’ Ġunju. Kienu eliġibbli li jivvutaw madwar 968 miljun persuna u effettivament xeħtu l-vot tagħhom 642 miljun. Pajjiż kibr, b’kumplikazzjonijiet varji, imma li mill-1949 ma marx lura mill-impenn demokratiku tiegħu. Forsi mertu taż-żewġ partiti l-kbar, dak tal-Kungress u l-BJP (Bharatya Janata Party) li kien hemm stabbiltà f’soċjetà mimlija kontradizzjonijiet, b’estremi soċjali u ekonomiċi preżenti.

Riżultat

3. F’ċertu sens, dan kien differenti minn dak li kien qiegħed jiġi mistenni, speċjalment minn Narendra Modi, il-Prim Ministru attwali u l-partit tiegħu, il-BJP. Fit-tielet leġislatura tiegħu ra tnaqqis fil-membri parlamentari eletti. Minn 303 li kellu niżel għal 240. Xorta forza b’saħħitha li ser tippermettilu, din id-darba, b’dipendenza ftit akbar fuq il-partiti alleati, li jkompli jmexxi. Fir-realtà baqa’ b’segwitu elettorali qawwi: minn 37.3% tal-votanti fl-elezzjoni preċedenti għal din id-darba b’36.5%. Telf marġinali għall-politiku li ilu, bħala l-erbatax-il Prim Ministru tal-pajjiż, imexxi minn Mejju tal-2014. Biss, waqt li qabel dak il-kunsens elettorali servieh għal 56% tas-siġġijiet parlamentari, din id-darba mar għal 44%.

Fatturi

4. F’dan xorta hemm żewġ fatturi ta’ stabbiltà. L-ewwel: li qiegħed ikompli jmexxi maġġoranza stabbli; u tieni, li l-proċess sħiħ għadda bażikament sew sabiex id-demokrazija kompliet tafferma ruħha. Kif The Economist kien pożittiv u ddikjara: l-ewwel li: “Shock election result for the better”, u wara faħħar lill-elettorat billi qal hekk: “The world’s biggest electorate has just shown how democracy can rebuke out-of-touch political elites, limit the concentration of power, change a country’s destiny.” (L-ikbar elettorat fid-dinja għadu kif wera li jista’ jċanfar lill-elite politiku li huwa maqtugħ, jikkontrolla l-poter u jibdel destin ta’ pajjiż.) Sinjali importanti għal dak fl-ekonomija mondjali.

Mhux mistenni

5. Il-partit tal-Prim Ministru huwa wieħed li huwa mwieled fuq dak li huwa dikjarat bħala “umaneżmu integrali”, b’ideat prevalenti marbuta ma’ nazzjonaliżmu Ħindu. Imma fir-realtà hemm ġabriet ta’ programmi li f’mument minnhom jiddikjaraw ruħhom liberati mill-ħakmiet passati fuq il-pajjiż. Dawk li fuq naħa jħarsu lejn id-Dominji, Iżlamiċi, tal-Imperu Ingliż u dawk li s-Soċjaliżmu tal-Partit tal-Kungress għadda. Fuq l-oħra, il-fatt li l-pajjiż jidher li mexa ’l quddiem b’infrastruttura aħjar, u bi progress f’dak li jissejjaħ “digital welfare systems” għal dawk l-iktar ’l isfel fis-soċjetà. Il-pajjiż mexa ’l quddiem b’mod ġenerali u dan għal dawn l-aħħar żewġ leġislaturi ngħata l-kredtu tal-konċentrazzjoni fil-poter ta’ Narendra Modi, li issa għandu tlieta u sebgħin sena. Proprju għalhekk, quddiem dan l-avviż, diversi argumentaw li r-riżultat ma kienx mistenni.

L-Oppożizzjoni

6. Fuq in-naħa l-oħra, il-Partit tal-Kungress, li huwa dak li tradizzjonalment mexxa ’l-pajjiż għal ħafna snin, f’dawn l-elezzjonijiet ġie vantaġġat. Il-mexxej preżenti, Rahul Gandhi (1970), bin ġenituri politiċi, f’dawn irreġistra żieda fis-siġġijiet. Minn tnejn u ħamsin fl-2019, issa qiegħed b’disa’ u disgħin wieħed. Avvanz li ġieb lill-partit lura biex jista’ jħares lejn l-appuntamenti elettorali li ġejjin b’iktar kunfidenza. Iktar u iktar meta l-kritika lejn il-BJP hija indirizzata lejn il-fatt li hemm inqas impjiegi tajba, b’diskriminazzjoni soċjali kontra l-Musulmani, b’numru ta’ passi li fihom l-istituzzjonijiet demokratiċi ġew ikkontrollati, b’persekuzzjoni u forom ta’ oppressjoni lil parti mill-medja nazzjonali. Passi li wħud identifikawhom ma’ partiti tal-lemin estrem, li huwa stramb meta wieħed jikkunsidra li Modi ġej minn klassi soċjali fqira u allura minnu wieħed kien jistenna iktar passi sabiex min huwa ’l isfel jitla’ ’l fuq.

