ONOR.
CARMELO MIFSUD BONNICI: Jien innotajt
dak kollu li qalet l-Onor. Ministru.
Ir-realtà però Onor Ministru hija l aħna kollha rridu niffaċċjaw u din
mhix kwestjoni għax kien hemmil-Gvern Nazzjonalista u m’għamel xejn. Li għamel.... Jew x’wiċċ tost għandhom li
jiġu jitkellmu fuq din l-liġi, dan għandna realtà li għandna sentenzja
kostituzzjonali. Is-sentenza Kostituzzjonali hija ċara daqs l-kristall, hija
sentenza li fiha hemm stabbilit li t-tribunal kif inhu illum ma jistax ikompli
jiffunzjona. Allura għal xejn wieħed
jipprova jgħid ejja nipprova nagħmel miżuri temporanji għax hawnhekk il-miżuri
mhux temporanji, iridu jkunu ftit iktar permanenti. Għaleix qed ngħid li jridu jkunu ftit iktar
permanenti? Jekk ma nagħmluhomx tajjeb
allura xi ħaddieħor se jerġ’a jtaqqabhom.
Smajt diversi punti u nibda billi nassigura
lill-Ministru li l-intenzjonijiet tagħna huma tajbin u aħna qegħdin nersqu
f’dan il-Parlament biex ngħinu sabiex il-liġi pperfezzjonata, tiġi aħjar milli
hi però kif inhi mhijiex aċċettabbli.
Kif inhi, għalina bħala oppożizzjoni immamhux biss bħala oppożizjzoni
imma wkoll t’a diversi korpi kostitwiti li tkellmu barra u tkellmu magħna
għandhom l-opinjoni li dan l-Abbozz ta’ Liġi huwa Abbozz ta’ Liġi li sar, kif
għedt inti, b’mod temporanju jew sar fi spirtu ta’ emerġenza però żgur mhux
forsi xi ħadd jista’ jerġa’ jtaqbu u jwaqqfu.
Ħa naqbad numru ta’ punti li l-Ministru għamlet u
nweġibha bil-mod ta’ kif wieħed jista’ jwieġeb.
L-ewwel nett, neħħu barra din l-idea ta’ min hu t-tort. Dan it-tribunal oriġinalment kien sar fl-1976
fl-Industrial Relations Act u kein sar minn Dr Karmenu Mifsud Bonnici. Dr Karmenu Mifsud bonnici kien eks Prim
Ministru tal-Partit Laburista, kein il-bniedem li għamel id-drafting tiegħu, veru jiġi mill-familja
u naħseb li llum ġejt fili-pożizzjoni fejn jien irrid niddefendih fuq dak li
għamel. Fl-IRA hu għamel ħafna passi ‘l
quddiem. Kelli l-pjaċir li għallimni
l-Industrial Relations Act fl-Università ta’ Malta u niftakar li kein jelenka
b’mdo ċar id-diversi punti ġodda li rnexxilu jagħmel u fost affarijeit oħra
kien hemm din il-kwestjoni tat-tribunal.
Dak iż-żmien il-Perit Dom Mintoff dehrlu li għandu jimxi b’din
is-sistema u sar it-tribunal skont kif kein dehrlu l-Perit Mintoff li għandu
jsir. Ma kenitx kwestjoni għax il-kawżi
kienu qegħdin idumu jew le u ara ma tmurx tieħu l-impressjoni li l-kawżi
fit-tribunal industrijali kif inhuma llum qed jinqatgħu f’ħakka t’għajun. Il-kawżi qed idumu, hemm kawżi li qed idumu
iktar u allrua s-sistema li għandna mhux veru li ġriet għax m’għandneix membri
tal-ġudikatura jmexxuha, mhux veru li rnexxiet għax għandna s-sistema
preżenti. Is-sistema preżenti war ali
ġiet ifformulata minn Dr Karmenu Mifsud Bonnici meta ġew id-diskussjonijiet li l-liġi
fl-2002 reġgħet għamlet qabżiet kbar oħra fuq affarijiet oħrajn u dak iż-żmien
kien Viċi Prim Ministru u wara Prim Ministru Lawrence Gonzi saru qabżiet ġodda
fil-liġi u hemmhekk il-partijiet soċjali kollha ma ridux jiċċaqilqu t-tribunal
industrijali minn kif kien dak iż-żmien.
