1. Iktar ma jgħaddi ż-żmien, iktar
nara kemm il-bniedem, għalkemm jiddikjara li jrid il-bidla, meta jiġi għaliha
jsibha diffiċli biex jagħmilha. Hawn min
jibqa’ jippersisti, jgħid kemm hemm bżonn tagħha, imma jagħmel minn kollox biex
ma sseħħx. Hawn persuni mimlija b’forom
varji ta’ għebusija tar-ras. Oħrajn li
jaslu f’dan sforz is-suppervja, il-preġudizzji u l-opinjoni għolja tagħhom
infushom. Il-fatt jibqa’ li
fl-appuntament importanti li fih jaċċettaw, u huma wkoll isiru parti u l-bidla
nnifisha, jieqfu. Jeħlu biex isiru parti
minn proċess li permezz tiegħu wieħed jimxi ‘l quddiem lejn l-ordni
fil-ġustizzja u l-paċi.
Xenarju internazzjonali
2. Proprju f’dan irridu nistaqsu
lilna nfusna kemm, fil-fatt, aħna qed nifhmu u naċċettaw dak li hu għaddej
fid-dinja ta’ madwarna. Ngħid dan għax,
f’dawn l-aħħar ġimgħat, rajna tibdiliet u passi fix-xenarju internazzjonali li
jitolbu riflessjoni. Hemm politiċi li
qed jaffermaw ruħhom, uħud jiggarantixxu l-istabilità mondjali u l-paċi, u
oħrajn le. Uħud juru dak li qed iwettqu
b’dikjarazzjonijiet, daqqa ċari, u ħafna iktar drabi, le. Oħrajn jaħdmu u determinati li jimxu ‘l
quddiem mingħajr ħafna diskors żejjed, imma b’iktar attenzjoni konkreta. Oħrajn b’taħlita interessanti li tmur naħa
jew oħra, skont il-mument.
Il-bidliet fiċ-Ċina
3. Id-dinja, f’dawn l-aħħar xhur,
rat dawn il-passi. L-ewwel: il-konsolidazzjoni
fil-linja politika li ċ-Ċina qabdet f’dawn l-aħħar snin. Il-fatt li l-President attwali, Xi Jinping,
ingħata mandat politiku aktar fit-tul mill-Partit Komunista għandu l-effett
pożittiv tiegħu. Pajjiż kbir, li qed
jikber iktar b’bidliet li jġibu attenzjoni fil-politika kummerċjali u
soċjali. Dan il-pajjiż kbir, li qiegħed
joħroġ dejjem iktar b’saħħtu fix-xenarju politiku u huwa forza ta’ stabilità
qawwija fir-reġjun. Ma hemmx dubju li
ħidmietu servew fil-kwistjoni mal-Korea ta’ Fuq. Kif l-istess għandu jingħad għar-rigward
tal-proġett li qiegħed, biċċa biċċa, jsir f’dak li huwa marbut li jibni
mill-ġdid “The Silk Road”. Mezz ta’
komunikazzjoni li qasmet diġà liċ-Ċina u ser tasal sal-bibien tal-Ewropa. Bidliet li qed iseħħu, imma li ma nafx kemm
qed naċċettaw.
Il-bidliet fir-Russja
4. L-istess għandu jingħad b’dak li
seħħ fil-Federazzjoni Russa. L-elezzjoni
mill-ġdid ta’ Vladimir Putin biex imexxi dak il-pajjiż għas-snin li ġejjin huwa
fatt li għandna nikkunsidraw. Dan
ċertament independentement mill-kwistjonijiet li għaddejjin preżentement ma’
pajjiżi oħra u mal-kwistjoni pendenti mal-Ukrajna qegħdin ikomplu jġibu
stabilità. Diversi pajjiżi fl-Unjoni
Ewropea qed insibuhom f’linji politiċi differenti. Uħud iridu jiftħu lura u jiddiskutu; oħrajn,
minħabba esperjenza passata, joqogħdu lura.
Dawn huma bidliet ġodda li għaddejjin, li rridu nifhmu u nagħrblu tajjeb
biex niddixxernu liema linji politiċi preżenti u futuri ser nieħdu. Dan huwa l-pajjiż u l-poplu li ser ikollu
l-attenzjoni tagħna tul dan ix-xahar tat-Tazza tad-Dinja.