Futur

7. Huwa f’dawn il-mumenti, meta l-pożizzjoni ssir aktar diffiċli u mimlija sfidi, li wieħed jara jekk mexxej għandux l-abbiltajiet jimxi, u anzi f’dan il-każ, ikompli jimxi. Għandna interess f’dan. Pajjiżna għandu rabtiet varji ma’ dan il-poplu. Wieħed jista’ jħares sabiex dawn jiżdiedu. Hemm ferm aktar x’wieħed għandu jagħmel. Hemm potenzjali kbar, sija fl-aspett turistiku, kif ukoll dawk ekonomiċi. F’dan ukoll wieħed irid iżomm quddiem għajnejh il-fatt li kellna numru ta’ missjunarji li marru u għadhom preżentement hemmhekk, li jistgħu jiġu apprezzati aħjar għal ħidmiethom. Kif ukoll, iktar direttament, is-sehem li dan il-pajjiż jista’ jkompli joffri sabiex ikun hemm ftehim fil-gwerra li għaddejja ġewwa l-Ukrajna. M’hemmx dubju f’dan li l-Indja hija importanti fid-dinja tagħna. Punt li għandna napprezzaw ferm iktar għaliex huwa tastiera vitali fl-istabbiltà mondjali.

3.7.24

TASTIERA FL-ISTABBILTÀ

1. Smajna, u sa ċertu punt qrajna, dwar il-fatt li tul din is-sena konna ser naraw l-akbar parti tad-dinja tmur tivvota. Kellna diġà ħafna skedati u żdiedu oħrajn, bħal dawk fir-Renju Unit u fi Franza. Nafu anki li fejn l-elettorat huwa żgħir, jew relattivament hekk ikkunsidrat, għandek xorta diversi ntoppi u problemi. Meta jiġu dawk il-jiem, uħud jitilfu l-għaqal u jaġixxu mhux proprju kif titlob id-demokrazija. Għalhekk kull elezzjoni ġenerali jew presidenzjali li ssir u tgħaddi tkun suċċess meta joħroġ ir-riżultat u dan jiġi aċċettat mill-partiti li jkunu ħadu sehem. Kif nafu, kellna u għad għandna f’daqqa tlett appuntamenti importanti li fihom jinvolvu l-miluni ta’ nies. Tnejn għaddew diġà; it-tielet għadu ġej.

Miljuni

2. Aħna wkoll ħadna sehem fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, li kienet tinvolvi l-miljuni fl-Unjoni. Però, ftit qabel għaddiet dik fl-Indja, u issa lejn Novembru ser ikun hemm l-elezzjoni Presidenzjali fl-Istati Uniti tal-Amerika. Iktar ma jkun hemm min jista’, u fl-aħħar ukoll irid jivvota, iktar trid attenzjoni u organizzazzjoni. Dawk Ewropej mod u l-istess dawk Amerikani, imma dawk f’pajjiż kbir bħall-Indja fil-kontinent Asjatiku, aktar. Fil-fatt, l-elezzjoni f’dak il-pajjiż ma ssirx f’ġurnata waħda, imma tieħu t-tul. Bdiet fid-19 ta’ April u baqgħet sejra sal-1 ta’ Ġunju. Kienu eliġibbli li jivvutaw madwar 968 miljun persuna u effettivament xeħtu l-vot tagħhom 642 miljun. Pajjiż kibr, b’kumplikazzjonijiet varji, imma li mill-1949 ma marx lura mill-impenn demokratiku tiegħu. Forsi mertu taż-żewġ partiti l-kbar, dak tal-Kungress u l-BJP (Bharatya Janata Party) li kien hemm stabbiltà f’soċjetà mimlija kontradizzjonijiet, b’estremi soċjali u ekonomiċi preżenti.

Riżultat

3. F’ċertu sens, dan kien differenti minn dak li kien qiegħed jiġi mistenni, speċjalment minn Narendra Modi, il-Prim Ministru attwali u l-partit tiegħu, il-BJP. Fit-tielet leġislatura tiegħu ra tnaqqis fil-membri parlamentari eletti. Minn 303 li kellu niżel għal 240. Xorta forza b’saħħitha li ser tippermettilu, din id-darba, b’dipendenza ftit akbar fuq il-partiti alleati, li jkompli jmexxi. Fir-realtà baqa’ b’segwitu elettorali qawwi: minn 37.3% tal-votanti fl-elezzjoni preċedenti għal din id-darba b’36.5%. Telf marġinali għall-politiku li ilu, bħala l-erbatax-il Prim Ministru tal-pajjiż, imexxi minn Mejju tal-2014. Biss, waqt li qabel dak il-kunsens elettorali servieh għal 56% tas-siġġijiet parlamentari, din id-darba mar għal 44%.