Kien hemm kunsens ġenerali bejn il-partijiet soċjali fuq kif kien
strutturat t-tribunal industirjali. Kien
hemm l-idea li dan qed jaħdem u ladarba qed jaħdem tipprovax tbiddel dak li qed
jaħdem, xejn ikatar u xjen inqas. Illum,
ix-xenarju nbidel radikalment. Għaliex
inbidel radikalment? Inbidel radikalemnt
għax għadnek sentenza kostituzzjonali u din is-sentenza kostituzzjonali mhijeix
proposta minn xi avukat ta’ xi parti partikolari imam mill-General Workers
Union. Il-General Workers Union ħasset
li għadnha tagħmel sfida għal dan it-tribunal u l-isfida tagħha rnexxiet,
jiġifieri l-qorti fid-19 ta’ Ġunju 2015 qalet li kif inhu kompost dan
it-tribunal għal numrut a’ raġunijiet mhuwiex tajjeb skont il-Kostituzzjoni. Dan it-tribunal huwa tribunal li llum
il-ġurnata ż-żewġ naħat tal-Kamra qegħdin iffaċċjati b’din is-sitwazzjoni u
allrua ladarba qegħdin iffaċċjati b’din is-sitwazzjoni, hemm bżonn li wieħed
jiddiskuti mhux il-liġġi kollha kemm hi, l-IRA kollha kemm hi, mhux tiddiskuti
l-punti kollha tad-dinja mbagħad jiġi bi proġett enormi biex fuqha wieħed
jagħmelk Abbozz ta’ Liġi imma issa għandna realtà, hemm emerġenza u din
l-emerġenza titlob li l-miżuri mhux isiru b’mdo li malaljr se jerġgħu jiġu reżi
antikostituzzjonali.
L-emendi li ġew proposti hawnhekk fil-Parlament
huma emendi li ma sarux tajjeb. Huma
emendi li wieħed għandu bżonn jidħol iktar fil-fond fihom, dejjem jekk il-gvern
irid jagħmel l-affarijiet sew, għax aħna qegħdin hawn biex nagħmlu l-affarijiet
sew. Min-naħa tagħna, Ministru, se ssib
il-kollaborazzjoni biex l-affarijiet isiru sew però kif inhi l-liġi llum,
mhijeix qiegħda sewwa u mhux l-oppożizzjoni qalitu dan, jiġifieri għamilna
konferenza stampa u daqshekk, imma kien hemm ili-partijiet soċjali li aħna kellna
l-unur u l-pjaċir li niltaqgħu magħhom u niddiskutu l-affarijiet kif inhuma u
kif mhumiex u dawn kollha kkonfermaw li l-liġi kif inhi mhix qed togħġobhom u
l-liġi trid tinbidel minn kif inhi llum.
Naħseb li inti llum qed iffaċċjata b’realtà li ma nistgħux naħarbu
minnha, irridu naffrontawha u għal xejn wieħed jgħid ejja nibqgħu għaddejjin
bħallikieku s-sentenza ma teżistix, jew inkella ejja nipprovaw nagħmlu xi ħaġa
ta’ malajr imbagħad naraw iktar ‘il qudiem.
Meta jkollok sentenzi li huam antikostituzzjonali li diġà huma
ddikjarati li huma antikostituzzjonali se jkollok id-diffikultà li għada
pitgħada ladarba tiġi l-lebliba għalihom xi ħadd jerġa’ jkompli u jagħmel kawżi
oħra fuqhom iktar u iktar meta kif inhi l-liġi mhijeix qed tagħlaq l il-lanjanzi
kollha, il-partijiet kollha li l-qorti tal-appell stabbiliet.
Nieħu pjaċir li l-Ministru qed tgħid li qed isiru
diskussjonijiet mal-partijiet soċjali għalkemm meta ltqajna magħhom u
staqsejthom speċifikament ħadt l-impressjoni li għadkom fil-bidu tad-diskusjonijiet
u d-diskussjonijeit għadhom ma mmaterjalizzawx ruħhom f’xi ħaġa konkreta u
soda. Irrid infakkrek ukoll li f’Ottubru
tas-sena li għaddiet waqt il-miżuri tal-baġit ġejt hawn, tkellimt u ġbidtlek
l-attenzjoni għal din is-sentenza, għedtlek li din is-sentenza li ngħatat
mill-Imħallef Anna Felice hija sentenza li hija studjata u li għandhah
l-possibilità li tiġi konfermata fl-appell.
Għedtlek ukoll - u dna ma tistax
tgħidli li le – li jista’ jkollok taffronta kriżi kbira u qgħedt lili nnifsi
għad-dispożizzjoni tiegħek biex niltaqgħu
minn Ottubru ta’ dik is-sena beix nipprovaw nagħmlu liġi li hija ferm
aħjar milli hija din illum, però, għal xejn wieeħd joqgħod iħares lura. Nirreġistra li aħna qgħedna lilhna nfusna
għad-dispożizzjoni tal-gvern biex niltaqgħu, biex niddiskutu u beix naraw
l-affarijiet u l-gvern ma ħax din l-offerta.
Issa li hemm hemm, iol-qorti tal-appell kikkonfermat din is-sentenza u
issa għandna stat ta’ inkwiet kbir għax bħalissa t-tribunal industirjali
wieqaf. It-tribunal industrijali mhux
qed jiċċaqlaq, mhux qed jimxi, u minkejja l-isforzi li qed isiru biex jipprovaw
jiċċaqilquh,b naħseb li jkun żball li f’dan il-mument opportun wieħed jiċċaqlaq
fit-tribunal industrijali qabel mal-emendi jsiru skont is-sentenza kostituzzjonali
li għadha kemm ingħatat. Ministru, irrid
nerġa’ noffrilek l-id tal-oppożizzjoni u ħadd ma jiġi jgħid għax intom kontu
fil-gvern u meta kontu fil-gvern stajtu din il-ħaġa allura billi m’għamiltuhiex
allura meta tiġu hawn fl-oppożizzjoi ma tistgħux titkellmu dwarha. Allaħares sar dan l-argument, Ministru, u
allaħares tgħidilna l-ispiżjar millig ħandu jagħtik bħallikieku qed tipprova
tneħħi l-intenzjonijiet tajba.
Bir-rispett lejn l-ispiżjara u jista’ jkun li bħalma l-ispiżjar jagħtik
millig ħandu anek l-avukat qed hjagħtik milli għandu u l-av7ukat jagħti wkoll
fl-affarijeit tajbin li hemm bżonn f’dan il-Parlament biex l-affarijiet jimxu
‘l quddiem. Jiddispjaċini imma naħseb li
fuq dan il-punt il-Ministru kienet żbaljata għax l-oppożizzjoni wriet l-id tal-ħbiberija
fl-affarijeit u l-oppożizzjoni tifhem.
Jekk kien hemm sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali l-gvern ta’ dak
iż-żmien seta’ jaqbad u jagħmel leġiżlazzjoni meta l-Ministru taf ħafna
mid-diffikultajiet li hemm f’dan is-settur jiġu għax irid ikun hemm il-kunsens
tal-unions, tal-employers u tal-partijiet soċjali kollha? Seta’ l-gvern fil-leġiżlatura li għaddiet
jagħmel xi forma ta’ emendi fuqha qabel ma jġib il-kunsens ta’ kulħadd? Jiena ngħidlek li ma setax jagħmel dan għax,
kif taf u inti qed issib ruħek f’din il-pożizzjoni, f’dan is-settur il-gvern
qed jistenna li jkollu kunsens mal-unions
u ma’ min iħaddem biex ikollhom pożizzjoni komuni. (Interruzzjonijiet) F’tliet snin kulħadd jista’ jagħmel ħafna
affarijiet. Meta kont Ministru f’tliet
snin nassigurak li għamilt diversi affarijiet u għamilthom fejn stajt
nagħmilhom, fejn ma stajtx nagħmilhom ma stajtx nagħmilhom u allrua ma tistax
timputana li għax għamilna dawn il-25 sena fil-gvern ifisser li issa intom
sibtu lilkom infuskom fi stat daqshekk diżastruż, imsieken, li tridu taħgmlu xi
ħaġa. Illum, hemm sentenza
kostituzzjonali u ngħatajt preavviż, Ministru, ma tistax tgħid li ma ngħatajtx
preavviż. Kont taf mid-19 ta’ Ġunju
tas-sena li għaddiet li għandek din is-sitwazzjoni li tista’ tiġi f’daqqa
waħf’daqqa waħda tista’ tiġi f’ħoġrok.
Ma kontx se nagħmel dan id-diskors imma qed nagħmlu minħabba d-diskors
li għamilt inti li fih, biex tiddefendi s-sitwazzjoni tal-gvern, xħettu li qisu
tort tagħna. Din hija sentenza tal-Qorti
Kostituzzjonali, setgħet marret naħa u setgħet marret oħra. (Interruzzjonijiet) Bdiet fl-2008 u ġiet deċiża fl-2013, setgħet
ġiet irtirata mill-General Workers Union, il-General Workers Uniion żammitha
dik il-kawża, baqgħet tinsisti għaliha u ngħatat raġun fuqha. Issa, bil-ħidma tal-General Workers Union,
qegħdin f’din il-pożizzjoni ta’ mhux jekk irridu imam bilfors, oportet li wieħed jagħmel il-leġiżlazzjoni u jagħmilha tajjeb. Din il-leġiżlazzjoni mhijeix tajjeb
biżżejjed. Ministru, qed nagħmillek dawn
il-battuti biex inwieġeb għal dak li għedt, imbagħad nidħol f’iktar
dettall.
Il-Ministru ħadet għaliha jew tat x’tifhem li għax
Dr Andrew Borg Cardona kiteb artiklu tant li kellek bżonn issemmih. Dan huwa artikolista, jikteb, minn dak li
jgħid ħafna drabi jkollu osservazzjonijiet tajbin li wieħed jista’ jieħu u
jista’ jaqbel jew ma jaqbilx magħhom imma hawnhekk m’għandekx iġġibu
għad-dibattitu x’kiteb jew ma kitibx bħallikieku qed nieħdu għalina għax kiteb
li aħna qabadna xi ħadd li … Hu qed
jgħid li l-gvern inqabad rieqed fuq din il-ħaġa. Parti raġunħandu wkoll. Irridu naċċettawha għax minn Ottubru as-sen
li għaddiet sal-lum kellna l-opportunità li niltaqgħu, nagħmluha u niddiskutuha
u almenu ngħidu: jekk tiġri din il-ħaġa
x’se nagħmlu? Illum kollox għadda, għal magħmul,
kif jgħidu, m’hemmx kunsill imma ma nistax naċċetta li hawnhekk l-ewwel ikollna
liġi u xi ħadd jiġi jgħidli li din miżura temporanja. Il-liġi kfi issir ma tkunx temporanja imma
tkun permanenti. Jekk tgħidli li se
taħgmel il-liġi bħala parti minn tastiera ta’ affarijiet oħrajn li jridu jiġru,
naqbel miegħek, imma dak li ssuġġeriet l-oppożizzjoni ssuġġerietu mhux għax
kellha diġà l-pre-set ideas fuq
l-affarijiet imma wara li ltaqgħet mal-partijiet soċjali għamlet djalogu
mal-partijiet soċjali u wara li għamlet dak id-djalogu l-partijiet soċjali
wasslu fuq il-konklużjonijiet ġenerali li t-tribunal industrijali għandu jkun
presedut minn maġistrat u jkollu miegħu żewġ persuni, wieħed mill-employers u l-ieħor mill-employees, mill-unions. Tgħidli: kien hemm kunsens ġenerali immedjat? Le, u għad hemm min għadu qed jiddiskuti u
jipprova jsib sitwazzjoni aħjar.
Ministru, fid-diskors tiegħek forsi m’għamiltx biżżejjed referenza għald
ak li qalet il-qorti tal-Appell.
Il-Qorti tal-Appell fis-sentenza tagħha attakkat erba’ punti
prinċipali. L-ewwel, rigward il-mod
ta’ kif wieħed ineħħi jew iqiegħed iċ-chairpersons
fit-tribunal industrijali; imbagħad tkellmet fuq dak li semmiet outside pressures meta jkollok nies li
huma appuntati; it-tielet punt kien il-prattika li, fl-opinjoni teigħi żgur li
qatt m’għandha tiġi aċċettata, chairman
tat-tribunal industrijali gaħx ma jafx il-liġi jitlob parir lill-avukat f’kawża
li għandu quddiemu,, imbagħad ir-raba’ punt kien il-kwestjoni tal-appell. Meta taqbad dawn l-emendi li saru ssib li kif
saru l-emendi ma jindirizzawx biżżejjed l-affarijiet. Meta ngħid li ma jindirizzawx biżżejjed
l-affarijiet għax mhumiex qegħdin jattakkaw fil-fond il-problema prinċipali li
għandek an independent and an impartial
tribunal. Ma nafx min għamel id-drafting ta’ dawn l-emendi imma min
għamel id-drafting nieħu l-impressjoni li
lanqas biss qara s-sentenza mogħtija …
(Interruzzjonijiet) L-Avukat
Ġenerali? Ma nemminx li l-Avukat
Ġenerali. (Interruzzjonijiet) Nist’a nagħmel id-diskors tiegħi?
MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Mifsud Bonnici, on a
point of order il-Ministru Owen Bonnici.
ONOR. OWEN BONNICI: Sur President, Dr
Peter Grech għamel id-drafting, konna inkuntatt telematiku l-ħin kollu bl-emails, bl-għajnuna tal-Ministru Dalli
għamilna bnumru ta’ sigħat filgħaxija jiena minn computer u hu minn ieħor, jagħmel id-drafting, jibgħat u nikkonfermaw aħna u mmexxu, jiġifieri qisek
m’għandniex il-fiduċja f’Dr Peter Grech li kien hu li ddefenda l-kawża, kien hu
li rrediġa rr-ikors tal-appell, kien hu li ddefenda l-apell u kien hu li għamel
id-drafting tal-Abbozz ta’ Liġi li
għandna quddiemna. Din li noqogħdu
ngħidu ma nafx min kitbu qisu qabbadna xi tifel għadu ħiereġ mill-università,
bir-rispett kollu.
MR SPEAKER: Kollox sew, point of explanation. Tista’
tkompli bid-diskors tiegħek Onor. Mifsud Bonnici.
ONOR.
CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President,
għandi dritt nistaqsi u għandi dritt nagħmel id-diskors tiegħi kif inħoss li
għandi nagħmlu u jekk jeina ngħid li kelli dan id-dubju nista’ nesprimih. Għandu xi ħadd iżommni milli nesprimi dan
id-dubju? (Interruzzjonijiet) Għaliex qed ngħid hekk? Qed ngħid hekk għax jekk wieħed jaqra
s-sentenza mogħtija reċentement tibda billi tagħmel elenku ta’ erba’ punti li
fihom l-Imħallef Felice qalet li t-tribunal irid ikun indipendneti, imparzjali
u fost affarijiet oħra qalet ukoll li jrid ikun hemm b’mod ċar li l-perċezzjoni
barra hija li min qiegħed fil-pożizzjoni, li min qed jiġġudika l-affarijiet
mhuwiex xi ħadd li għandu xi imparzjalità lejn naħa u oħra. Meta taqbad dawn il-punti tirrealizza li
l-aħjar triq hija li tmur għal ġudikant, għal maġistrat li diġà qiegħed
appuntat u mill-ewwel jagħti l-fiduċja u l-imparzjalità tal-partijeit li
jiltaqgħu quddiemu. Irrid ngħid li aħna
ressaqna dan il-kunċett tat-tribunal amministrattiv propju għax illum
it-tribunal amministrattiv għandu ċertu track
pattern li li hija tajba li fiha għandna ġudi9kant, maġistrat, u miegħu
hemm żewġ persuni li huam lajċi u dak it-tribunal għamel diversi passi ‘l quddiem,
ħadem, is-sisitema ħadmet, hija ssistema li mxiet ‘il quddiem u llum abbażi ta’
dik l-esperjenza wieħed jista’ b’kunfidenza jiċċaqlaq ‘il quddiem. Naħseb li kieku kien hemm biżżejjed ħin biex
wieħed jaħseb biżżejjef fil-fond fuq l-affarijiet li jkun jista’ jirrifletti
biżżejjed kieku l-liġi li għandna quddimena kien ikollha iktar elementi.
Illum, għandna sitwazzjoni li dak li qed jiġi
propost mill-gvern mhuwiex sod u allura hemm bżonn li jsir iktar u iktar fine tuning fih u, it-tieni, dan qed
ngħiduh għax is-sistema ġudizzjarja tagħna llum tifhem li t-tribunal
industirjali mhuwiex qed jiffunzjona, għandek kwantità kbira ta’ nies li marru
quddiem dan it-tribunal industrijali li mhumiex qegħdin jinigħataw rimedju,
il-każ tagħhom mhuwiex qed jinstema’, għandek sitwazzjonijiet ta’
relazzjonijiet industrijali li huma weqfien u naħseb li kif inhu kompost
it-tribunal industrijali b’dawn l-emendi wisq nibża’ li se nerġgħu nsibu lilna
nfusna fis-sitwazzjoni li xi ħadd jerġa’ jittanta li jagħmel kawża
kostituzzjonali fuqhom. Is-security of tenure tan-nies trid tkun
ferm iktar b’saħħitha milli sempliċiment ngħidu li ma tkunx tliet snin imam
tkun erba’ snin, il-panel jiġi
magħżul minn din il-proċedura ġdida tal-MCESD.
Naħseb li hemm bżonn li nagħtu struttura ferm iktar qawwija
llit-tribunal industrijali speċjalment illum il-ġurnata meta għandek
sitwazzjonijiet ta’ relazzjonijiet industirjali li qed ibaqbbu. Għandek is-sitwazzjoni tal-ħaddiema ta’ De La
Rue; għandek is-sitwazzjoni tal-ħaddiema fl-Air Malta; għandek sitwazzjoni ta’
diversi ħaddiema li qegħdin fil-marġini.
Nieħu pjaċir nsima’ l-Ministru titkellem fuq il-ħaddiema tal-prekarjat
jew parti mill-ħaddiema tal-prekarjat li ġew għall-aħjar. Nieħu pjaċir li għandha xi strutturi jew xi
partijiet tal-ħaddiema li qegħdin aħjar milli kienu qabel però bl-ebda mod - u hi f’muemnt minnhom aċċennat għaliha – ma
nistgħu ngħidu li fix-xenarju industirjali ta’ pajjiżna għandna sitwazzjoni
fejn m’għandneix nies li qegħdin jaħdmu fil-part-time
jew nies li qegħdin jaħdmu f’sitwazzjoni li tist’a tiddefenixxihom prekarjat u
allura dan ifisser li t-tribunal industrijali li għsandna llum għandna
nissodawh iktar milli huwa llum, Għaliex
qed ngħid nissoddawh iktar illum? Qed
ngħid hekk għax għandek sitwazzjonijiet ta’ diversi sentenzi li qamu rigward
il-kompetenza tat-tribunal industrijali u dan qed ngħidu mhux mill-aspett
kostituzzjonali imma mill-aspett sħiħ ta’ x’inhu r-remit tat-tribunal industrijali.
Naħseb li hawnhekk għandna okkażjoni unika biex inżidu fil-kompetenza
tat-tribunal industrijali u nissodaw iktar l-idea li dak kollu li għandu
x’jaqsam mas-settur tax-xogħol irid imur quddiem dan it-tribunal
industrijali. Hawnhekk jidħlu
kwestjonijiet ta’ mandati, pereżempju, il-mandat ta’ inibizzjoni fejn tnaqqas
il-possibilità li kwestjonijeit ta’ relazzjonijiet industrijali jmorru barra
minn dan it-tribunal industrijali għax dan it-tribunal industrijali jkollu fih
in-know how, esperjenza li sal-lum
hemm bżonn li tkompli tiġi ssodata.
Għandek ukoll is-sitwazzjonijiet li huam naxxenti
minn liġijiet oħrajn. Pereżempju,
għandek il-Whistle blower Act u l-Whistle blower Act tagħti lill-ħaddiem li
jikxef jew imur għand l-informatur ċerta protezzjoni. Għalkemm hemmhekk għamilna l-possibilità li
xi ħadd jitlob li jinħareġ mandat inibizzjoni sabiex ma jiġix diskriminat,
sabiex ma jitlifx promozzjonijiet, jista’ jkun il-każ li dan jitqiegħed taħt
ir-remit tat-tribunal
industrijali. L-istess, rigward
sitwazzjonijiet li, għalkemm il-liġi titkellem fuq il-konċiljazzjoni u hemm
ċerta ħidma li ssir fil-konċiljazzjoni, naħsbu wkoll li jekk wieħed jibni qafas
iktar strutturat ta’ medjazzjoni, numrut a’ kwestjonijiet li jmorru quddiem
it-tribu8nal industrijali jkunu jistgħu jiġu rislti qabel ma jaslu quddiem
it-tribunal. L-istess rigward
il-kwestjoni tad-dannu. Il-kwestjoni
tad-dannu fit-tribunal industrijali għadnek sitwazzjonijiet li wieħed irid
iħares lejn kif jagħmel mekkaniżmu aħjar, irid iħares biex ikollu sitwazzjoni
aħjar ta’ kif tħaddem jew taħdem fl-affarijiet.
Naħseb din hija opportunità tad-deheb u ma nafx
kemm il-gvern huwa preparat jew dispost li fl-istadjut al-kumitat wieħed
javvanza u jibdel iktar dak li għandna f’dan l-Abbozz ta’ Liġi. IL-mument opportun huwa li wieħed jagħmel
liġi li permezz tagħha ma jkun hemm ebda diffikultà, eb da dubju li min qed
jippresjedi t-ttribunal industrijali huwa xi ħadd li huwa imparzjali,
indipendenti u li l-gvern bil-mod ta’ kif inhu miktub m’għandux bl-ebda mod xi
forma ta’ lunga manus jew xi forma
ta’ id li jista’ jbiddel in-nies li huma involuti fih.
Ħaġa li ntqalet fl-ewwel sentenza tal-qorti
mill-Imħallef Anna Felice kienet din l-osservazzjoni interessanti rigward
il-ġudikant. L-Imħallef Felice qalet li
mhux talli l-liġi f’dan il-kontest ma tiggarantixxix kontra outside pressures kif timponi
kontinwament l-Qorti Ewropea talli hija l-istess liġi li timponi outside pressures u allura din hija
sistema li fil-passat ġiet użata, hija sistema li fuqha l-partijiet soċjali,
il-union, l-Employers Association, ħadd ma qal xejn però issa ladarba qalu u
ladarba l-General Workers Union waslet biex tagħmel kawża kostituzzjonali li
tattakka b’mod daqshekk frontali t-tribunal industrijali u dan ġie knocked out, … Għal xejn noqogħdu nittamaw li t-tribunal
industirjali nistgħu b’xi mod nerġgħu nqajmuh.
Dan issa ħa d-daqqa tal-mewt u jew nibdluh jew inkella li nerġgħu
nipprovaw nagħmlulu xi forma ta’ riżurezzjoni naħseb li nkunu qegħdin
niżbaljaw. Kif inhuma fformolati
l-emendi naħseb li jistgħu jkunu aħjar ħalli ħadd ma jieħu għalih, jistgħu
jkunu ferm aħjar milli huma u jistgħu jkunu f’sitwazzjonijiet li huam mirquma
aħjar u jipproteġu iktar in-nies li ghuma injvoluti. Mhux se ngħid fl-aħħar tal-ġurnat aimam
hawnhekk qegħdin immissu tastiera importanti ta’ diversi ħaddiema li jsibu
lilhom infushom f’dawn id-disputi quddiem it-tribunal industirjali. Preżentement għandek numru ta’ nies li qed
jistennew biex il-każ tagħhom jiġi appuntat; għandek numru ta’ nies li qed
jistennew biex il-każ tagħhom jitkompla; għandek numru ta’ nies li spiċċaw li
ma jistgħux jimpjegaw lilhom infushom ma’ ħaddieħor; għandek nies li sabu
lilhom ifnushom li ma jsitgħux jieħdu ċerti benefiċċji soċjali u għadnek grupp
t’a nies li qiegħed f’sitwazzjoni verament ħażina. Mhux qed ngħid ċert imma minn dak li qrajt
fil-liġi jidher ċar li jekk tgħaddi l-liġi kif qed tiġi proposta, din il-liġi
se terġa’ tiġi attakkata, se jerġa’ jkun hemm xi ħadd li jagħmel kawża
kostituzzjonali u dik il-kawża kostituzzjonali se terġa’ twaqqaf il-proċess
kollu. Naħseb li la huwa fl-interess
tal-gvern u lanqas fl-interess tla-oppożizzjoni li din is-sitwazzjoni
ssir. Issa jew se naċċettaw ir-realtà
tas-sitwazzjoni jew inkella se noqogħdu naħarbu minnha u allura l-garanziji kontra
l-pressjonijiet minn barra, il-kwestjoni tad-durata taż-żmien il-kwestjoni ta’
kif jinħatru dawn il-membri naħseb li f’din is-sitwazzjoni partikolari għandna
opportunità tad-deheb biex inkunu nistgħu nibdlu l-liġi b’mod radikali u tajjeb
li permezz tagħha nwieġbu għas-sitwazzjoni kostituzzjonali.
Din is-sentenza kostituzzjonali nbniet gaħx
ingħataw numru ta’ sentenzi kostituzzjonali oħra fuq din il-kwestjoni ta’ kif
tappunta lil dak u kif tappunta lill-ieħor.
Is-sentenzi fil-qrati tagħna bnew u żviluppaw f’dawn l-aħħar ħames snin,
sitt snin għalk pożizzjoni attwali tal-lum.
Nippretendi li fl-itadju ta’ kumitat il-pożizzjoni tal-gvern tkun
flessibbli u nittama li waqt dan id-dibattitu nisma’ li l-gvern se jkun
flessibbli biex naslu f’pożizzjoni li permezz tagħha nassiguraw li ma jkollniex
il-biża’ li din il-liġi se tiġi attakkata jew b’xi mod imwaqa’ lura. F’mument partikolari l-Ministru qalet li hi
tiġi hawn għax għandna nagħtu lill-poplu Malti l-aħjar liġijiet. L-oppoiżzjzoni wkoll qiegħda hawn biex tagħti
l-aħjar liġijiet lill-poplu Malti imam trid tiġi permessa mill-gvern li
l-emendi u s-suġġerimenti li tagħmel il-gvern jeħodhom on board. Din mhijiex
kwestjoni ta’ min għandu raġun u min għandu tort. Nerġ’a nirrepeti, għandna sitwazzjoni fejn
minkejja l-isforzi kollha li nistgħu nagħmlu b’dan l-Abbozz ta’ Liġi xorta se
jkollna sitwazzjoni li xi ħadd se jtaqqabhielna. Naħseb li dik il-possibilità għandna
naħarbuha. Jekk diġà għandek diversi
avukati li jaħdmu fis-settur li qed llum qegħdin jitkellmu u jgħidu li l-liġi
kif inhi mhijiex ifformulata tajjeb, jekk għandek żewġ korpi kostitwiti li
għamlu konferenza stampa, il-UĦM u s-CMTU, li qed jgħidu lill-gvern beix ma
jkomplix b’din il-linja ta’ liġi għax din hija żbaljata, għaliex għandna
nkomplu nwebbsu rasna f’dan il-Parlament u ma nimxux ‘il quddiem? Dak li l-oppożizzjoni tixtieiq huwa li nieħdu
l-opportunità, nieħdu l-okkażjoni biex hawnhekk nagħmlu bidliet li huma
importanti ħafna.
Il-Ministru semmiet rapport li kien sar minn żewġ
avukati li huam meqjusa tajbin ħafna, Dr Arron Mifsud Bonnici li kein l-avukat
li mexxa l-kawża kostituzzjonali li lum għandna s-sentenza u l-ieħor Dr Matthew
Brincat ta’ Ganado & Associates li hu magħruf bħala avukat tal-affari
teigħu. Dak ir-rapport, jekk is-Sinjuriija
Tiegħek trid, nistgħu niddiskutuh, niddibattuh, naraw x’jista’ jsir u x’ma
jistax isir. (Interruzzjonijiet) M’għandi ebda difikultà fuqha, l-Employment
Relations Board jista’ jjiddiskutih però aħna wkoll – u dan li nappella
lill-Ministru – f’dan il-Parlament għandna sehem vitali fuq dak li qed jiġi
diskuss, jekk qed jiġi diskuss.
M’għandniex ninqatgħu ‘l barra, Ministru, minn dak li huwa proċess ta’
tibdil fir-relazzjonijeit industrijali.
Naħseb li hemm lok li mhux noqogħdu nistennew is-sitwazzjoni tiġi
f’ħoġorna wara li dak il-bord jiddiskuti u jara l-affarijiet però għandna
niddiskutu l-affarijiet minn qabel u naraw x’għandna nagħmlu minn isa. (Interruzzjonijiet) Ministru, diġà spjegajtlek li fi żmenijeit
oħrajn ma kienx il-mument li dan seta’ jsir mentri b’din il-liġi, din is-sentenza
għandek l-opportunità li tagħmilha. Issa
jew teħodha jew ma teħodhiex. Jekk ma
tixtieqx teħodha inti qiegda fil-gvern, inti qed tiddeċiedi l-affarijiet mhux
aħna qegħdin niddeċiedu. Aħna li nitgħu
nagħmlu hija li nuru d-disponabilità tagħan biex l-affarijiet jimxu ‘l quddiem
u d-disponibilità tagħna hemm tibqa’.
Dan l-Abbozz ta’ Liġi jrid ferm iktar tibdil,u fuq l-esperjenza … (Interruzzjonijiet) Aħna?
Għaliex fl-arja? Qed ngħidlek li
nixtieq li mmorru fit-tribunal amministrattiv.
MR SPEAKER: IL-Ministru Owen Bonnici bil-permess
tal-Onor. Carmelo Mifsud Bonnici.
ONOR. OWEN
BONNICI: Sur President, smajt lill-Onor.
Dalli tgħid li se tressaq emendi fl-istadju t’a kumitat b’mod proattiv biex
wieħed żgur jassigura li jekk kien hemm problemi fin-natura istituzzjonali
tatt-ribunal industirjali dawn se jiġu ironed
out. Il-ħabib tiegħi, l-Onor.
Carmelo Mifsud bonnici, naħseb ilu nofs siegħa jgħid li din mhux biżżejjed gaħx
irid isir iktar, imam fil-konkret neħħi l-proposta tal-maġistrat li l-Onor.
Dalli tkellmet fuqha, ma smajtx proposta waħda fil-konkret mhux fl-arja oqgħod
attent għax se taqa’ d-dinja.
Fiil-konkret x’qed tipproponi li hemm nieqes f’dan l-Abbozz li ġie drafted mill-Avukat Ġenerali? Naħseb li kulħadd jaqbel li jaf x’inhu
jagħmel.
MR SPEAKER: Grazzi.
L-Onor. Mifsud Bonnci jkompli vbid-diskros tiegħu.
ONOR.
CARMELO MIFSUD BONNICI: Sur President,
nista’ nkompli bid-diskros tiegħi?
MR SPEAKER: Iva, fadallek erba’ minuti u tista’ tibqa’ in possession.
ONOR.
ACARMELO MIFSUD B ONNICI: Erba’ minuti però nibqa’ in possession jekk tippermettili jew ma jippermettilix?
MR SPEAKER: Għandek il-ħin u tist’a tibqa’ in possession. Għandu sa siegħa u nofs jekk irid.
ONOR.
CARMELO MIFSUD BONNICI: Biħsiebni
neħodhom jekk il-Bambin jagħtini s-saħħa u jekk il-gvern jippermettili. Nieħu pjaċir li qed tieħu gost tismagħni Ministru. Meta taqbad id-diversi provedimenti li hawn hawnhekk tirrealizza li
dawn il-provedimenti li daħlu f’dan l-Abbozz mhumiex qegħdin jindirizzaw
biżżejjed fil-fond …
(Interruzzjonijiet) Ħallini,
Ministru, ħa nkompli niżviluppa l-argument tieħgi. Dażgur irrid nagħmel argumenti politiċi tiegħi
biex inkun nista’ nwieġeb għal dak li inti għedt fid-diskors tiegħek. M’għandix nillimita ruħi fuq affarijeit
tekniċi. Ħa ngħidlek, Minisru, meta
taqbad dak li intom qegħdin tipproponu, pereżempju, is-security of tenure taħt is-subartiklu 73 tal-Att li ma jkunx iktar
t’a tliet snin u ta’ erba’ snin, kif tbiddel ix-xenarju u tagħmlu xi ħaġa
kompletament differenti dan l-artiklu ma jibqagħlux relevanza. L-istess għal perijodu li huma maħtura. Naħseb li hemm bżonn li meta tgħid maġistrat
li jiġi appuntat ifisser li jiġi aġġuntat disentu u allura maġistrat m’għandekx
il-kwestjoni tat-term of office li
jrid ikollu jew jekk kemm-il darba t-term
of office tiegħu se tkun term of
office li permezz tagħha terġa tiġi mġedda u għandek il-panels tan-neis. Naħseb il-panels
tan-nies f’dan ir-rigward dak li ġie mressaq hawnhekk mhuwiex tajjeb
biżżejjed. Is-sitwazzjoni li qegħdin
ngħidu għar-rigward li l-Prim Ministru jsita’ wara konsultazzjoni mal-Kunsill
Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali jneħħi membru minn fuq lista maħtura
skont is-subartiklu (2) għar-raġunijiet ta’ mġiba ħażina pprovata, ineffiċjenza
ċara, jew inkapaċità, ma nafx kemm dan huwa l-funzjoni tal-Prim Minsitru li
jidħol f’dawn l-affarijiet u jiddeċiedi hu jekk għandux ineħħi jew le membri
tal-panel.
L-istess, is-subartiklu (7), il-Ministru jista’,
wara konsultazzjoni, ineħħi membru minn fuq il-lsita. Naħseb li s-security of tenure li għandna nagħtu lin-nies għandha tkun security of tenure li permezz tagħha
…
MR SPEAKER: Ippermettili, Onor. Carmelo Mifsud Bonnicim,
sar il-ħin. Tibqa’ in possession?
ONOR.
CARMELO MIFSUD BONNICI: Iva, Sur
President, nibqa’ in possession.