Il-bidliet ta’ Donald Trump
5. Irridu napprezzaw, f’dan
il-ftehim li ġie ffirmat fil-bidu tal-ġimgħa bejn il-President tal-Istati Uniti
tal-Amerika Donald Trump (li huwa fattur ta’ bidla fih innifsu), u Kim Jong Un,
il-President tal-Korea ta’ Fuq (li sar parti minn forza ta’ bidla), li dak li
ġie msejjaħ u definit bħala: “La real-politik trumpiana accetta questo patto
col diavolo” fetaħ il-bieb għall-possibilità qawwija ta’ paċi u stabilità
fir-reġjun. Il-fatt li l-pajjiż immexxi
minn Kim ser jieqaf mill-użu tal-armi nukleari, u l-fatt li ser tonqos
it-tensjoni bejn iż-żewġ partijiet ta’ danil-pajjiż maqsum għal iktar minn nofs
seklu, huma pożittivi. Minnhom ser naraw
bidla fix-xenarji u l-bilanċi fil-pajjiżi kollha. Ser ikun hemm proċess ta’ bidla li huwa, għal
diversi li kienu qed jgħixu fid-dell ta’ dik it-theddida, qawwi daqs il-waqgħa
tal-Ħajt ta’ Berlin fl-Ewropa.
Il-bidliet fl-Unjoni Ewropea
6. F’dan wieħed irid joqgħod attent,
speċjalment meta wieħed jisma’ diskors bħal dak tal-Kummissarju Frans Timmermans
fil-Parlament Ewropew fi Strasbourg. Dan
għax, tul din il-ġimgħa ddikjara li r-relazzjonijiet mal-Istati Uniti
tal-Amerika nbidlu. Il-kliem li ġie
rappurtat li qal: “I am not one to declare that the rules-based international
system, so carefully built after the Second World War, is now collapsing before
our very eyes. Howevr, it is the first
time since 1945 that an American President has not seen it as an American
strategic interest to work hard to ensure a vibrant and unified Europe and a
robust transatlantic relationship.” jitolbu l-attenzjoni tagħna. Ma naħsibx li dan il-pajjiż, li kien u,
fl-opinjoni ta’ ħafna għadu alleat u garanti ewropew, ser jiċħadna.
Il-vantaġġ tal-bidla
7. Anqas ma naqbel ma’ dawk l-uħud li qed
jaraw li hemm xi morsa fil-ħidma bejn Trump u Putin kontra l-Unjoni
Ewropea. Il-fatt li ma hemmx qbil fuq
numru ta’ punti u li hemm politika ekonomika l-kuntrarju ta’ dak i bnejna bejn
l-Unjoni u l-Istati Uniti ma jfissirx li ser nintelqu. Jistgħu dejjem, jekk inħarsu lejn il-pożittiv
tal-bidla, juru li din hija opportunità iktar ta’ trasformazzjoni għall-Unjoni
Ewropea, li għandha toħroġ minnha aktar b’saħħitha. Iktar u iktar f’dak li ser tgħaddi minnu
bil-ħruġ tar-Renju Unit. Għax għalkemm
nafu li dan huwa iebes għal dawk li sejrin, hemm sfidi qawwija li ma jinix ċert
li qed inwieġbu għalihom f’dawk li jridu jibqgħu parti.
Aħna fil-PN parti mill-proċess ta’ bidla
8. Id-dinja, huwa mill-iktar ċar, hija mimlija
bi proċessi ta’ bidla. Kemm qed
nifhmuhom aħna, u lesti nkunu parti minnhom jiddependi minna. Għalhekk hemm bżonn ta’ iktar attenzjoni u
preparazzjoni min-naħa ta’ pajjiżna, kif ukoll minna fil-Partit
Nazzjonalista. Bħalma konna f’diversi
mumenti fil-passat, hekk ser nibqgħu fil-mument. Għax il-ġid ta’ pajjiżna huwa għal
qalbna. Il-ġid nazzjonali, l-interessi
tagħna huma dak li naħdmu għalihom.
Proprju għalhekk li f’dan il-partit nemmnu li l-bidla hija importanti.
No comments:
Post a Comment