Fatturi

4. F’dan xorta hemm żewġ fatturi ta’ stabbiltà. L-ewwel: li qiegħed ikompli jmexxi maġġoranza stabbli; u tieni, li l-proċess sħiħ għadda bażikament sew sabiex id-demokrazija kompliet tafferma ruħha. Kif The Economist kien pożittiv u ddikjara: l-ewwel li: “Shock election result for the better”, u wara faħħar lill-elettorat billi qal hekk: “The world’s biggest electorate has just shown how democracy can rebuke out-of-touch political elites, limit the concentration of power, change a country’s destiny.” (L-ikbar elettorat fid-dinja għadu kif wera li jista’ jċanfar lill-elite politiku li huwa maqtugħ, jikkontrolla l-poter u jibdel destin ta’ pajjiż.) Sinjali importanti għal dak fl-ekonomija mondjali.

Mhux mistenni

5. Il-partit tal-Prim Ministru huwa wieħed li huwa mwieled fuq dak li huwa dikjarat bħala “umaneżmu integrali”, b’ideat prevalenti marbuta ma’ nazzjonaliżmu Hindu. Imma fir-realtà hemm ġabriet ta’ programmi li f’mument minnhom jiddikjaraw ruħhom liberati mill-ħakmiet passati fuq il-pajjiż. Dawk li fuq naħa jħarsu lejn id-Dominji, Iżlamiċi, tal-Imperu Ingliż u dawk li s-Soċjaliżmu tal-Partit tal-Kungress għadda. Fuq l-oħra, il-fatt li l-pajjiż jidher li mexa ’l quddiem b’infrastruttura aħjar, u bi progress f’dak li jissejjaħ “digital welfare systems” għal dawk l-iktar ’l isfel fis-soċjetà. Il-pajjiż mexa ’l quddiem b’mod ġenerali u dan għal dawn l-aħħar żewġ leġislaturi ngħata l-kredtu tal-konċentrazzjoni fil-poter ta’ Narendra Modi, li issa għandu tlieta u sebgħin sena. Proprju għalhekk, quddiem dan l-avviż diversi argumentaw li r-riżultat ma kienx mistenni.

L-Oppożizzjoni


6. Fuq in-naħa l-oħra, il-Partit tal-Kungress, li huwa dak li tradizzjonalment mexxa ’l-pajjiż għal ħafna snin, f’dawn l-elezzjonijiet ġie vantaġġat. Il-mexxej preżenti, Rahul Gandhi (1970), bin ġenituri politiċi, f’dawn irreġistra żieda fis-siġġijiet. Minn tnejn u ħamsin fl-2019, issa qiegħed disa’ u disgħin wieħed. Avvanz li ġieb lill-partit lura biex jista’ jħares lejn l-appuntamenti elettorali li ġejjin b’iktar kunfidenza. Iktar u iktar meta l-kritika lejn il-BJP hija indirizzata lejn il-fatt li hemm inqas impjiegi tajba, b’diskriminazzjoni soċjali kontra l-Musulmani, b’numru ta’ passi li fihom l-istituzzjonijiet demokratiċi ġew ikkontrollati, b’persekuzzjoni u forom ta’ oppressjoni lil parti mill-medja nazzjonali. Passi li wħud identifikawhom ma’ partiti tal-lemin estrem. Li huwa stramb meta wieħed jikkunsidra li Modi ġej minn klassi soċjali fqira u allura minnu wieħed kien jistenna iktar passi sabiex min huwa ’l isfel jitla’ ’l fuq.

Futur

7. Huwa f’dawn il-mumenti, meta l-pożizzjoni ssir aktar diffiċli u mimlija sfidi, li wieħed jara jekk mexxej għandux l-abbiltajiet jimxi, u anzi f’dan il-każ, ikompli jimxi. Għandna interess f’dan. Pajjiżna għandu rabtiet varji ma’ dan il-poplu. Wieħed jista’ jħares sabiex dawn jiżdiedu. Hemm ferm aktar x’wieħed għandu jagħmel. Hemm potenzjali kbar, sija fl-aspett turistiku, kif ukoll dawk ekonomiċi. F’dan ukoll wieħed irid iżomm quddiem għajnejh il-fatt li kellna numru ta’ missjunarji li marru u għadhom preżentement hemmhekk, li jistgħu jiġu apprezzati aħjar għal ħidmiethom. Kif ukoll, iktar direttament, is-sehem li dan il-pajjiż jista’ jkompli joffri sabiex ikun hemm ftehim fil-gwerra li għaddejja ġewwa l-Ukrajna. M’hemmx dubju f’dan li l-Indja hija importanti fid-dinja tagħna. Punt li għandna napprezzaw ferm iktar għaliex huwa tastiera vitali fl-istabbiltà mondjali.

ĦAL TARXIEN/RAĦAL ĠDID – TRIQ NAZZARENU – XOGĦLIJIET

35817. L-ONOR. CARMELO MIFSUD BONNICI staqsa lill-Ministru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali: Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet...